Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użat mill-membri ta' l-istaff tiegħu, minn min qegħdin jintużaw, min awtorizza t-tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-ammont ta’ mobile phones użati mill-membri ta’ l-istaff tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq huma ħamsa.
Erba' minn dawn huma skond il-kundizzjonijiet tal-kuntratt kif jidher fil-guidelines għall-ingaġġar ta' staff fis-segretarjati privati. Il-mobile phone l-ieħor jagħmlu użu minnu ż-żewġ xufiera tiegħi u skond il-proċedura f'każi bħal dawn, l-awtorizzazzjoni ngħatat minni u l-permanent secretary.
Ma hemm l-ebda ceiling għal dawn il-mobile phones.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17251, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex il-wied li jinżel bix-xita ma jibqax joħloq għargħar u problemi għal ċerti nħawi fil-Gżira?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma fiex waslet it-talba quddiem l-ADT biex Triq Sidra fis-Swieqi ssir one way?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f’laqgħa li saret mall-Kunsill Lokali Swieqi fid-9 ta’ Novembru 2005, tali one way ġiet approvata u għalhekk tista’ tiġi implimentata mill-istess Kunsill.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tinbena Triq Pietru Saliba f'Ħal-Luqa, li hija mibnija kollha fi djar residenzjali u li tinsab fi stat mill-agħar, tant li meta tagħmel ix-xita hemm min qiegħed jegħreq bl-ilmijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew approvati reserved parking, kemm għall-persuni b'diżabilita' u oħrajn separatament, f'dawn l-aħħar sentejn? Min huma l-membri tal-bord li jiddeċiedu dawn l-applikazzjonijiet tar-reserved parking? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal diversi reserved parking f'dawn l-aħħar sentejn separatament? Jista' jgħid ukoll kemm kienu dawk il-każi li minkejja li l-applikazzjoni tagħhom għal xi reserved parking ġiet rifjutata, xorta waħda dawn ġew mogħtija reserved parking?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar sentejn mis-sena 2004 sal-lum ġew approvati total ta’ erba’ mija u erbgħa u sebgħin (474) Reserved Parking Bays għal persuni b’diżabilita’ u erbgħa u tmenin (84) 1.5m Keep Clear Bays għal aċċess aħjar. Il-membri tal-Bord tar-Reserved Parking għal Persuni b’Diżabilita’ huma ħamsa.
Mis-sena 2004 sal-lum kien hemm madwar tmien mija u sebgħin (870) applikazzjonijiet għal Reserved Parking tal-Persuni b’Diżabilita’. Minn dawk l-applikazzjonijiet li ġew ipproċessati u mhux approvati mill-Bord għal Reserved Parking għal Persuni b’Diżabilita’, kien hemm total ta’ mija u għoxrin (120) każ li ġew approvati mir-Review Panel ta’ Reserved Parking (Bord ta’ l-Appell) għal Reserved Parking Persuni b’Diżabilita’ u ħamsa li ġew approvati mill-Uffiċċju Eżekuttiv ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Private Staff tiegħu (mhux messaġġiera) ingħatawx xi uniformi jew ħlas għall-uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17223 u jara li jittieħdu passi biex Triq l-Isqof Romero f'San Ġiljan tinbidel fi spazju fejn ir-residenti jistgħu jipparkjaw fiha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser isiru spezzjonijiet fit-triq imsemmija biex naraw il-possibilita' li jsir spazju għall-parkeġġ għar-residenti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17221 u jgħid jekk hux veru li se tinqala' u ssir mill-ġdid it-triq li mill-Furjana tieħu għat-Telgħa ta' Kastilja? Jekk iva, għaliex? Kemm ġiet tiswa? Kemm se jiswa x-xogħol il-ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija ser terġa' tinqala minħabba li sar xogħol ħażin mill-kuntrattur. Ix-xogħol ta' asfaltar li sar kien ġie jiswa' madwar Lm 34,000. Ix-xogħlijiet kollha ta' tiswija ser isiru għall-ispejjeż tal-kuntrattur.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17344 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha impjegati full-time jew b'kuntratt ma' l-ADT inkluż l-isem u l-karigi, il-lokalita' tar-residenza, meta bdew l-impjieg ma' l-ADT u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport għandha 285 impjegati fil-karigi kif elenkati :-
Ma nħoss li hi etika li jingħataw ismijiet jew indirizzi ta' individwi li m'humiex uffiċjali pubbliċi. L-impjegati indikati huma kollha full time.
Billi r-residenti ta' l-appartamenti f'B. Guttenberg Street, Swatar għandhom it-triq fl-istess kundizzjoni ħażina li ilha fiha mindu ġew allokati dawn l-appartamenti, b'mod partikolari fejn hemm il-garages, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata b'urġenza?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-public transport association dwar ftehim ġdid għas-servizz offrut mill-karozzi tal-linja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-azzjoni industrijali issejħet minħabba li skond l-Assoċjazzjoni s-sussidju għas-sena 2005 għandu jkun Lm50,000 iżjed milli qed joffri l-Gvern. Il-Gvern jinsisti s-sussidju totali dovut għall-operat tas-servizz bi skeda għas-sena 2005 għandu jkun ta' Lm1.25 miljuni kkumparat mat-talba tal-Assoċjazzjoni ta' Lm1.3 miljuni.
