Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6506 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tad-Drenaġġ bejn l-01/01/99 u s-26/04/99 kien hemm dawn it-transfers: 1 Senior Engineer ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fuq talba tiegħu stess. (26/04/99) 1 General Hand ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi minħabba esiġenzi tas-servizz.(30/03/99) 1 Ħaddiem tad-Drenaġġ trasferit għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li laħaq Assistance & Rescue Officer.(15/02/99)
Leg 9 PQ #6507 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Indafa Pubblika — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfes fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta'April 1999 persuna waħda ġiet trasferita mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għal Dipartiment ieħor fil-Ministeru ta' l-Ambjent. Dan it-transfer ingħata fuq talba tal-ħaddiem stess. Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond in-neċessita' tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #7025 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna biex jaħtar l-Imdina Rehabilitation Committee peress li aktar ma jħalli żmien jgħaddi aktar se jiġri li din is-sena ma jintnefqux l-Lm200,000 allokati għar-restawr urġenti tul l-1999? X'inhuma r-raġunijiet li għalih l-Imdina Rehabilitation Committee għadu ma nħatarx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern se joħroġ 'policy guidelines' ġodda fuq il-kumitati tar-riabilitazzjoni sabiex ikun hemm l-aqwa koordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #7217 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Proġett ta' manutenzjoni tal-jottijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika ż-żewġ siti alternattivi li ġew indikati għall-proġett ta' manutenzjoni tal-jottijiet flok il-Kalkara? Meta se jiġi mgħarraf il-kunsill tal-Kalkara dwar dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għadu prematur illi jkunu indikati ż-żewġ siti alternattivi.
Leg 9 PQ #7351 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied Blandun — Tindif

Question

Jikkunsidra l-Ministru li Wied Blandun, li jmiss ma' Raħal Ġdid u l-Fgura, jiġi mnaddaf? Jaħseb il-Minitru li wasal iż-żmien li tali wied isir park u mogħti lill-kunsilli lokali li jmissu miegħu sabiex jibqa' jiġi mħares?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ħadt nota tas-suġġeriment pożittiv li għamilli l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #7208 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tan-negotiating team tal-proġett tal-Kottonera? Meta twaqqaf dan it-team? Kemm-il darba ltaqa'? Kemm-il laqgħa saret minnhom maż-żewġ konsortia nvoluti? X'terms of reference kellhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-negozjati mal-konsorzja fuq il-proġett tal-Kottonera tmexxew minni. F'dawn in-negozjati kont nieħu regolarment il-pariri tad-Direttur Ġenerali, Taqsima Xogħlijiet, tad-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Artijiet u ta' l-Avukat Ġenerali.
Leg 9 PQ #7209 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dati u d-duration tal-laqgħat li kellu mal-kunsilli tal-Kottonera dwar il-proġett li jolqothom mill-viċin? Il-Ministru awtorizza kuntatti mal-kunsilli lokali mill-consortia meta l-kuntratt ma' dawn ta' l-aħħar kien għadu lanqas biss ġie ffirmat? Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni jwieġeb dwar kemm-il laqgħa saret mal-kunsilli lokali mill-consortia u meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6843, irrid ngħid li inkoraġġejt lill-konsorzja jagħmlu laqgħat mal-kunsilli lokali. Biss ma nistax inwieġeb fuq dawn il-laqgħat peress li ma jkunux ko-ordinati mill-Gvern
Leg 9 PQ #7210 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fetaħ it-taħdidiet mal-consortia dwar il-proġett tal-Kottonera mill-elezzjoni ġenerali sal-lum? Meta ġew konklużi dawn it-taħdidiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-taħdidiet mal-konsorzja infetħu immedjatament wara l-Elezzjoni Ġenerali u kienu konklużi fit-8 ta' Mejju 1999.
Leg 9 PQ #7211 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema ditta barranija qed isiru taħdidiet fl-Istati Uniti biex jinġieb investiment barrani fil-proġett tal-Kottonera? Dawn it-taħdidiet infetħu waqt iż-żjara riċenti tal-Ministru fl-Istati Uniti jew kienu ilhom għaddejjin minn qabel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-taħdidiet li qed isemmi l-Onor. Interpellant in parti, saru qabel, u in parti saru ukoll waqt iż-żjara ta' delegazzjoni minn Malta dan l-aħħar fl-Istati Uniti. Billi d-diskussjonijiet jinvolvu kumpaniji privati u huma ta' natura kummerċjali ma nistax nagħti aktar dettalji.
Leg 9 PQ #7285 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Triq Polverista - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata kisja tarmac jew concrete area fit-turf ta' Triq Polverista, Bormla, area li tagħti għal fuq il-ġibjuni li hemm fl-istess area?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #7286 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Ġibjuni ta' Sta. Liena

