Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482, 15608 u 15718 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15502 u 15610 u jgħid jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kumpannija nazzjonali Air Malta kienet se tkun il-main official sponsor taċ-CHOGM? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: 1) x'inhi r-raġuni li din il-kumpannija ma baqgħetx ikkonsidrata bħala main official sponsor? 2) Xi spejjeż laħqet għamlet il-kumpannija f'dan ir-rigward?
Jista' jgħid ukoll jekk il-kumpannija ġiet aċċettata bħala official sponsor biss, x'kienu l-ispejjeż involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kif huwa mistenni li jolqot il-gradi u l-impjieg tal-ħaddiema r-ristrutturar li qiegħed isir bħalissa fil-kumpannija nazzjonali Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Patt Ażjendali iffirmat aktar minn sena ilu qiegħed jgħin biex l-impjegati kollha tal-Air Malta (inklużi l-mijiet li daħħal il-Gvern Laburista lejliet l-elezjoni tal-1987) jibqħu fl-impjieg tagħhom minkejj l-kompetizzjoni ħarxa li teżisti f'dan il-qasam.
Jikkonferma l-Ministru li n-numru ta' ħaddiema tar-rampa fil-kumpannija nazzjonali Air Malta se jonqsu b'riżultat tar-ristrutturar? Jekk fl-affermattiv, b'kemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għad-domanda numru 15954.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ta' spiss qed jinqata' is-servizz ta' l-ilma fil-housing estate f'Ta' Farsina, Ħal Qormi?
Jista' jgħid għaliex dawn ir-residenti kienu ilhom jumejn bla ilma, bejn l-20 u l-21 ta' Novembru 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mir-records tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma ma jirriżultax li s-servizz tal-ilma qed jinqata' spiss f' Ta' Farsina Ħal-Qormi. L-aħħar darba li nqata' l-ilma f'dan il-lokal kien lejn nofs is-Sajf meta kienu għaddejjien xogħolijiet relatati ma' proġett tat-toroq li kien qed isir fil-viċinanzi.
Fil-ġranet li semma l-Onorevoli Interpellant, inqalgħet ħsara fil-'control valve' tal-lokal li wasslet għal pressjoni baxxa fil-provvista tal-ilma u mhux għal qtugħ tas-servizz.
Madanakollu, kien biss fit-22 ta' Novembru li r-residenti rrapurtaw li kellhom problema. Minnufih, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma investigat u sabet il-kagun tal-problema. Saru t-tiswijiet meħtieġa u l-provvista ta' l-ilma rritornat għan-normal ftit tal-ħin wara.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15588, jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni dwar l-għoti ta' direct orders lil lukanda partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482 u 15608 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438 u 15582 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija u negozju li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ngħataw għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta, sena sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X'għajnuna ngħataw? F'liema fieri ħadu sehem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Trade Promotion Unit tal-Malta Enterprise torganiżża numru ta' Attivitajiet ta' Trade Promotion li parti mill-ispejjeż jistgħu jkunu sussidjati sa 50% taħt ċerti kundizzjonijiet. Kumpanija waħda minn Għawdex ibbenefikat f'żewġ attivitajiet fl-2004 u f'attivita fl-2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta żidietx adittivi lill-fuel tal-karozzi li jiġu mportati f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi standards qed jintużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u tista' titfa l-Enemalta fi żvantaġġ ma xi entitajiet li jitħajru jidħlu f'dan is-suq mis-sena d-dieħla. Iżda nista' nassigura lill-Onor. Intepellant li l-Enemalta timxi ma prattiċi nternazzjopnali fejn jidħlu l-fuels.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħmel sinjal indikattiv ta' merħba fid-daħla tal-qasam industrijali ta' Ħal Farruġ, Luqa? Ma jaħsibx li dan ikun konformi ma' dak li sar f'daħliet ta' oqsma industrijali oħra u jkompli jsebbah u jagħti dehra professjonali ta' pajjiżna, speċjalment issa li sar ix-xogħol ta' bini ta' triq mill-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li peress li dan is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru huwa validu se tittieħed azzjoni biex dan is-sinjal isir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies ma' l-Enemalta fis-snin 2003-2005 rispettivament u f'liema kategorija ġew ingaġġati? Kemm kien hemm nies li rtiraw jew li ġew boarded out fl-istess medda ta' żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Għall-ewwel parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda Nru. 14948.