Is-sussidju ta' Lm1.25 miljuni li qed joffri l-Gvern huwa bbażat fuq id-differenza bejn id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti (Lm 6.59 miljuni) u l-ispiża tal-operat tas-servizz (Lm 15,430 għal kull karozza tal-linja). Dan ifisser li kull xarabank ser jaqla' Lm 15,430 fis-sena 2005, kkumparat ma' Lm 13,800 għas-sena 2004, jiġifieri żieda ta' Lm 1,630 li huwa aktar minn biżżejjed biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-prezz tad-diesel u l-għoli tal-ħajja.
Skond l-istess Assoċjazzjoni, ir-raġuni uffiċjali għal din l-azzjoni industrijali hija li l-Gvern naqas milli jonora l-ultimatum mogħti minnha stess biex iħallas il-bqija tas-sussidju ta' Lm 200,000 - jiġifieri d-differenza bejn il-Lm 1.3 miljuni mitluba mill-Assoċjazzoni u l-Lm1.1 miljuni imħallsin mill-Gvern s'issa.
Raġuni oħra li ngħatat f'diversi komunikazzjoni li l-Assoċjazzjoni kellha mall-media kienet li l-Assoċjazzjoni ma kienetx qiegħda taqbel mall-proposti tal-Gvern għar-riforma tal-Trasport Pubbliku, partikolarment it-tqassim tan-network f'disa' route groups.
Kif jaf kulħadd iż-żewġ problemi issa huma riżolti u l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni għat-Trasport Pubbliku reggħu bdew id-diskussjonijiet dwar ir-riforma, filwaqt li l-bilanċ ta' Lm 150,000 għas-sussidju tal-2005 tħallas nhar il-ġimgħa 3 ta' Marzu.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17387, jista' il-Ministru jikkonferma jekk 'l hekk imsejħa works of art fir-roundabouts humiex koperti bil-permessi tal-MEPA u jekk fl-affermattiv, ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi relattivi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dawn il-works of art jagħmlu parti mill-landscaping tal-proġett tat-toroq tal-Prokoll Taljan V, u għalhekk jaqaw taħt xogħlijiet ta' l-istess toroq.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba li għamlet il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward vettura, liema talba saret lid-dipartiment tal-liċenzji u baqgħet mingħajr tweġiba?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat mid-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar, li l-ittra li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ta' l-20 ta' Ottubru, 2005 f'isem il-klijent tiegħu li ddettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ntbagħtet tweġiba għaliha fit-28 ta' Ottubru, 2005.
Jista' il-Ministru jara li jitqiegħdu traffic calmers fis-service road li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, minn fejn il-Bieb ta' De Rohan safejn l-istabiliment ta' SMW Cortis, billi l-vetturi qed isuqu mill-imsemmija triq b'veloċita' qawwija u minn din l-istess service road jaqsmu pedestrians li jgħixu fid-djar ta' Imdina Road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Peress li kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, Rabat, Għawdex qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiġi stallata xi sistema ta' traffic lights biex jikkontrollaw it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-bus terminus sa x'ħin jgħaddu tal-linja minn Pjazza San Franġisk lejn Putirjal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar It-Trasport, bħalissa qed taħdem fuq proposti sabiex tistabbilixxi l-aħjar skema ta’ kontroll li tindirizza u tirriduċi l-problema msemmija bl-aktar mod effiċjenti u effettiv.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-fuel matul is-sena 2005 kienet tammonta għal :-
Minsiteru/Dipartiment Lm 7,011.92
L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm 28,647.00
Żvilupp Urban u t-Toroq — Impjegati 'il fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'hemm l-ebda uffiċċjal fis-Segretarjat Privat u fil-Ministeru li għandu 'l fuq minn 61 sena. Fir-rigward tal-Awtorita' dwar it-Trasport dawn huma:-
Isem Kariga Bidu ta' Mpieg Eta' Bażi Salarju Benefiċċji Oħra
Mark Sammut Tagliaferro Adm. Manager 02-01-2004 62 F/T Lm10,799 Expense/Car Lm960/282
Peter Paul Ripard Consultant 06-01-2004 69 P/T Lm5,633.25 Expense/Car Lm480/483
Mike De Marco Consultant 24-05-2004 61 P/T Lm7,624.38 Expense/Car Lm480/234.96
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'hemm l-ebda membru minn naħa tas-Segretarjat Privat u minn naħa tal-Ministeru li qiegħed jiġi sponsorjat mill-istess Ministeru għal xi tip ta' studju kemm Malta kif ukoll barra minn Malta.
Fil- każ tal-Awtorita' dwar it-Trasport l-infomazzjoni hija kif tidher hawn taħt:-
L-Awtorita' dwar it-Trasport :-
Isem Grad Spiża Awtorizzat Min
Bernard Bonnici Administrator Lm 3002 Mario Falzon - (ex-CEO)
Lara Jayne Azzopardi Asst. Manager HR 5500 sterling Mark Portelli - Chairman
Gordon Meli Qunatity Surveyor Lm 312.5 Mario Ellul - HR Manager
Jeffrey Formosa Clerk Lm 201 Mario Falzon - (ex- CEO)
Anne Marie Busuttil Executive Secretary 9000 sterling Mario Falzon - (ex-CEO)
Doreen Micallef Asst. Manager Finance 3770 sterling Mario Falzon - (ex-CEO)
Gilbert Agius Manager Lm 4990 Mario Falzon - (ex - CEO)
John Debono Manager Lm 49990 Mario Falozn - (ex-CEO)
Francis Cassar Financial Controller Lm 4990 Mario Falzon - (ex-CEO)
Gayl Fenech Clerk Lm 1086 Mario Falozn - (ex-CEO)
Audrey Testaferrata de Noto Unit Head 8200 Euros Mario Falozn - (ex- CEO)