Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-majjal, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Liema huma l-kundizzjonijiet ta' l-ambjent li trid tkun konformi magħhom din l-industrija?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli, direttivi u liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jridu jkunu konformi magħhom l-industrijalisti lokali ta'l-imbejjed, qabel u wara li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Bdiewa/Raħħala/Sajjieda — Bolla tas-sigurta' nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li bbenefikaw mill-għajnuna fuq il-bolla tas-sigurta' nazzjonali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'se tkun il-pożizzjoni tal-bdiewa, raħħala u sajjieda rigward dan il-benefiċċju, wara li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li bbenefikaw mill-għajnuna fuq il-bolla tas-sigurta' nazzjonali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena huwa kif ġej:
1994 1122
1995 1164
1996 1159
1997 1302
1998 1219
Ir-regolamenti ta' l-Unioni Ewropeja dwar l-Agrikoltura ma jaffettwaw bl-ebda mod dan il-beneficcju. Rigward is-sajjieda dan il-beneficcju jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni tal-Komunita' Ewropea.
Jista' l-Ministru jinformana x'kienu l-varjetajiet ta' ħxejjex u frott li ddaħħlu fil-pitkalija ċentrali matul l-1999? X'kien it-tunnellaġġ u l-prezz medju, prodott prodott?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-poultry fir-rigward tal-liġijiet ta' l-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi, li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-ħalib frisk, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jinforma lill-Kamra liema huma l-aspetti li se jikkawżaw żvantaġġi lil din l-industrija u li se jiġu diskussi bil-għan li jingħeleb l-iżvantaġġ li ssofri din l-industrija lokali bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn l-1987 u l-1996 l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd irċieva żewġ vetturi bħala donazzjoni.
Il-vetturi kienu Mercedes Unimog truck u Mercedes fire engine. Dawn ġew ippreżentati lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u sajd fl-1994 mill-'International Tree Fondation (Malta)'. Din l-għaqda rċeviet il-vetturi mingħand 'The People of Minden (Germany)' bl-iskop li tagħdihom lill-Gvern ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru talbiet mill-bdiewa ta' Burmarrad sabiex titħammel il-parti ta' Wied il-Għasel? X'passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti u kemm huma kkalkolati l-ispejjeż li sofrew il-bdiewa kkawżati mill-għargħar riċenti f'dawn l-inħawi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fl-uffiċju ta' l-'Extention Service' l-Mosta saru 18 ir-rapport ta' ħsarat kaġunati minn ilmijiet kawża ta' l-aħħar maltemp. Il-ħsara kienet tinkludi twaqqiegħ ta' xi 75 metru ħitan tas-sejjieħ u telf ta' 250 truck ħamrija li nġarru mal-kurrent ta' l-ilma u għadu qed issir il-verifikazzjoni u l-istimi mill-uffiċjali inkarigati.
Din il-parti t'isfel tal-wied qiegħed tkun milqugħa minn għargħar kull meta tagħmel ħafna xita. Probabilment il-kaġun ta' dan huwa għax il-passaġġ ta' l-ilma ġie disturbat minn xi individwi li matul is-snin bdew jikkultivawħ.
Huwa maħsub li xogħol ta' taħmil issir hekk kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onor. Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jinformani bil-programm tal-laqgħat li l-Ministeru se jkollu mal-kooperattivi nazzjonali tas-setturi tal-biedja u sajd matul dawn it-tliet xhur li ġejjin dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE fuq is-setturi rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qabel jiġi mfassal programm ta' laqgħat mas-settur tal-biedja w sajd, irid isir il-'Bilateral meeting' mal-Kummissjoni tal-Komunita' Ewropeja dwar l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-ministeru u tad-dipartimenti li fit-tliet xhur li ġejjin jridu jmorru għad-diskussjonijiet fi Brussels minħabba l-applikazzjoni ta' Malta bħal sħubija fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid meta, fejn u ma' min se jsiru dawn il-laqgħat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-laqgħa li jmiss fi Brussels hija il-'Bilateral meeting' dwar l-Agrikoltura. Id-Delegazzjoni ta' Malta ser tkun immexxija mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura w Sajd u ser tkun tikkonsisti f'diversi uffiċjali tal-Gvern kif tkun il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk it-toroq li d-Dipartiment tal-Agrikoltura rrapporta lid-Dipartiment tar-Roads, Ambjent u/jew kunsilli lokali sabiex jiġu rranġati ħalli l-bdiewa tat-12-il distrett ma jkomplux ifarrku l-karozzi tagħhom u ċioe' jkollhom toroq aċċettabbli fejn jistgħu jġorru l-biegħa tagħhom bla inkonvenjent għall-bdiewa tal-Baħrija, Mtaħleb, Manikata, Wardija eċċ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Meta l-bdiewa jirrapurtaw ħsarat f'toroq publiċi dawn jingħataw parir sabiex jirrapurtaw lill-Kunsill Lokali jew lid-Dipartiment tat-Toroq. Meta jkun każ serju jew persistenti fuq ħsara fi triq publika użata mill-bdiewa d-Dipartiment jidħol sabiex jiġbed l-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq sabiex tiġi rranġata.
