Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta — Collections Management – sistema ġdida

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27833, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-budget ta' Heritage Malta allokkat għas-sistema l-ġdida tal-Collections Management? Jista' jgħid meta se tiġi varata din is-sistema l-ġdida?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma hemmx budget speċifiku għall-collections management. F’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jistabbilixxi ħtiġijiet finanzjarji u dati ta’ implimentazzjoni.

Heritage Malta – ħaddiema li jattendu konferenzi u esebizzjonijiet barra minn Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27826, jista’ l-Ministru jispeċifika kemm ħaddiema ta' Heritage Malta attendew xi konferenza barra minn xtutna minn Marzu 2013 s’issa? Jista' jgħid fuq liema suġġetti kienu dawn il-konferenzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa issa kien hemm għoxrin okkażjoni meta uffiċjali ta’ Heritage Malta attendew jew taw preżentazzjoni waqt konferenza. L-okkazjonijiet kienu varji u s-suġġetti kienu jinkludu arkeoloġija, arti, IT, proġetti partikolari, storja militari u marittima.

Ħal Saflieni – Ipoġew u MUŻA — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ħa jerġa’ jinfetaħ għall-ħabta ta' Settembru 2017 filwaqt li l-MUŻA ħa jinfetaħ f'Jannar tal-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif diġà ngħad diversi drabi huwa ppjanat li l-Ipoġew jinfetaħ matul din is-sena filwaqt li l-MUZA jinfetah matul l-2018.

MUŻA – Request for Proposal for Concept and Related Product Design

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet Heritage Malta bl-isem ta' Request for Proposals for Concept and Related Product Design for MUŻA HM28/7/2016, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li taw kontribut fit-tfassil ta' dan id-dokument?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-dokument imsemmi ġie mhejji bil-kontribuzzjoni tal-kuraturi kkonċernati kif ukoll ta’ uffiċjali fid-dipartiment tal-marketing tal-aġenzija.

Heritage Malta – Curatorial School — ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27813, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċċju tal-HR fi ħdan Heritage Malta ma nkoraġġiex lill-ħaddiema tal-istess Aġenzija sabiex jattendu għal din l-inizjattiva ferm relevanti għal xogħolhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-uffiċċju tal-HR fin ħdan Heritage Malta għamel ix-xogħol kollu li kellu jagħmel f’każijiet bħal dawn.

Talbiet ta’ Petizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja Kap. 291 tal-Liġijiet ta’ Malta? Kemm minnhom daħlu direttament u elettronikament? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Qorti Kriminali u Ċivili — sentenzi tal-Appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sentenzi fil-Qorti Kriminali, u dak Ċivili li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin, erba' snin, ħames snin, sitt snin, seba' snin jew aktar?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fil-Qorti Ċivili ta’ Malta u dik ta’ Għawdex, kemm fil-Qorti tal-Appell (Superjuri) u kemm fil-Qorti tal-Appell (Inferjuri) ma hemmx każi li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin, erba’ snin, ħames snin, sitt snin, seba’ snin jew aktar. Fil-Qorti Kriminali (Għawdex) m'hemmx każi li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin, erba’ snin, ħames snin, sitt snin, seba’ snin jew aktar. Fil-Qorti Kriminali (Malta) hemm hames każi li ilhom pendenti bejn tliet jew hames snin jistennew is-sentenza fl-appelli inferjuri. Irrid ngħid li tlabt informazzjoni ulterjuri u ntqal lili li dawn huma kollha quddiem l-istess Imħallef. Il-Gvern m'hu kuntent xejn b'dawn il-ħames każijiet għax jitfgħu dell inġust fuq il-ħafna xogħol tajjeb li sar anke minn dan l-istess Imħallef biex jinqatgħu l-kawżi li kienu ilhom wisq pendenti.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħlijiet li saru minn Destination Management Companies

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikjarifika aktar il-mistoqsija tiegħu.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — Funikular bejn il-Mellieħa u l-Bajja tal-Għadira – studji dwar il-proġett

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13083 mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2014 , jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-istudji li jittrattaw diversi aspetti dwar il-proġett tal-funikular fil-Mellieħa, liema idea tal-proġett kienet tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proposta li kien għamel il-Kunsill Lokali dwar il-proġett imsemmi, bħalissa hija wieqfa u għaldaqstant f’dan l-istadju m’hemmx ħtieġa li jsiru l-istudji neċessarji. Infurmat ukoll li l-Kunsill qed jevalwa kull possibiltà biex il-proġett ikun jistà jimxi aktar 'il quddiem b’investiment privat.

Identity Malta – applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fil-preżent ġewwa Identity Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma għal ċittadinanza biż-żwieġ, b'naturalizzazzjoni u taħt l-iskema IIP?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija li għaddew mill-istadji kollha meħtieġa u jonqoshom biss il-firma tiegħu? Jista’ jgħid kemm minnhom saret l-applikazzjoni għalihom fis-sena 2015 jew qabel u ta' liema sena hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ħal Qormi — Triq Valletta - two way

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Valletta f'Ħal Qormi, il-parti minn ħdejn id-daħla tal-Qormi FC sa ħdejn id-dawra għal Triq il-Kanun għadha ma ġietx two-way għar-residenti hekk kif kienet approvata minn Transport Malta u mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn erba' xhur ilu hekk kif muri fil-korrispondenza u l-pjanta li qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – Bighi — overtime

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-2015, Heritage Malta rrikorriet għal numru kbir ta' sigħat overtime għall-inawgurazzjoni tal-Forti Sant’Anġlu ladarba dan infetaħ għall-pubbliku fl-1 ta' Novembru 2016? Ma jaħsibx li kien ikun iktar għaqli jekk ix-xogħol tqassam aħjar jew jekk is-sit infetaħ uffiċjalment din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – overtime

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'dawn l-aħħar ftit snin, Heritage Malta dejjem ikollha tirrikorri għall-ħin ta' wara x-xogħol sabiex jispiċċaw ċertu proġetti ta' importanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – expression of interest għal Senior Clerk

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27849, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata taħriġ fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ lill-ħaddiema ta' Heritage Malta li huma responsabbli minn dan il-qasam?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – siti u mużewijiet — WiFi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta li hemm WiFi għall-użu tal-pubbliku? Jista' jgħid meta ħa jsir il-WiFi fis-siti u l-mużewijiet l-oħra li ma għandhomx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – HR Capacity Building – curatorial support

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27840, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-HR capacity building għas-sena 2017-2018 relatat mas-sezzjoni tal-kuratorjat ta' Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Heritage Malta – talbiet ta’ rapurtaġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27839, jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' rapurtaġġ relatata mal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ġew miċħuda u jekk Heritage Malta offrietx lis-stock footage li għandha fuq dan is-sit ferm importanti għal skopijiet ta' PR u attivitajiet oħra edukattivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta ma żżommx rendikont ta’ talbiet ta’ rappurtaġġ għal kull sit partikolari. Hija policy tal-Aġenzija li ma jsirx filming fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni minħabba raġunijiet ta’ konservazzjoni. Hija prassi li l-istock footage relatat ma dan is-sit jingħata lil kull min jistaqsi għalih.

Sit arkejoloġiku tas-Silġ — ilqugħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda tul is-sena li għaddiet dwar is-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jara li l-ilqugħ li kien sar temporanjament, jiġi rimedjat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.