Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015, studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Taljana?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Taljana fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:
Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat
7522
6800
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
2542
3404
Skejjel Sekondarji Indipendenti
730
536
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Taljana?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 120 għalliem tal-lingwa Taljana li sebgħa minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave.
Infurmat ukoll li preżentement hemm 55 għalliem li jgħallmu l-lingwa Taljana fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 13-il għalliem li jgħallmu t-Taljan fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-MMA 6G welding l-MCAST u l-ETC. Hemm korsijiet bħalissa rigward dan is-suġġett? Qed jintuża apparat li qabel kien it-tarzna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-MCAST għandha tliet lecturers li jistgħu jagħtu lectures fl-MMA 6G – welding.
L-MCAST għandha programm livell 4 Advanced Diploma fil-Welding u Fabrication li tinkorpora l-iwweldjar prattiku 6G. L-MCAST tipprovdi wkoll numru ta’ korsijiet part-time li jwasslu għal welding 6G.
Mill-Malta Shipyards, l-MCAST xtara transformer tal-welding b’5 welding sets adatti ħafna sabiex isir ‘root run welding’.
Rigward il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) infurmat li ma tipprovdix korsijiet fil-livell tal-MMA 6G Welding. Il-korsijiet offruti mill-ETC relatati ma` Welding huma dawn li gejjin:
Vocational Education and Training Award Foundation in Welding
Vocational Education and Training Award foundation in Metal Arc Welding
Il-Korporazzjoni ma tagħmilx użu mill-ebda apparat li qabel kien jintuża t-tarzna iżda tuża l-faċilitajiet tal-workshop fl-Enemalta Training Centre ġewwa Marsaxlokk.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Billi f’Malta sal-lum għad m’għandniex korsijiet li jwasslu biex studenti Maltin jiggradwaw bħala veterinarji u dan iwassal biex bilfors dawk li jixtiequ jsegwu dan il-kors ikollhom jistudjaw barra minn Malta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm studenti f’dan il-kors qed jirċievu l-istipendju? F’liema snin tal-kors waslu u meta saru l-aħħar pagamenti tal-istipendju, jekk saru? Jista’ jagħti tagħrif ukoll dwar jekk hux possibbli li wara li jiġu Malta biex jipprattikaw dak li jkunu tgħallmu, huma jkollhom perjodu ta’ għajnuna, jew billi jiġu eżenti minn ħlas ta’ VAT jew billi jingħataw inċentivi biex jistabbilixxu ruħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li qegħdin fil-preżent isegwu l-kors ta’ Veterinarju u jirċievu stipendju, skont is-sena meta bdew il-kors tagħhom, huwa kif se nsemmi:-
Sena 2013 – 5 studenti
Sena 2012 – 6 studenti
Sena 2011 – 5 studenti
Sena 2010 – 3 studenti
Sena 2009 – 6 studenti
Sena 2008 – 8 studenti
Il-kors normalment jieħu sitt snin imma hemm studenti li qegħdin jirrepetu xi snin fil-kors tagħhom u l-aħħar stipendju tħallas fit-28 ta’ Jannar 2015.
Din is-sena applikaw 10 studenti ġodda.
Skont l-Att Dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) (Att Legali 427 tas-sena 2010) dawk l-istudenti li jsegwu b’suċċess kors terzjarju barra minn xtutna jkunu intitolati għal tnaqqis skont l-Artiklu 14F tar-Regoli tal-2010 dwar Tnaqqis għal Edukazzjoni Terzjarja. Dan it-tnaqqis għandu jkun l-ammont ta’ miżati attwalment imħallsa jew għaxart elef Euro (€10,000) liema jkun l-inqas.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust il-Kunsill Malti għall-Isport? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mal-Kunsill Malti għall-iSport hemm persuna waħda impjegata bħala person of trust, fil-pożizzjoni ta’ driver. Is-salarju ta’ din il-persuna hu €12,755 fis-sena u tirċievi wkoll il-bonus u l-weekly supplement. Din il-persuna m’għandhiex perkaċċi oħrajn u lanqas kien hemm spejjeż fuq safar.
