Legislature:
Category:
Reset
Active:

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxi Interni

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16213, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mit-tax payer f'kull kategorija ta' qligħ (income bracket) kif mogħti fuq l-informazzjoni huma impjegati u kemm huma self-employed, sena b'sena u f'kull kategorija ta' dħul? Kemm ħallsu taxxa dawk f'kull kategorija (income bracket) kull sena fl-istess perijodu fuq indikat, cioe' bejn l-1998 sa l-2004, sena b'sena? Kemm huwa d-dħul mill-income tax għall-gvern mill-kumpanniji kollha ta' kull kategorija, kemm pubbliċi kif ukoll privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Il-Munita Euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformana għaliex meta l-basket tal-muniti kien ivarja bejn 60% fil-euro, 20% fl-isterling u 10% $US u 70% euro, 22% sterling u 8% $US, il-valur tal-lira Maltija kien medja ta' 242 u 238 euro għall-valur ta' Lm100, illum li l-basket tal-munita huwa 100% fl-euro, il-valur għal kull Lm100 jvarja bejn 222 u 228 euro, cioe' valur anqas meta ssaħħet il-munita b'effett tal-100% tal-basket fil-munita euro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-ispjegazzjoni tinsab fil-fatt li l-valur tal-lira Maltija kien, u għadu sal-lum jiġi influwenzat miċ-ċaqlieq fis-swieq internazzjonali tal-kambju. Dan peress li l-lira Maltija minn dejjem kienet marbuta ma’ basket ta’ minuti li, b’differenża minn dik Maltija, jiġu nnegozajti fis-swieq internazzjonali. Sa l-aħħar ta’ April 2005 il-valur tal-lira Maltija kontra l-euro kien jiġi ddeterminat miċ-ċaqlieq fuq is-swieq ta’ l-istess euro (70%), tad-dollaru Amerikan (10%) u tal-lira Ingliza (20%). Mill-bidu ta’ Mejju 2005 ‘l hawn il-lira Maltija hija marbuta għal kollox ma’ l-euro (100%) u għalhekk il-valur tagħha jibqa’ l-istess kontra l-euro iżda jiċċaqlaq kontra il-muniti internazzjonali l-oħra skond kif jiċċaqlaq il-valur ta’ l-euro. Issa l-fatt li llum il-lira maltija ġġib inqas euro milli kienet iġġib bejn l-2002 u l-2004 huwa dovut għall-fatt li, waqt li sa l-2004 l-euro kien qed jiddgħajjef kontra il-lira Maltija, minn Jannar 2005 sad-dħul tal-lira Maltija fl-ERM II f’Mejju l-euro reġa’ beda jissaħħaħ. Nixtieq nippreċiża li illum Lm100 iġibu €233 skond ir-rata ta’ parita’ ċentrali li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Mejju 2005, li kienet ir-rata ta’ l-egħluq fis-suq fit-30 ta’ April. Ir-rati ta €222 – 228 li kkwota l-onorevoli interpellant jistgħu jkunu rati li jikkwotaw il-ħwienet u li jinkudu spejjez bankarji u oħrajn. Ta’ min ifakkar iżda li rati bħal dawn huma biss indikattivi. Il-munita legali ta’ pajjiżna hija l-lira Maltija u ħadd ma jista’ jiġi mitlub iħallas għal xi prodott jew servizz bl-euro jew b’xi munita barranija oħra.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15984 u jgħid jekk hux minnu jew le li hemm ammont ta' suldati li qegħdin jaħdmu, jew kienu jaħdmu, mal-klandestini li għandhom il-virus tat-TB mute? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom dan il-virus u ngħatatx tilqima kontra din il-marda qabel ma dawn is-suldati kienu fir-riskju ta' din il-marda minħabba xogħolhom? Jekk hemm suldati infettati bit-TB mute, jista' jgħid x'kura qegħdin jingħataw u x'kumpens qegħdin jieħdu? F'każ li ma ngħatatx it-tilqima jew ingħatat tard, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u jħossx li dan huwa każ serju ta' irresponsabbilta'? Jista' jgħid jekk hijiex tingħata din it-tilqima llum lil dawk is-suldati kollha li qegħdin jaħdmu mal-klandestini qabel ma jkunu fir-riskju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta ilha għaddejja fuq programm ta’ screening u vaċċinazzjoni għal numru ta’ snin. Mis-suldati kollha li ġew eżaminati għal-marda tat-TB, instab li numru zgħir minnhom kienu strongly positive, jiġifieri li b’xi mod għandhom il-mikrobu tat-TB mute. Dawn kollha ġew investigati permezz ta’ X-ray tas-sider, izda ħadd minnhom ma wera li għandu xi marda infettiva, jiġifieri, li seta’ jgħaddiha lill-ħaddieħor. F’dawk il-kazijiiet fejn kien medikament indikat, dawn ġew offruti trattament preventiv. Fost aktar minn 680 suldat li kienu screened, 32 irrizultaw pożittivi u għaldaqstant ġew ittrattati bil-mod imsemmi. Tajjeb li wieħed ifakkar, li għal dawn l-aħħar erbgħin sena, it-tfal Maltin ta’ bejn it-12 u t-13 il-sena qed jiġu screened fl-iskejjel, u dawk li jirruzultaw negattivi għat-TB, jingħataw il-vaċċin neċessarju illi normalment jipprovdi immunita għat-tul il-ħajja kollha. Għaldaqstant, jekk wieħed kellu jserraħ fuq dan l-iscreening ta’ l-iskejjel, ħafna mill-membri li hemm fil-Forzi Armati ta’ Malta diġa għandhom immunita mit-TB. Minkejja dan, xorta waħda qed isir screening fl-Armata biex jiġi assigurat li kull min jiġi f’kuntratt mal-mikrobu ta’ din il-marda, ikun protett. Is-suldati li hemm jaħdmu ma’ l-immigranti irregolari kollha ġew riferuti għall-screening neċessarju. Minbarra dan, kull min b’xi mod jew ieħor ikun ser jiġi mħaddem fuq xogħol ma’ immigranti irregolari li jirrekjedi kuntatt ma’ dawn in-nies, qed isirlu l-screening ukoll, u jekk jinstab li hu negattiv għat-TB, jingħata l-vaċċin meħtieġ.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlametnari 15988 u jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2004 u l-2005 għal karigi taħt imsemmija: Gunner, lance bumbardier. bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz? Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2004 u l-2005 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq? Jista' jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2004 u l-2005 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15989 u jgħid kemm kien hemm vakanzi fl-armata matul l-2002 u l-2003 għal karigi t'hawn taħt imsemmija: Gunner, lance bumbardier, bumbardier, surgent, staff surgent, BSM, RSM, second lieutenant, lieutenant, captain, major, lieutenant colonel, colonel u brigadier? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn uffiċjali li kienu diġa' fis-servizz matul l-2002 u l-2003? Jista' jgħid kemm imtlew minn dawn il-karigi minn nies minn barra s-servizz? Jista' jgħid f'liema sezzjoni kienu l-vakanzi matul l-2002 u l-2003 mir-rank ta' lieutenant 'il fuq? Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inħolqu karigi ġodda matul l-2002 u l-2003 mill-karigi ta' captain 'il fuq u minn min imtlew dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Ftehim ta' kuntratt

