Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin: 1) nursing aides; 2) health assistants; 3) hospital auxiliaries li qed jaħdmu mhux f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-saħħa u ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema hi l-kumpannija preżentement imqabbda mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi bħala cost auditors biex tikkontrolla n-nefqa kapitali ta' l-isptar Mater Dei u biex tivverifika x-xogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi SKANSKA u tiċċekkja l-claims ta' SKANSKA?
Jista' jgħid fuq liema bażi jsir il-ħlas skond il-ftehim bejn il-FSM u din il-kumpannija li qed tagħmel xogħol ta' cost auditors?
Kemm tħallsu s'issa dawn il-cost auditors għax-xogħol li għamlu fuq l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kumpannija preżentament imqabbda mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bħala Cost Controllers biex tikkontrolla n-nefqa kapitali ta' l-Isptar Mater Dei u biex tivverifika x-xogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi Skanska u tiċċekkja l-claims ta' Skanska hija Horwath CLS Ltd/EC Harris.
Il-kumpannija li qed tagħmel dan ix-xogħol tħallset bir-rata ta' 0.8% sal-31 ta' Diċembru 2003 u bir-rata ta' 0.82% mill-ewwel ta' Jannar 2004 (li tinkludi VAT u spejjeż oħra) tax-xogħol ċertifikat fuq id-Design & Build Contract. Dawn il-Cost Controllers tħallsu Lm581,279. Dan il-ħlas sar mit-28 ta' Mejju 2001.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra il-kuntratt bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u Howarth CLS għal xogħol ta' cost auditing fuq l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u Horwath CLS/EC Harris għal xogħol ta' Cost Control fuq l-Isptar Mater Dei.
Bormla — Wesgħa l-Knisja tan-Nativita' - irwejjaħ fi Blokk B
Question
Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex mill-aktar fis possibbli jara x'qed jikkaġuna rwejjaħ u ħsejjes fix-xaft ta' Blokk B, Wesgħa l-Knisja tan-Nativita', Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li saru l-investigazzjonijiet neċessarji fil-Blokk indikat minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment u nstab li hemm ħsara fil-katusi vertikali tad-drenaġġ. Inħareġ avviż uffiċjali lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex isiru t-tiswijiet neċessarji.
Dwar ħsejjes nitlbok tirreferi l-ilment lill-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area ta' Tal-Qroqq? Meta tpoġġiet l-ewwel ġebla? Kemm intnefqu flus sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid jinbena fl-area Tal-Qroqq ittieħdet fil-bidu tas-snin disgħin.
Ma saret l-ebda ċerimonja formali tat-tqegħid ta' l-ewwel ġebla.
Is-somma totali li tħallset fuq il-proġett mill-bidu tiegħu fl-1993 hija ta' Lm129,263,246.
Din tinkludi n-nefqa totali li saret qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt Design and Built ma Skanska fis-sena 2000. Is-somma tinkludi wkoll ħlasijiet li saru fosthom bħal Medical Equipment, Consultancy etc.. li ma kienux inklużi fil-kuntratt ikwotat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sewwieqa ta' l-ambulanzi fl-isptar San Luqa? Kemm-il ambulanza hemm? Kemm jammontaw il-pagi tagħhom? Jista' jagħti breakdown ta' l-overtime li jagħmlu s-sewwieqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Ambulance Garage ta' l-Isptar San Luqa hemm 35 xufier (31 ambulance drivers u 4 MTD's li jsuqu l-ambulanzi). Ambulanzi hemm 20.
Il-pagi ta' dawn il-35 xufier jammontaw għal Lm148,382 fis-sena (basic).
L-overtime li tħallsu dawn ix-xufiera minn Jannar sa Settembru 2004 kien hekk:
Jannar
Lm4,203
Frar
Lm1,276
Marzu
Lm1,458
April
Lm1,335
Mejju
Nil
Ġunju
Lm1,431
Lulju
Lm2,721
Awissu
Lm1,326
Settembru
Lm3,349
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ikel li qed jiġi mogħti lill-anzjani ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule huwiex wieħed standard għal kulħadd jew huwiex ibbażat fuq il-kondizzjoni medika tal-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ikel li jiġi mogħti lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paule huwa bbażat fuq il-kundizzjoni medika tal-pazjent.
Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l-avukati li għandhom kuntratt mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa kull problema legali li tista' tinqala' minn żmien għal żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-konsulenti legali ikkuntrattati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi huma Muscat Azzopardi & Associates.
Il-kuntratt ikopri l-perjodu ta' sentejn li jibda minn l-1 ta' Settembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-welfare committee mill-kontribuzzjonijiet mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Welfare Committee mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, huma hekk:
Sena
Lm
1995
821,691.58
1996
1,091,196
1997
899,378
1998
1,155,093
1999
867,050
2000
1,882,004
2001
2,108,932
2002
1,950,000
2003
2,213,555
Jista' il-Ministru jgħid item, item skond l-estimi għal din is-sena kemm kienet in-nefqa bejn Jannar 2004 u Awissu 2004 u kemm hu l-valur ta' ħlasijiet pendenti għall-istess perjodu tad-dipartiment tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni estensiva mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tat-13-il radiographer li se jiggradwaw f'Novembru 2004?
Hemm il-ħsieb li dawn jiġu impjegati mad-diviżjoni tas-saħħa?
Fil-każ tar-radiographers, jeżisti l-full complement?
Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-Compliment tar-Radiographers fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed jiġi revalwat. Meta jitlesta dan l-eserċizzju, jiġu mpjegati r-Radiographers skond il-vakanzi li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk ġewx impjegati nies (minbarra nursesu tobba) fir-residenza San Vinċenz de Paule f'din l-aħħar sena?
Kien hemm xi health assistants, care workers jew studenti ta' l-ESTS li ġew impjegati f'din l-aħħar sena?
Jista' il-Ministru ġentilment jagħti l-grad ta' kull min ġie impjegat fl-SVPR f'din l-aħħar sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'din l-aħħar sena ġew impjegati 2 Casual Substitute Clerks u 1Clerk fir-Residenza San Vinċenz De Paule.
Ma kien hemm ebda Health Assistants jew Careworkers jew ESTS li ġew impjegati f'din l-aħħar sena.
Public Private Partnership Scheme — Djar ta' l-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx magħżulin xi djar privati ta' l-anzjani oħra minbarra t-tnejn li diġa' hemm biex jagħtu servizz taħt il-public private partnership scheme?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord ta' l-Għażla ffinaliżża r-rapport tiegħu fuq l-applikazzjonijiet mitfugħa, iżda s'issa l-għażla għadha ma saritx.
Il-Ministru beħsiebu jirrakkomanda li l-medda ta' art tal-gvern li hija mdawwra bi Triq l-Imdina u Triq Dun Manwel Zammit, fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani, kif ġie suġġerit ukoll mill-kunsill lokali Siġġiewi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Anzjani u Kura fil-Komunita' ma rċieva l-ebda talba biex mhedda ta ' art fis-Siġġiewi tiġi żviluppata f'dar għall-Anzjani.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani fil-Belt Valletta? Jekk dan il-post mhux se jiffunzjona bħala tali, id-dipartiment ta' l-anzjani neħħa kull ħsieb li jiftah customer care centre fil-Belt, Valletta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq il-post li kellu jiffunzjona bħala Customer Care Centre fil-Belt Valletta għadhom ma ġewx konklużi. Biss, wara li l-permessi meħtieġa ġew approvati mill-MEPA, id-deċiżjoni mistennija tittieħed dalwaqt.
Jista' il-Ministru jgħid mill-Vot Kapitali 7009 dwar San Vincenz de Paule ta' Lm400,000 kif jidher fl-aħħar budget, kemm intnefqu s'issa fuq proġetti li saru f'din ir-residenza u liema kienu dawn il-proġetti?
Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti l-oħra li huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena f'San Vinċenz u li se jkunu mħallsa mill-Vot Kapitali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Vot Kapitali 7009 dwar San Vinċenz De Paule s'issa intefqu Lm112,064. Dawn intefqu f'adjustable beds complete with mattresses, air conditioning system fil-Ward 3/4 Nisa u f'apparat mediku ieħor għas-swali.
Il-proġetti l-oħra li huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena f'San Vinċenz huma:
-air-condition system fil-Ward 9/10 Nisa
-xiri ta' Tail-Lift Van
-tkomplija tal-proġett tal-Wards 1/2/3/4 Nisa
-Lifts 5/6/7/8 Males
-Refurbishment Psychogeriatric Female Ward li wasal biex jitlesta
-Refurbishment Psychogeriatric Male
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu preżentement sal-ġurnata tal-lum? Kemm hemm minnhom li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fil-komunita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Part-Time Social Assistants li qegħdin jaħdmu preżentament sal-ġurnata tal-lum huwa 514.
Minnhom hemm 303 li jaħdmu fil-komunita', 55 fid-Day Centres, 59 fid-Djar Residenzjali ta' l-Anzjani u 37 f'San Vinċenz De Paule.
Sptar San Luqa/SVPR/Sptar Zammit Clapp — Servizz ta' l-ikel
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-servizz ta' l-ikel fl-isptar San Luqa, fir-residenza San Vinċenz de Paule u fl-isptar Zammit Clapp jiġi privatizzat? Jekk iva, meta? X'inhu l-ħsieb tal-gvern li jingħata lil kuntrattur wieħed jew aktar? Jista' il-Ministru jgħid jekk f'Settembru 2004 deherx xi ħaġa fil-Gazzetta tal-Gvern rigward dan? Jekk iva, x'kien hemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-sistema ta' l-ikel fl-Isptarijiet tal-Gvern u Djar ta' l-Anzjani qed tiġi riveduta. Hemm diversi possibilitajiet li qed jiġu studjati u għadu kmieni biex wieħed jagħti iżjed dettalji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' meningite f'Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kellna mwiet kawża ta' din il-marda? Jista' jgħid jekk ġiex identifikat fejn kienu l-persuni li ħadu din il-kondizzjoni u jekk fl-affermattiv x'sar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta Meninġite irrapurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard huwa kif ġej:
1999
2000
2001
2002
2003
2004 (Sa l-aħħar ta' Awissu)
Numru ta' każijiet (residenti)
36
40
30
22
27
20
Numru ta każijiet (mhux residenti)
1
3
2
2
0
2
Numru ta' Imwiet
5
4
1
3
2
2
Il-mikrobu tal-Meninġite jista' jinfirex permezz ta' kuntatt ma' katarru u mħat ta' persuna infettat. Ma nstab l-ebda konessjoni bejn dawn il-każijiet. F'kull każ fejn ġie suspettat jew ikkonfermat li huwa kkaġunat mill-mikrobu tal-Meningococcus ingħata t-trattament meħtieġ.