Għawdex – paga medja ta’ Ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex u kif tikkompara mal-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Malta? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex bil-paga minima u x’persentaġġ jiffurmaw mill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’Għawdex? Kif jikkompara mal-ħaddiema bil-paga minima f’Malta u kif jikkompara mat-total ta’ ħaddiema li jaħdmu f’Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ż-żewġ entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi li huma kkonċernati ma' impjiegi, jiġifieri l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, u l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Public Administration and Defence – impjegati reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati jaħdmu fil-kategorija magħrufa għal skopijiet ta’ statistika bħala Public Administration and Defence fl-aħħar ta’ Jannar 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu reġistrati jaħdmu fis-settur tal-'Public Administration and Defence' fl-aħħar ta' Jannar 2014 fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta' 15,099 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati jaħdmu taħt il-kategorija magħrufa għal skopijiet ta’ statistika bħala Education fl-aħħar ta’ Jannar 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu reġistrati jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni fl-aħħar ta' Jannar 2014 fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta' 18,073 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sal-aħħar ta’ Jannar 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Jannar 2014, kien hemm 8,800 (tmint elef u tmien mitt) persuna jaħdmu fid-Direttorati tal-Edukazzjoni u d-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew xi dipartiment/awtorità li taqa’ taħtu kellhiex laqgħat mas-Sirens ASC biex jiġi deċiż x’tip ta’ għajnuna għandha tingħata lill-klabb biex tiġi rranġata l-ħsara li saret wara l-maltempata li seħħet riċentement?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport kellu laqgħa mal-ogħla rappreżentanti tas-Sirens ASC fuq il-post fejn saret il-ħsara mill-maltemp u ġie deċiż li tiġi kkwantifikata l-ħsara li saret fuq il-post.
Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi – kap eżekuttiv
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10814, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għadux il-persuna msemmija fl-istess tweġiba? Jekk m’għadux l-istess uffiċjal, jista’ jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv ġdid u x’wassal għal dan it-tibdil?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Sinjorina Elizabeth Pisani ġiet appuntata bħala l-Kap tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi mis-17 ta’ Dicembru 2014. Dan minħabba l-aċċenn li l-Ministeru jrid jagħti fuq il-kwalità tal-Programmi Edukattivi offruti mill-istess Fondazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12823, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress dwar it-twaqqif ta’ Istitut fi ħdan il-Ministeru tiegħu għat-taħriġ tal-edukaturi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati waslu fi tmiemhom. Huwa mistenni li l-Avviż Legali li jwaqqaf l-Istitut jiġi ppublikat fil-futur qrib.
In-naħal Malti — Studju fuq il-produzzjoni tal-għasel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar għaxar snin sarx xi studju mill-Università ta’ Malta u/jew studenti tal-Università ta’ Malta dwar il-produzzjoni tal-għasel f’pajjiżna? F’dan l-istudju, ġie identifikat jekk f’pajjiżna hawnx naħal Malti u jekk hawn, għadhomx ifaqqsu irġejjen Maltin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tmintax-il sena saru diversi studji minn studenti tal-Università ta’ Malta kemm dwar il-produzzjoni tal-għasel f’pajjiżna kif ukoll fuq in-naħla Maltija. Dawn l-istudji huma:
“A basic study on the quality of Maltese honey” li sar minn Marica Gatt fl-2005 f’livell ta’ Diploma mal-Istitut tal-Agrikoltura (illum imsejjaħ l-Istitut tas-Sistemi Ambjentali) taħt is-superviżjoni ta’ Dr Anthony Vella u Dr David Mifsud.
“Honey: Can this characteristic live to a potential niche in the tourism industry?” li sar minn Paul Azzopardi fl-2009 f’livell ta’ Baċellerat fl-Arti (Hons) fl-Istudji Turistiċi taħt is-superviżjoni ta’ Dr David Mifsud.
