Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn – Għassa tal-Pulizija — Container

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-container li qed iservi ta’ Għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn u kif ġie akkwistat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l’container li qed iservi ta’ Għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn ġie akkwistat mid-Detention Service. Flimkien ma ħafna oħrajn dan kien inxtara ftit aktar minn ħames snin ilu biex jintuża bħala ‘emergency accommodation’ meta kien għawn influssi kbar ta’ immigranti irregolari. Ma kienx fadallu użu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni għalhekk ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Pulizija.

Wied il-Għajn – Spettur tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhemmx Spettur tal-Pulizija di sentu f'Wied il-Għajn bil-konsegwenza li r-residenti ta' Wied il-Għajn qed ikollhom jirrikorru l-Għassa ta' Ħaż-Żabbar?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi bħalissa m’hemmx Spettur tal-Pulizija stazzjonat di sentu f'Wied il-Għajn u l-Ispettur inkarigat mil-Għassa ta' Ħaż-Żabbar qiegħed ilaħħaq Wied il-Ghajn ukoll.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013 u jagħti breakdown tat-talbiet li saru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tispeċifika x’trid tfisser bija l-kelma “ kuntatt”.

Korp tal-Pulizija – applikazzjonijiet għal fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija applikax għal fondi tal-Unjoni Ewropea bejn Marzu 2013 u llum? Jekk iva, għal liema ammont ta' fondi saret l-applikazzjoni, għal liema proġett u x'kien l-eżitu ta' tali applikazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija applika għal diversi fondi tal-Unjoni Ewropea bejn Marzu 2013 u llum. Id-dettalji tal-fondi mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-vetturi kollha, inkluż karozzi, trakkijiet u muturi, li l-Korp tal-Pulizija xtara second hand minn April 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ jgħid għal kull waħda d-data tax-xiri, il-prezz, minn fejn, kemm-il sena għandha l-vettura u l-metodu ta' akkwist?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Il-Furjana — persuni rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9424 u jgħid kemm hemm persuni rreġistrati li jgħixu il-Furjana, fil-kategoriji li ġejjin: 1. Bejn 14 sena u 18 sena 2. Bejn 19 sena u 25 sena 3. Bejn 26 sena u 35 sena 4. Bejn 36 sena u 45 sena 5. Bejn 46 sena u 59 sena 6. Bejn 60 sena u 65 sena, 7. Bejn 66 sena u 70 sena 8. Bejn 71 sena u 75 sena 9. Bejn 76 sena u 80 sena, u 10. ’ Il fuq minn 81 sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi id-domanda lill-Ministeru konċernat

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — spejjeż ta' assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija reinstated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija ġie reinstated sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, maqsumin bl-etajiet bejn 45 u 55 sena, 55 u 60 sena, 65 u 70 sena, u 'l fuq minn 70 sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Pulizija reinstated

Question

Jista’ l-Ministru jagħti s-sena li fiha kienu telqu mill-Korp tal-Pulizija kull wieħed u waħda minn dawk il-pulizija li ġew reinstated fil-Korp sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Pulizija tad-Distrett – sigħat ta’ taħriġ b’armi tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' taħriġ b'armi tan-nar kellu kull membru tal-pulizija tad-Distrett (Għases) kull xahar bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u l-1 ta' Settembru 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Pulizija tad-Distrett – tagħlim akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ tagħlim akkademiku, inkluż dwar ġurisprudenza u l-aħħar emendi għal-liġijiet kriminali, kellu kull membru tal-Pulizija tad-Distrett (Għases) kull xahar bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u l-1 ta' Settembru 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ex-Kummissarju tal-Pulizija — Nefqa fuq ospitalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq ospitalità, riċevimenti u ikliet mill-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ex-Kummissarju tal-Pulizija – kontijiet tal-ikel pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kontijiet ta’ ikliet tal-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li saru f’ristoranti, fosthom uħud fil-Belt Valletta, li mhumiex imħallsa u għadhom pendenti fil-jum li fih qed issir din l-Interpellanza u l-kontijiet tagħhom qed jaslu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jitħallsu mill-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Rapport fuq l-EPSO Funds u Kuntratt bejn il-PBSu l-Gvern

Question

B’refernza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11844, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm-il rapport fuq l-EPSO funds huwa qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-leġislatura preżenti? Mll-ġdid b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11483, peress li jiena ma kontx qed insaqsi għar-rapport fuq l-EPSO funds, imma għall-kopja tal-kuntratt li kien sar bejn il-Gvern u l-PBS fis-sena 2005 kif ukoll għal kopji tal-kuntratt li saru wara sabiex jestendu dak l-istess kuntratt kull sena, jista’ l-Ministru din id-darba jqiegħed l-informazzjoni mitluba: jiġifieri l-kopja tal-kuntratt imsemmi u ta’ kull estensjoni li saret tal-istess kuntratt, u mhux ir-rapport fuq l-EPSO funds?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Immigranti refuġjati — żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-immigranti li fil-preżent huma refuġjati, granted subsidiary, temporary humanitarian protection, permanent humanitarian protection u rejected protection huma miżżewġin (bl-att taż-żwieġ jew unjoni ċivili f'Malta jew barra) persuni ta' nazzjonalità Maltija jew tal-Unjoni EWropea?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Pulizija – Investigazzjoni dwar każ li jikkonċerna l-Kunsill Lokali Ta’ Sannat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadu fil-konkret il-Pulizija fuq il-każ li kien irrappurtat f'paġna 7 tan-Nazzjon tas-Sibt, 14 ta' Diċembru 2013 u liema każ kien żvelat grazzi għall-ex Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija qed tiġbor l-informazzjoni neċessarja biex tkompli l-investigazzjoni tagħha fuq il-każ in kwistjoni.

Każijiet ta’ Korruzzjoni – Investigazzjoni mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ allegata korruzzjoni qed jiġi investigat mill-Pulizija wara li dan seta' jsir frott l-emenda tal-2013 li neħħiet il-preskrizzjoni f'reati ta' korruzzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar każijiet ta' korruzzjoni li qegħdin jiġu investigati minn mindu tneħħiet il-preskrizzjoni għall-persuni ċitati fl'Att Nru 4 ta' l-2013, sar rapport wieħed dwar membru ta' kunsill lokali li għadu qed jigi investigat.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xiri ta' biljetti tal-ajru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programm tal-European Network and Information Security

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenitx parteċipi fil-programm tal-European Network and Information Secutiry Agency li l-għan ewlieni tiegħu hu li jipprepara lill-Istati membri kif għandhom jaġixxu biex jipproteġu lill-pajjiż u lill-individwi minn cyber attacks, is-Cyber Europe 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ċittadinanza Maltija – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għaċ-ċittadinanza Maltija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Il-persuna konċernata applikat sabiex tkun naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta. Din l-applikazzjoni għadha qiegħda tiġi proċessata. Kif tiġi ffinalizzata din il-persuna tingħata risposta tad-deċiżjoni bil-miktub.