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata tindifa ġenerali fl-area ta' madwar il-ġibjuni ta' Sta. Liena, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għalkemm dawn il-ġibjuni qiegħdin fil-foss ta' swar u partijiet minnhom ma għandhom l-ebda aċċess, il-Ministeru ta' struzzjonijiet lid-Dipartiment ta' l-Immaniġjar ta' l-Iskart biex jara x'jista' jsir ħalli din l-area titnaddaf.
Leg 9 PQ #7289 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — DOE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ipprogrammat għall-post magħruf bħala d-DOE fil-fortini l-Birgu? X'se jsir minn dan il-post?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-post li huwa taħt il-ġurisdizzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet se jibqa' jintuża bħala uffiċċju ta' l-istess Taqsima.
Leg 9 PQ #7367 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Zebbuġ — Tfigħ ta' liquid manure

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6727?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma ħareġ ebda permess minn naħa tad-Discharge Permit Unit tad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex jintefa' rimi fil-post imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, jiġifieri Wied tat-Troll, Żebbuġ u dan il-post ma hux post uffiċjali fejn jintrema rimi. Il-bowsers huma reġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Qed isir studju biex jinstab post alternattiv bħala post fejn isir ir-rimi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ma hux responsabbli mill-permessi irregolari li joħorġu mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Fil-futur hu propost li jitwaħħlu tabelli u jiġi numerati dawk is-siti fejn isir ir-rimi. Għandu jiġi publikat ktejjeb b'dawn is-siti u dan il-ktieb jitqassam lill-Kunsilli Lokali, lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Agrikoltura, u s-Sanita' biex dawn jieħdu azzjoni immedjata jekk isir rimi f'postijiet mhux awtorizzati.
Leg 9 PQ #7186 Sitting 109 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment għall-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' vetturi/karozzi/inġenji, eċċ li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent? Kemm hu n-numru ta' impressed drivers u n-numru ta' makkinarji mikri li d-dipartimenti għandhom fil-preżent u/jew kellhom mill-5 ta' Settembru, 'il hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi/karozzi/inġenji etc. huwa hekk: TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET ---------------------- TIP AMMONT ----- -------- Skid Steer Loaders 4 All Terrain Mobile Hydraulic Crane 1 Aerial Working Platforms 2 Bulldozers 18 Excavator Crawler Cranes 2 Graders 4 Hydraulic Excavators 4 Road Rollers 30 Track Shovels 11 Wheel Shovels 32 Asphalt Cutters 19 Compressors 30 Dumpers 4 Forklifts 5 Hand Guided Vibrator Rollers 6 Petrol Operated Breaking Hammers 14 Plate Compactors 6 Portable Generating Sets 3 Portable Welding Generators 4 Road Marking Machine 1 Vibro Tampers 16 Buses 1 Drainage Bowsers 2 Water Bowsers 1 Fuel Bowsers 2 Mobile Cranes 5 Street Washing Bowsers 1 Tractor Units 2 Truck Wreckers 2 Trucks 46 Jeeps 29 Saloon Cars 38 Vans & Pick-ups 67 ------- TOTAL 412 ------- In-numru ta' vetturi Impressed huwa ta' Trucks 158, Vannijiet 15 u karozzi 77. Ma hemm l-ebda makkinarju mikri fuq sistema permanenti imma, dan jinkera għal perjodi qosra skond il-bżonn. DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT --------------------------------------- TIP AMMONT ----- -------- Mini Vans 3 Pick-ups 7 Landrovers 3 Mini van (Piaggio) 1 In-numru ta' Impressed Drivers hu ta' erbgħa. Id-Dipartiment ma għandu l-ebda impjant mikri. Mill-5 ta' Settembru 1999 'l hawn, il-BICC għamel, u għadu qed jagħmel, użu minn tliet karozzi self-drive.