“A preliminary palynological characterisation of Maltese honey” li sar minn Claudette Gambin fl-2006 f’livell ta’ Masters fix-Xjenza taħt is-superviżjoni tas-Sur Edwin Lanfranco. Parti minn dan ix-xogħol ġie wkoll ippubblikat.
Gambin, C., Lanfranco, E. & Mifsud, D. (2013) Pollen characterisation of Maltese honey. Xjenza, 1 (2): 33-46.
“Determination of the genetic status of the local honey bee Apis mellifera ruttneri” li sar minn Sheryl Sammut fl-2014 f’livell ta’ Masters fix-Xjenza taħt is-superviżjoni ta’ Dr Marion Zammit Mangion u Dr David Mifsud. F’dan l-istudju ġie kkonfermat li n-naħla Maltija Apis mellifera ruttneri hija differenti minn dik ta’ Sqallija u kemm morfoloġikament kif ukoll ġenetikament hija aktar relatata ma’ dik li tgħix fl-Afrika ta’ Fuq. B’hekk ġie kkonfermat l-istudji preċedenti li kienu saru fl-1997. Dan ix-xogħol li sar fuq in-naħla Maltija ser jiġi ppubblikat f’rivista xjentifika fi żmien qasir. Dawn l-irġejjen b’mod naturali dejjem jiġu prodotti u mfaqqsa sabiex il-kolonji tan-naħal jitkattru.
Fid-Diviżjoni tax-Xjenzi Rurali u s-Sistemi tal-Ikel, inbdiet ir-riċerka fuq l-għasel sa mill-1997. Din ir-riċerka bdiet bħala studji piloti ta’ studenti fil-livelli ta' Diploma (fl-Agrikultura) u ta' Baċellerat. Kien hemm sitt studenti fil-livell ta’ Diploma u tliet studenti fil-livell ta' Baċellerat. Preżentement hemm student fil-livell ta’ Masters li qed jirriċerka fuq l-għasel. Sa mill-2007 kien hemm disa’ studenti tal-ERASMUS li ġew minn istituzzjonijiet universitarji ġewwa Franza, li ħadmu fuq l-għasel Malti għal perjodu li varja bejn tliet xhur u sitt xhur, fil-laboratorji tal-Università. Sa mill-2007, l-Università tat fondi mill-University Research Fund Allocation, sabiex isseħħ ir-riċerka kollha li ssemmiet hawn fuq.
Fl-2010, flimkien ma’ partner industrijali ittieħed proġett mill-fondi tar-Research and Innovation (Malta Council for Science and Technology) li għadu għaddej sal-lum. Dan jiffoka fuq il-kwalità fiżikokimiku tal-għasel u l-preżenza tat-trab tad-dakra fil-kampjuni. Ir-riċerka s’issa saret fuq 254 kampjun (106 tar-rebbiegħa, 95 tas-sajf u 53 tal-ħarifa). Ġew studjati diversi parametri bħall-pH, aċidità totali, konduttività, HMF, diastase, proline, polifinoli, kulur, ammont ta’ zokkor u l-livell tal-ilma. Qed tiġi organizzata wkoll librerija tat-trab tad-dakra, u qed issir ħidma fuq il-kontenut ġenetiku tat-trab tad-dakra. Dan ix-xogħol qed isir bl-għajnuna teknika tas-Sur Adrian Bugeja Douglas.
Matul iż-żmien kien hemm ukoll attendenza għal diversi konferenzi fil-Portugall, Slovakja u l-Kroazja. Xi riżultati ġew ukoll ippubblikati f’xi ġurnali xjentifiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm impjegati mal-ETC u f’liema grad jinsabu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li preżentement hemm 293 persuna impjegati mal-ETC imqassmin f’dawn il-gradi:
Chief Executive Officer
1
Head of Division
6
Department Manager
10
A/Department Manager
1
Unit Manager
14
Senior Executive
23
Executive
113
Senior Clerk
65
Clerk
39
Senior Tradesman
3
Security
9
Cleaner
3
Messenger/Driver
3
PA to CEO
1
PA to Chairman
2