Jista' l-Ministru jara li kopja li l-partikularijiet tagħhom qed jintbagħtu separatament li twaqqatilhom id-dar ġewwa Bormla jieħdu l-kumpens? Tista' din il-kopja tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' pensjoni ta' armla li mietilha r-raġel xi xahar u nofs ilu u għadha ma rċeviet xejn mis-sigurta' soċjali, jitmexxa kemm jista' jkun malajr minħabba li tinsab mingħajr dħul finanzjarju ? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament. Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ indikat minnu ġie nvestigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex iż-żagħżagħ li d-dettalji qed jintbagħtu separatament jingħata dak li għandu bżonn f'taħriġ u f'iżjed opportunitajiet edukattivi biex jidħol għall-ħajja adulta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata, li għadha taħt it-18-il sena, mhiex tattendi l-iskola speċjali fejn kienet tmur għalkemm kellha l-opportunita' li tkompli tattendi sa l-eta' ta' 19-il sena.
Madankollu l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ser tieħu passi biex tibgħat għal din il-persuna biex jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tagħha u jekk ikun hemm bżonn tiġi riferuta għal taħriġ.
B'referenza għall-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar bdil tar-residenza tagħha ma' dik tal-persuna li isimha wkoll qed jintbagħat separatament, tista' tgħid xi żviluppi kien hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi dak li qed titlob il-persuna ma jistax isir. Hi trid tibdel ma post li fih ħsarat strutturali wara li d-Dipartiment ħariġha minn post ieħor bil-periklu u offrilha l-post fejn qed toqgħod. Jien infurmat ukoll li din mhix l-ewwel darba li qed titlob li terġa tmur f'post bil-periklu.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għall-alternative accomodation tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi l-persuna ndikata bidlet l-abitazzjoni tagħha mingħajr ma nfurmat id-Dipartiment u għalhekk ma setgħatx isirilha l-ispezzjoni neċessarja. Jekk għadha interessata din għandha tmur id-Dipartiment u tirregolariżża ruħha
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni ta' persuna li rritornat mill-Awstralja fl-1975 fejn kien ħallas l-kontribuzzjonijiet soċjali hemm u f'Malta minn dak iż-żmien l'hawn, dwar kontribuzjoni fil-pensjoni mill-Awstralja u Malta meta din tagħlaq il-61 fis-sentejn li ġejjien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu jista' jkollha dritt għal pensjoni kemm minn Malta kif ukoll mill-Awstralja jekk tissodisfa il-kundizzjonijiet tal-liġi dwar is-sigurta' soċjali taż-żewġ pajjiżi. Peress illi kull każ jinħadem fuq medja ta' kontribuzzjonijiet u dawn ikunu fuq bażi personali, nistieden lill-Onor. Interpellant jitlob lill-persuna konċernata tavviċina lid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħalli tingħata risposta aktar dettaljata skond iċ-ċirkustanzi tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li isimha qed jintbagħtu separatament li qed fid-djar tax-xjuħ fil-Mosta, ma hux qed jirċievi l-kontribuzjoni tal-mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata biċ-ċirkustanzi tal-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-missier tal-familja li kien weġġa fuq il-post tax-xogħol li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, jingħata l-kumpens dovut peress li s'issa għadu ma ħa l-ebda kumpens? Jista' dan l-individwu jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni tal-wiring u tal-elettriku fil-landing tat-tieni sular bejn il-flats 3 u 4 fil-blokk B, Triq Kordin, Paola u jordna tiswijiet neċessarji minħabba li minkejja li r-residenti jbidlu l-bozza tal-landing kull meta tinqata', dan qed jiġri wisq b'mod frekwenti u ripetut f' qasir żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li applikat għal sickness benefit minħabba schizophrenia xi sena u nofs ilu u li tgħix f'Flt 3, blk 3, Triq Betta, Tarxien minħabba li l-familja għandha bżonn ħafna din l-għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar dan il-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex nies li għandhom is-sengħa jsibu xogħol u karriera li tkun vijabili għalihom flok li nistgħu dejjem biss fuq iċ-ċertifikati ta' l-iskola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Membru jsib l-informazzjoni kollha mitluba fir-Rapport Annwali ta' l-ETC għas-sena 2000/2001 li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra ftit ġimgħat ilu.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir sabiex nies li jirreġistaw ma jkunux qed jaħdmu fil-black economy?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Permezz tal-Compliance Unit tagħha, l-Korporazzjoni twettaq medja ta' madwar 200 spezzjoni fil-ġimgħa fuq diversi postijiet tax-xogħol.
Parti oħra ntegrali mix-xogħol ta' din it-taqsima huma l-Call-Ins fejn persuni, speċjalment dawk li jkunu ilhom xi ftit jirreġistraw għax-xogħol, jiġu ntervistati pjuttost fil-fond, ħalli s-sitwazzjoni tagħhom tiġi ċċarata kemm jista' jkun, bl-iskop li jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna bl-aħjar mod possibbli.
Ta' min jgħid illi bħala medja, din it-taqsima tirreġistra madwar 3000 abbuż (fil-konfront tal-liġi tax-xogħol tal-1990) fis-sena, fosthom madwar 500 li jinqabdu jaħdmu filwaqt li jkunu qed jirreġistraw.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-bozoz ta' xi sulari fil-Blk D, Dr B, Triq Pietro Gagliardi, Tarxien mhumiex qed jinbidlu?
Jaf il-Ministru li r-residenti ilhom ix-xhur jgħidulhom li hemm xi ħsarat fil-main u madanakollu mhux qed isir xejn biexdin il-ħsara tissewwa?
Jista' l-Ministru jara kif tista' tirranġa din is-sitwazzjoni nġusta għar-residenti tal-blokk u dawk li jżuruhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bozoz tat-taraġ f'appartamenti tal-Gvern iridu jinbidlu mir-residenti nfushom u dan skond il-policy dwar it-tiswijiet.
Tiswijiet fil-main, sew dak ta' l-ilma jew tad-dawl, huma responsabbilta' ta' entitajiet li ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba għall-għajnuna tal-wens li għamlet il-persuna bil-karta ta' l-identita nru. 432385 (M) li tgħix fi Flat 3, Telgħat Raħal Ġdid, Paola talli tieħu ħsieb lill-omma li ma tistax timxi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mistenni jitressaq quddiem il-Bord Mediku kif meħtieġ skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni tal-persuna bi bżonnijiet speċjali biex isirilha support railing fil-kamra tal-banju fejn tgħix fi Flat 3, Bieb C, Telgħat Raħal Ġdid, Paola, li ilha tistenna xi risposta dwarha mill-awtoritajiet kompetenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li saret applikazzjoni għall-installar ta' support railing mill-inkwilini tal-post indikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid tingħatax kunsiderazzjoni lit-talba tar-residenti ta' Blk A4 Ta' Xbiex H.E. biex jiġi installat is-servizz tal-lift billi l-inkwilini ta' Flt 5 għandu diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita' tad-Djar fit-12 ta' Frar 2002, u qed tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jgħid x'aggustament fil-pensjoni għandu bi dritt l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament isir fil-konfront tagħha, jekk hu l-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna msemmija dwar il-każ tagħha.