Id-Dipartiment jidħol biss għal tiswija ta' toroq jew sqaqien tal-bdiewa billi ingħataw wiċċ tal-konkos.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12058?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-plakka li tfakkar il-ftuħ ta' l-ewwel fażi ma tneħħitx mid-Dipartiment iżda jidher li din ġiet misruqa billi tqaċctu l-viti li bihom kienet mwaħħla. Rapport dwar din il-ħsara sar lill-pulizija fl-għassa tar-Rabat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12057?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saru diversi diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar każi ta' applikazzjonijiet li jirrikjedu 'environmental impact statement'. Sa fejn hu possibli d-Dipartiment qed jgħin l-applikanti sabiex l-istatement isir. Fejn hemm konċentrazzjoni ta' applikazzjonijiet bħal ma huwa l-każ tal-Magħtab, fuq suġġeriment ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huwa maħsub li jsir 'Environmental Impact Assessment' għaż-żona kollha. Dan jkun jista' jifforma parti mir-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ntbagħtu jaħdmu fuq il-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa?
Meta ntbagħtu u x'inhuma x-xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom?
Xi grad għandhom dawn il-ħaddiema?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' ħaddiema li ntbagħtu fuq il-proġett kien ta' 18 fl-4 ta' Jannar 2000, 20 fil-5 ta' Jannar 2000, u 15 fis-6 ta' Jannar 2000.
Ix-xogħolijiet normali tagħhom huwa fuq id-distretti tat-Tramuntana.
Il-gradi huma:
Senior Tradesman 1
Assistant Foreman 1
Gardeners 2
General Hands 13
Impressed Drivers 2
Driver 1
Farm Operative 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li kienet il-ħsara fil-Wied il-Qlejgħa kawża ta' l-aħħar maltemp f'ċifra ta' flus?
Liema huma x-xogħlijiet li se jsiru mill-kuntrattur u liema huma x-xogħlijiet li se jsiru mill-ħaddiema tad-dipartiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-maltemp eċċezzjonali li għamel f'Novembru w Diċembru ssarraf f'ħafna ħsara fuq il-kampanja w ir-raba ma Malta kollha.
Fost il-ħafna postijiet li ntlaqtu kien hemm ukoll xi partijiet minn Wied il-Qlejgħa, fejn bis-saħħa ta' ilma li għamel, inġabar ammont kbir ta' materjal li jikkonsisti fil-maġġor parti tiegħu fi zkuk, ħamrija u ġebel. Dan il-materjal tkaxkar mal-wied u akkumula l-iktar f'ċerti partijiet tal-Fiddien.
Il-Ministeru tiegħi diġa ħa passi, u bgħatt ħaddiema sabiex sar ix-xogħol ta' tindif u tiswija li setgħa jsir bħalissa.
Dwar il-kumplament tal-ħsara, għad ma jista jsir xejn bħalissa minħabba fil-fatt li għad hemm wisq ilma, pero l-uffiċjali relevanti diġa ġew inkarigati sabiex jibdew jevalwaw x'tip ta' xogħol hemm bżonn isir, meta l-aħjar żmien li jibda u x'tip ta' inġenji hemm bżonn jintużaw.
Ix-xogħolijiet li jridu jsiru mill-kuntrattur huma dawk li ma jkunux jistgħu isiru bl-inġenji tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, jew ta' xi dipartiment ieħor li jista jipparteċipa f'dan ix-xogħol.