Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tiġieġ tas-simna

Question

Jirriżultalu l-Ministru li matul Diċembru 2004 u Jannar 2005 il-qatla tat-tiġieġ tas-simna kienet tvarja bejn 70,000 u 60,000 fil-ġimgħa? Jekk le, jista' jinformani bl-informazzjoni korretta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' tiġieġ tas-simna maqtula f'Diċembru 2004 kien ta 75,384 fil-ġimgħa. Informazzjoni rigward il-qatla ta' Jannar 2005 tista' tiġi pprovduta wara l-aħħar ta' Frar, meta il-produtturi jikkonfermaw bid-dokument ir-roża.

Ta' Qali — Park

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10143, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjan ta' żvilupp għal Ta' Qali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jista' l-Onor. Membru jgħid għall-liema pjan ta' żvilupp qed jirreferi.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq mobile phones fix-xahar ta' Novembru 2004 kienet ta' Lm 2655.15. Peress li l-kontijiet ta' Diċembru għadhom ma waslux, ma tistax tingħata risposta dwar l-ispiża għal dan ix-xahar.

Flieles għas-simna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9966, għaliex filwaqt li fl-2004 ġew importati 5.7 miljun fellus (għas-simna) laħqu għall-ipproċessar 3.7 miljun biss skond it-tagħrif li għandu l-gvern? Jista' il-Ministru jinvestiga u jinformani x'ġara mill-bqija taż-2 miljun fellus għas-simna li kellu pajjiżna matul l-2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweħiba tingħata f'Seduta oħra.

Tjur tas-simna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9966, għaliex il-gvern mhux jiddikjara li fl-2003 il-produzzjoni tat-tjur tas-simna laħqet 6.2 miljun u mhux 4.5 miljun kif iddikjara fl-istess mistoqsija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

Ilma tat-tisqija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9686, il-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-aqwa ilma għat-tisqija tar-raba huwa dak ġiri naturali tax-xita (dejjem meta jiġi wżat skond il-ħtieġa naturalment tal-ħxejjex u frott imkabbra fuq l-uċuħ u s-serer)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

MEPA — Ħajt ma' plot privat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8529, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-MEPA ma' sid privat biex itella' ħajt mal-plot privat tiegħu - dettalji dwaru intbagħtu separatament - minħabba li dan qed ikun użat bħala miżbla b'inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

MEPA — Applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tlett audits li kellhom isiru dwar l-applikazzjonijiet għal żvilupp li jsiru lill-MEPA ġewx finalizzati? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti relattivi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.

MEPA — Riabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-MEPA qed tapprova u tippermetti li jsiru xogħlijiet bil-konkos fir-riabilitazzjoni tal-widien bħalma approvat u ppermettiet fix-xogħlijiet li saru fil-wied tal-Marsa mill-ministeru tar-riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nittama li l-Onor. Membru japprezza li minħabba l-urġenza ta' xogħlijiet sabiex il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita jgħaddi mingħajr xkiel, u ma joħloqx problemi ta' għargħar, kif ġara fi snin li għaddew, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet applika sabiex jagħmel ix-xogħlijiet b'dan il-mod ta ' kostruzzjoni. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma sabitx oġġezzjoni għal din il-proposta.

MEPA — Riabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' il-Ministru jinformani għaliex il-MEPA tikkwalifika li l-konkos fir-riabilitazzjoni tal-widien huwa preferut mis-sistema li ntużat fir-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa fl-1997? Għaliex fil-wied tal-Marsa l-MEPA ma rrikomandatx li ssir din is-sistema flok il-konkos li approvat u ppermettiet li jsir f'dan il-wied?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10340.

Flieles għas-simna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9966, għaliex filwaqt li fl-2003 kien hawn 7.5 miljun fellus (għas-simna) bejn perent stock lokali u importati laħqu għall-iproċessar 4.5 miljun biss skond it-tagħrif li għandu l-gvern? Jista' il-Ministru jinvestiga u jinformani x'ġara mill-bqija tat-3 miljun fellus għas-simna li kellu pajjiżna matul l-2003?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fis-sena 2004 ma ġew impurtati l-ebda flieles tas-simna. Il-figura ta' 5.7 miljun huma bajd tat-tifqis globali bejn dak impurtat u dak lokali. Minn dan il-bajd ġew imfaqqsa 4,047,323 flieles tas-simna, li minn dawn 3,706,177 waslu għall-qatla. Id-differenza tirriżulta minn diversi fatturi ta’ l-importazzjoni u fatturi lokali sal-qatla.

Magħtab — Esperti Griegi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi survey jew studju minn xi esperti Griegi dwar gassijiet tossiċi li jista' ikun hemm fejn il-Magħtab? Jekk iva, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan ir-rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li la l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-anqas il-kumpanija WasteServ Malta Limited qatt ma kkummmisjonaw xi survey jew studju lil xi esperti Griegi dwar gassijiet tossiċi li jista' ikun hemm fejn il-Magħtab.

Impjant ta' Sant'Antnin — EIA

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif saret l-għażla tal-kumpannija biex isir l-EIA dwar l-impjant ta' l-iskart f'Sant'Antnin? Jista' jgħid kemm intefgħu offerti? Kemm kienu jammontaw? X'konsiderazzjonijiet ittieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Żwejra — Tender

Question

Jista' il-Ministru jgħid min tefa' l-offerti għat-tender għat-tħaffir li qed isir fiż-Żwejra, limiti tan-Naxxar? Jista' jgħid kemm kienu jammontaw dawn l-offerti? Jista' jgħid jekk it-tehid tal-materjal li jiġi mħaffer ġiex ikkwantifikat fl-offerti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Żwejra — Tneħħija ta' Minerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ikkwantifika l-valur tal-minerali li qed jitneħħa miż-Żwejra, limiti tan-Naxxar? Jista' jgħid fejn qed jintefa' dan il-materjal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

MEPA — Blat ta' l-Għallis

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati jew l-istatements kollha li kienu saru fil-mineral resources assessment report li ġie kkummissjonat mill-MEPA dwar il-blat li hemm fl-Għallis?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Żwejra — Tħaffir

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkun fond it-tħaffir fiż-Żwejra, limiti tan-Naxxar? Jista' jgħid għaliex mhux se jittieħed aktar spazju fil-fond?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-fond tat-tħaffir ser ivarja minn madwar 15 il-metru għal madwar 20 metru. Il-fond tas-sit huwa marbut strettament mal-konfigurazzjoni tas-sit u n-neċessità li x-xogħol tal-‘engineering’ tas-sit, jiġifieri t-tqegħid tas-saffi ta’ lqugħ, isir bl-aktar mod effiċjenti u ekonomiku.

Dulliegħ — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju fuq kull kilo li ħadu l-bdiewa fuq id-dulliegħ li pproduċew is-sena l-oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Matul l-2004 iddaħħlu 4,369,905kg ta' dulliegħ fil-pitkalija Ta' Qali u dik f' Għawdex. Is-sussidju fuq dan id-dulliegħ jammonta għal Lm 249,084.60 bir-rata ta' 5ċ7 kull kilo.

MEPA — Permess għal żvilupp tal-winery fil-Buskett

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mit-talba li l-kunsill ta' Ħad-Dingli għamel lill-MEPA u/jew lill-awtorita' kompetenti f'Jannar tas-sena 2002 dwar permess għall-iżvilupp tal-Winery fil-Buskett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-uniku applikazzjoni li jien infurmat li saret lill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fuq dan is-sit hija l-applikazzjoni PA 6136/01, li ġiet sottomessa lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura u Sajd.