Leg 9 PQ #7145 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Twaħħil ta' siġar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5837, jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li se jitwaħħlu siġar fuq area blat li hemm fi Triq il-Palazz l-Aħmar Sta. Venera, fejn bħalissa jidher li qed jitħaffer ġibjun?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #7057 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6874, jista' l-Ministru jinformani meta hu maħsub li jkun lest il-pjan tat-tindif tal-widien? Huwa possibbli li l-Ministru jinformani min huma l-uffiċjali responsabbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7058 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6873?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf, id-Dipartiment tad-Drenaġġ dejjem jagħmel 'preventive maintenance' billi jnaddaf bl-użu tal-jetting-suction bowsers il-medded tad-drenaġġ ta' postijiet ħdejn il-baħar, speċjalment fejn hemm stabbilimenti ta' l-ikel minħabba x-xaħmijiet, bħal fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra. Id-difetti fis-sistema tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi huma (i) parti minn Triq l-Imħar, Qawra (ii) parti minn Triq is-Sajjied, Buġibba (iii) parti minn Triq Barnaba, Buġibba (iv) parti mill-main li għaddej minn fuq il-'boathouses' li hemm taħt Santa Maria Estate, Mellieħa (v) parti mill-Coast Road Qawra faċċata l-'boathouses' (vi) Miżieb, għax ma jlaħħaqx mal-'peak flow'. Fil-każi (i), (ii), (iii) u (iv) saru CCTV surveys biex jiġi stabbilit il-ħsara u dawn għandhom jissewwew. Rigward il-(v), din il-ħsara saret minn kuntrattur tar-Roads Department u għandu jsewwieh hu. Rigward is-(vi), din il-problema għandha tiġi solvuta bil-masterplan.
Leg 9 PQ #7031 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6870?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' fawran fi bliet u rħula tat-12-il distrett huwa kif spjegat hawn taħt: a. Mġarr Triq l-Alrisa b. Qawra (i) Qawra Coast (tlett darbiet). Ir-raġuni huwa li l-main irid jitnaddaf. Fil-fatt dan qiegħed jitnaddaf fil-preżent bil-jetting-suction bowser. (ii) Salina Road. Mill-main ittella' tiben kif ukoll biċċiet tal-bricks tal-bankini. (iii) Triq l-Imħar. Wara li sar survey bis-CCTV instab illi parti mill-main irid jinbidel. ċ. Buġibba Mazzola Street. Dan l-istoppage tneħħa minnufih u l-main tnaddaf. d. Għadira Popeye Village Area. e. Ċirkewwa faċċata l-Paradise Bay Hotel qabel id-dħul tal-pumping station. f. Mdina Taħt l-Imdina ħdejn l-uffiċċju tal-Water Services Corporation. g. Rabat (i) Triq Santa Katerina (tlett darbiet). (ii) Misraħ Suffara (darbtejn). (iii) Għajn Qajjiet. (iv) Triq Konti Ruġġieru. Mtarfa L-istoppage li kien hemm l-Imtarfa dam xi ħmistax-il ġurnata minħabba l-fatt illi l-manholes ma setgħux jinsabu peress illi meta sar il-ground tal-football dawn tgħattew u għalhekk ma setax jinfetaħ l-istoppage. Wara li dawn instabu, il-main tnaddaf u issa d-drenaġġ qiegħed jaħdem normali.
Leg 9 PQ #7019 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Playing fields

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-playing fields li se jiġu żviluppati fi bliet u rħula tat-12-il distrett elettorali? Meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm hi n-nefqa proġettata għal dawn il-proġetti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemm ippjanat l-ebda xogħol fuq żvilupp ta' playing fields fil-lokalitajiet ta' dan id-distrett għal matul l-1999.
Leg 9 PQ #7041 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u kemm saru laqgħat mal-Project Management fuq il-proġett tal-Marina tal-Birgu? Jeżistu minuti ta' dawn il-laqgħat? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk iltaqax ma' rappreżentanti tal-Works Department; tal-Working Construction; il-gvern u ż-żewġ consortia flimkien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li dħalna fid-dettal kollu meħtieġ fuq dan is-suġġett waqt id-dibattitu parlamentari li għadu kif sar.