Rigward it-tieni parti tad-domandi jiena nfurmat li fl-istess perjodu kien hemm mija u għoxrin (120) irtirar mix-xogħol bl-eta' u tnax (12) minħabba saħħa (medically boarded out).
Jista' il-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent ta' irwejjaħ ta' drenaġġ fil-baħar quddiem il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni sejra tinvestiga dan l-ilment u jekk jirriżulta li hemm xi ħsara fil-mejn tad-drenaġġ fl'inħawi tieħu azzjoni biex tissewwa din il-ħsara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1998 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1998 u ta' l-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinġabarx mill-Ministeru tiegħi. Pero' ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mill-informazzjoni tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Jista' il-Ministru jgħid jekk koppja Maltija (tgħix Malta) li għandha pensjoni ta' l-invalidita' Awstraljana tikkwalifikax għall-iskont normali li hemm fuq in-noll tal-vapuri tal-Gozo channel minħabba li kien hemm każi fejn dawn ġew imġiegħla jħallsu t-tariffi normali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nol sussidjat tal-Gozo Channel japplika biss għal dawk l-individwi li, skond il-Karta ta' l-Identita' tagħhom, għandhom ir-residenza tagħhom ġewwa Għawdex. U hemm noll ridott ieħor li japplika għal dawk li għandhom il-Karta Anzjan. Il-pensjoni ta' Invalidita' Awstraljana 'per se' ma tagħti l-ebda dritt li tikkwalifika għal xi roħs fin-nollijiet.
F'każ ta' persuni b'diżabilita', dawn jagħaddu bla ma jħallsu (imma jridu jħallsu għall-vettura f'każ li jitilgħu biha), sakemm dawn ikollhom fil-pussess tagħhom il-Karta ta' Diżabilita' oriġinali (kopja mhix aċċettatata) u valida, maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita'.
Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti jistgħu jsiru biex min għandu post ta' villeġjatura jkollu l-arloġġ tad-dawl u l-ilma moqri mill-uffiċjal inkarigat mill-qari tal-metres u mhux jibqa' jintbagħat kont "stmat"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull konsumatur li għandu post ta' villeġjatura fil-Lokalitajiet imsemmijien hawn taħt, jirċievi avviż bid-data u l-ħin li jkun sejer il-meter reader biex jaqra l-arloġġi ta' l-ilma u l-elettriku. Barra minn dan, jekk għal xi raġuni l-konsumatur ma jkunx fuq il-post jista iċempel l-qari ta' l-arloġġi fi żmien ħamest ijiem mid-data ta' l-appuntament.
MALTA
San Pawl il-Baħar
Buġibba
Qawra
Għadira
Armier u limiti ta' l-Armier
Xgħajra
Birżebbuġa
Wied il-Għajn
San Pawl tat-Tarġa
Madliena
Baħar iċ-Ċagħaq
Irziezet kollha
GĦAWDEX
Marsalforn
Xlendi
Ta' Ċenċ Villas
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħalissa qed tistudja l-possibilitajiet biex jiġu koperti ukoll postijiet oħra li normalment ma jintużawx, bħall-garages jew djar vojta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15565 u jara kif tista' tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li għandha koppja anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li toqgħod fi flat isfel u ta' kull ġimgħa qed ikollha problemi bid-drenaġġ, tant li qed ikollha tqabbad ħaddiem privat biex jirrimedja s-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15502 u jgħid jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.