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17099 u 17243, jista' il-Prim Minsitru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u kuntratt tax-xogħol li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-persuna li għaliha tirreferi l-Mistoqsija Parlamentari ġiet detailed biex taħdem fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex din l-persuna tingħata kuntratt ma’ dak il-Ministeru.

Ċensiment Nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17183, jista' il-Prim Ministru jgħid jirriżultalux li l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika hux qed jipprova jidentifika xi 27,000 persuna b'tagħrif meħtieġ għaċ-ċensiment nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hi fin-negattiv. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-istatistika mhux qiegħed jipprova jidentifika 27,000 persuna, imma qiegħed juża diversi reġistri amministrattivi biex jassigura li ikun inqabad kulħadd fiċ-ċensiment. Għaldaqstant intbagħtu madwar 26,000 kwestjonarju lil diversi persuni sabiex ikun aċċertat li kulħadd ikun ġie inkluż fiċ-ċensiment.

OPM — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16376, 16677 u 17246 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

Arretrati fuq l-NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' NI u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta’ Lm188,392.23 huwa dovut minn 12-il korporazzjoni jew kumpanniji li l-Gvern għandu sehem fihom bħala arretrati tal-kontibuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali. Minħabba d-dispożizzjoni ta’ segretezza, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jistax jagħti dettalji ta’ l-entitajiet rispettivi.

Income Tax Management Act

Question

Jista' il-Prim Ministru, fil-kuntest ta' l-Income Tax Management Act, jgħid jekk xi korporazzjoni jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta’ Lm29,054 huwa dovut minn 14-il korporazzjoni jew kumpanniji li l-Gvern għandu sehem fihom bħala arretrati fil-ħlas tal-PAYE/FSS. Minħabba d-dispożizzjoni ta’ segretezza, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jistax jagħti dettalji ta’ l-entitajiet rispettivi.

Capital transfer duty

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' capital transfer duty li tħallas lill-gvern din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2004 tħallsu Lm36,793,799 waqt li sal-15 ta’ Settembru 2005 thallsu Lm27,227,842.

Ksur tal-liġi tal-VAT

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti fis-snin 2003, 2004 u 2005 fuq ksur tal-liġi tal-VAT? Kemm weħlu komplessivament f'termini ta' multa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti fuq allegat ta’ ksur tal-liġi tal-VAT u kemm weħlu komplessivament f’termini ta’ multi huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Ikliet u riċevimenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

RPI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15503 u jgħid ż-żieda fis-surcharge kemm se tikkontribwixxi għal żieda fl-RPI?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15503 Seduta 319.

VAT — EU

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15505 u jgħid it-tibdil fis-sistema tal-VAT wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm ġiet tiswa lill-Kaxxa ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15505 Seduta 356.

Importazzjoni ta' fuel

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15627 u jgħid kemm jitħallas dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel? Għal kemm ammontaw dawn it-taxxi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) minn dawn il-kategoriji ta' persuni indikati, cioe': Persuni miżżewġa pero' jimlew separate declaration ; Persuni miżżewġa u jimlew joint declaration; u Persuni mhux miżżewġa li jimlew individual declaration? Jista' il-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni għal kull kategorija fuq indikata f'dawn l-income brackets minn dħul dikjarat: Lm0 - Lm4,200 Lm4,200 - Lm6,000 Lm6,000 - Lm8,000 Lm8,000 - Lm10,000 Lm10,000 - Lm12,000 Lm12,000 u aktar? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u t-tieni parti għas-snin 1995-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf l-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tas-snin 1995 sa l-1997, it-tagħrif ma setax ikun miġbur.

Fishfarms — Ħlas ta' taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15216 u jgħid kemm idaħħal flus il-gvern mit-taxxi li jiġbor mill-fishfarms li hawn joperaw f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm ħallsu VAT fis-snin 2003 u 2004 u sa Settembru, 2005 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fil-każ ta’ ħafna mill-kumpaniji li joperaw fishfarms japplikaw ċerti inċentivi taħt il-Business Promotions Act, u għaldaqstant it-taxxa li titħallas minn kumpaniji bħal dawn hija waħda mnaqqsa. It-total ta’ taxxa dovuta minn dawn il-kumpaniji għal dawn l-aħħar 7 snin kien Lm289,979. Għar-rigward ta’ taxxa tal-VAT, ngħarraf lill-Onor Membru illi fuq bejgħ ta’ ħut ma jitħallasx VAT.