Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses hu meqjus bħala data personali u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat bi proġett imtella’ mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) intitolat ‘QUEST Seminar’ li għalih kien hemm approvazzjoni ta’ €10,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti skont kif jidher fl-approvazzjoni li qed tingħata separatament? Jista’ jgħid meta l-entità benefiċjarja se titħallas tal-ispejjeż approvati u x’qed iżomm dan il-pagament milli jseħħ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għal paragrafu 3 fit-taqsima Selection Process tad-dokument Guidelines for the approval of projects and initiatives maħruġ mill-Good Causes Fund li jgħid:
“The Advisory Board will not disburse any funds unless it is first provided with evidence that the project or initiative would have been carried out. Such evidence may include fiscal receipts, certificates of works, photographic evidence, physical inspection or any other form the Board feels appropriate.”
Ninsab infurmat li ladarba l-evidenza meħtieġa skont kif mitlub minn dan il-paragrafu għadha ma tressqitx quddiem il-Bord, il-ħlas lill-benefiċjarju għadu ma jistax jiġi ipproċessat.
Bini tal-Isptar t’Għawdex – flus mgħoddija lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern sal-lum għaddiex flus lill-kumpanija Vitals Global Healtcare jew xi sussidjarja tagħha għall-bini tal-Isptar ta' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm kien l-ammont ta’ flus rilaxxati u meta ngħata dan l-ammont ta’ flus?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru li hu responsabbli mill-ministeru li jamministra l-fondi allokati fil-Budget 2017 taħt Hospital Concession Agreement – Gozo General Hospital.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tender eCT 2226/2016 - 'Tender for the professional services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate' ġiet ikkanċellata fis-17 ta' Frar 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-tender eCT 2226/2016 – Tender for the professional services of Project Management and Other Supporting Services for the Construction of an Enterprise Hub at Xewkija Industrial Estate – ġiet ikkanċellata mill-Awtorità Kontraenti taħt sub-klawżola 18.3(a) tad-dokument General rules governing tendering li tgħid dan li ġej: “Cancellation may occur where the tender procedure has been unsuccessful, namely where no qualitatively or financially worthwhile tender has been received or there has been no response at all.”
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-tender CT2276/2016 'Tender for the Upgrading and Finishing Works in an Environmentally Friendly Manner of the Second Floor level at Sir M.A. Refalo Sixth Form, Victoria, Gozo'?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tender imsemmija ġiet kanċellata mill-Awtorità Kontraenti wara li l-uffiċċju tal-Green Public Procurement (GPP) sab li ma kenitx GPP compliant f’dawk il-kriterji li huma meqjusa mandatorji.
Skont sub-klaw¿ola 18.3(b) tal-General Rules Governing Tendering, wara li sejħa għall-offerti tkun ippublikata, ma jistgħux isiru bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u f’każ bħal dan, is-sejħa għandha tiġi kanċellata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Kumpanija – profitt ġust u kummerċjalment raġjonevoli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kummerċjali hemm li l-Gvern huwa marbut b’kuntratt magħha li jassigura li tali kumpanija/kumpaniji jridu jagħmlu qligħ ġust u kummerċjalment raġjonevoli bħal fil-każ tal-kuntratt iffirmat fit-8 ta Jannar 2015 mill-Gvern mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex iressaq il-mistoqsija tiegħu quddiem il-Ministru konċernat.
Għawdex – akkomodazzjoni turistika – Eco Contribution
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Eco Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika li nġabar minn Għawdex għall-perjodu minn Ġunju 2016 sa Ottubru 2016 u kemm kien l-ammont li nġabar għall-perjodu Novembru 2016 sa Jannar 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Eco Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika li nġabar minn Għawdex minn Ġunju 2016 sa Ottubru 2016 kien €95,159.35 waqt li l-ammont li nġabar f’Novembru 2016 u Diċembru 2016 kien €14,303.50. L-ammont ta’ Jannar 2017 isir magħruf iżjed ’il quddiem meta jinġabar it-tagħrif għall-ewwel tlett xhur tas-sena 2017.
Inland Revenue Departament — Compliance and Investigation Directorate - investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mill-Compliance and Investigations Directorate taħt l-Inland Revenue Department f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet li saru mill-Compliance and Investigations Directorate taħt l-Inland Revenue Department f’dawn l-aħħar għaxar snin jidhru fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru
ta’
investigazzjonijiet
2007
262
2008
364
2009
325
2010
371
2011
577
2012
1,222
2013
625
2014
827
2015
780
2016
835
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex fil-każijiet ta’ VAT tiddaħħal sistema ta’ arbitraġġ, tittieħed azzjoni ċivili u titneħħa l-azzjoni kriminali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jeżistu disposizzjonijiet adegwati u hemm mekkaniżmi xierqa fl-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud dwar kif persuna li tħossha aggravata bi stimi li jiġu notifikati lilha tista’ tappella kontra dawn l-istimi. Dawn jinkludu t-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva; il-Qorti tal-Appell; u l-Qorti Kostituzzjonali. Hemm ukoll il-possibilità li każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Dwar il-proposta li titneħħa azzjoni kriminali u minflok tittieħed azzjoni ċivili, sar pass ’il quddiem f’din id-direzzjoni meta ddaħħlu provvedimenti li permezz tagħhom f’ċerti każijiet somom dovuti lill-Gvern bdew jitqiesu bħala dejn ċivili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fl-2016 u fl-2017 li ġie mgħoddi għall-investigazzjoni mill-FIAU lill-pulizija dwar il-Panama Papers u l-persuni konnessi direttament jew indirettament magħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal artikolu 34 tal-Att kontra Money Laundering (kap 373 tal-Liġijiet ta’ Malta) li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħlas mit-teżor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Teżor ġa għamel kuntatt mal-individwu konċernat u li d-diffikultà li kien hemm issa ġiet solvuta. Il-ħlas dovut lil din il-persuna se jsir fil-jiem li ġejjin.
Ministeru għall-Finanzi — każijiet ta' inġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entità li ttrattat każijiet ta’ inġustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.
Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta – membri b’diżabilità
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31789, jista’ l-Ministru jgħid kemm membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Istatistika ta' Malta huma persuni b'diżabilità u dan peress li din l-informazzjoni ma toħroġx mill-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta' Awwissu 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Inserraħ moħħ l-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta hi kostitwita skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30353, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-saħħa f'termini perċentwali meta kkomparata mal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għas-sena 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 30353.
L-ispiża fuq is-saħħa bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku għas-sena 2016 miġbura skont il-metodoloġija COFOG (Classification of Functions of Government) għadha qed tinħadem. Statistika skont din il-metodoloġija tinġabar u tinħadem b’intervall ta’ sena mill-perjodu ta’ referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta hekk maħtura skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta? Jista’ jgħid kemm mill-membri huma nisa u kemm mill-membri huma persuni b’diżabilità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħatra tal-bord tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta tħabbret fin-notifika numru 828 ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta’ Awwissu 2016.