Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – Xiri ta’ żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1999 u l-2012, sena b'sena b'mod separat, mingħand liema kumpanija xtrat iż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm kien il-valur taż-żejt mixtri mingħand kull waħda minn dawn il-kumpaniji, sena b'sena b'mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #14239 Sitting 240 2015-02-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — residenti - aċċess għas-sistema tad-drenaġġ

Question

Billi numru ta' residenti li hemm fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar għadhom sal-lum mingħajr aċċess għas-sistema tad-drenaġġ, jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinvestiga l-possibilità li dawn il-familji li jaqgħu f'dawn id-djar ikollhom id-drenaġġ tad-djar tagħhom ikomunikat mas-sistema minflokk jibqgħu jużaw il-fosos?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-każ li qed jagħmel referenza għalih.

Il-Mellieħa — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nhar il-Ħamis 12 ta' Frar, ammont ta' dak li deher li kien drenaġġ deher ħiereġ fit-triq li mill-Mellieħa tagħti għall-Manikata fejn saħansittra fl-istess ħin matul il-ġurnata qabel nofsinnhar dehru ukoll inġenji tal-Gvern fl-istess akkwati ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tinvestiga dan il-każ u li se tkun qed tnaddaf is-sistema ta’ drenaġġ tal-inħawi in kwistjoni inkluż il-pumping station tal-Manikata.

Meter tal-Ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi investigat.

Listi ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: a. mediċini (f’kull forma u/jew doża); b. prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); c. apparat mediku; d. disposables jew consumables li huma out of stockjew pending order jew low stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Kemm kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li din il-gimgha hemm biss 2 medicini li huma out of stock u 4 medicini li huma low stock mill-ispizeriji Tal-ghazla tieghek.

Lista ta’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. D-data meta ngħata; b. L-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. Il-valur tiegħu; d. It-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. Il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. X’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Matei Dei għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Sptar Karen Grech — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karen Grech għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Foundation for Medical Services — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.

Cochlear implants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li minħabba li l-Cochlear implant parts huma out of stock hemm pazjenti li saru totalment dipendenti għax tilfu s-smiegħ tagħhom kompletament? Jaf li wħud minn dawn il-pazjenti ma jistgħux imorru l-iskola u oħrajn ma jistgħux imorru għax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob L-Onorevoli Interpellant tirefferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13966

Mediċina Coversyl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pilloli tal-pressjoni Coversyl mhux qed jingħataw permezz tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek? Jista’ jassigura li l-Perindopril mhijiex mediċina inferjuri għall-Coversyl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Perindopril hija l-forma ġenerika tal-Coversyl u ghalhekk hija l istess medicina.

Sptar Sir Paul Boffa – road map

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Sir Paul Boffa kienx parti mir-road map għas-saħħa qabel l-elezzjoni ġenerali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Parti mill-road map tal-Gvern prezenti hi illi jindirizza l-problema tan-nuqqas ta' sodod li holoq u halla warah gvern Nazzjonalista. Dan qieghed naghmluh billi nibnu facilitajiet godda u billi nuzaw bl-ahjar mod il-facilitajiet ezistenti.

Sptar Sir Paul Boffa — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi se jkun qed joffri l-Isptar Sir Paul Boffa sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-Gvern qieghed f'diskussjoni mal-istakeholders varji sabiex jiddiskuti maghhom il-pjanijiet tieghu ghall-ahjar uzu tal-Isptar Sir Paul Boffa.

Sptar Sir Paul Boffa – operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jibdew isiru operazzjonijiet fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant illi fil-Isptar Sir Paul Boffa ilhom isiru operazzjonijiet mid-Dipartiment tad-dermatologija ghal ghexieren ta' snin.

MOBC – persuni inkarigati mit-tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni inkarigati mit-tmexxija tal-MOBC fl-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni nkarigati mit-tmexxija tal-MOBC fl-2014 kienu: Louis Giordmaina – Chairman Mario Zammit – Chairman (minn Frar)

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order u f’kull każ kemm kien il-valur tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 12 PQ #14073 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Project Malta — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li għalihom Project Malta diġà fasslet pjan ta’ ħidma? Min talab li jkun parti minn dawn l-istess proġetti u x’investiment hu mistenni li jkun hemm b’riżultat ta’ dawn il-proġetti? X’tip ta’ proġetti huma inklużi f’dawn l-inizjattivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12907 (tnax-il elf, disa’ mija u sebgħa).
Leg 12 PQ #14074 Sitting 239 2015-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – titjib fis-sistema tad-drenaġġ – studji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx xi studju partikolari dwar liema partijiet mis-sistema tad-drenaġġ ta’ San Pawl il-Baħar għandha bżonn tittejjeb matul is-snin li ġejjin? Jekk iva, x’kienu r-riżultati ta’ dawn l-istudji? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istess studji u r-riżultati li kien hemm?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-preżent għaddejja bi studju fuq l-inħawi msemmija.