Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11095 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti minn St. Luke's

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10705, jista' l-Ministru jirrispondi għall-anqas dwar l-aħħar mitt anzjan li daħlu Zammit Clapp Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #11095 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Interim From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti minn St. Luke's

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10705, jista' l-Ministru jirrispondi għall-anqas dwar l-aħħar mitt anzjan li daħlu Zammit Clapp Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni inġabret u qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Leg 9 PQ #18368 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Media — Tapes

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, kemm intalbu, mid-dekasteru li hu responsabbli, kopji ta' tapes ta' items minn stazzjonijiet tar-radju u/jew televiżjoni? Minn liema stazzjonijiet intalbu? X'inhi r-raġuni li qed jintalbu dawn it-tapes? Kemm jitħallas kull stazzjon għal kull servizz? Kemm tħallas kull stazzjon mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum għal dawn is-servizzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Divizzjoni tas-Saħħa Il- Communications Unit tad-Divizzjoni tas-Saħħa talab kopja waħda ta' tape ta' item minn stazzjon tar-radju. L-istazzjon kien is- Super One Radio Ir-raġuni tat-talba kienet biex id-Divizzjoni tas-Saħħa tkun tista' tirrispondi għal xi allegazzjonijiet li jkunu saru. Is- Super One Radio tħallas Lm5.75. Mill-01/01/00 ħallasna Lm5.75 għal dawn is-servizzi. Fondazzjoni għas-Servizzi Medici Mill-1 ta' Jannar sal-lum intalbu kopji ta 15 il-tape minn stazzjonijiet tat-televizjoni. Dawn intalbu minn Public Broadcasting Services, Super 1 TV u Net TV. Dawn it- tapes jintalbu biex jinżamm rekord ta' xi avveniment jew biex jiġi kkjarifikat xi rappurtaġġ. L-istazzjonijiet jitħallsu b'dan il-mod u tħallsu dawn it-totali: Super 1 TV (5 tapes b'Lm8.63) Lm43.15 Public Broadcasting Services (5 tapes b'Lm7.36) Lm36.80 Net TV (5 tapes b'Lm5.00) Lm25.00
Leg 9 PQ #18402 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dekasteru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih kif ukoll bordijiet ta' tmexxija, kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 65 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18402 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dekasteru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih kif ukoll bordijiet ta' tmexxija, kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 65 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li hemm disa (9) membri li għandhom aktar minn 65 sena u li ġew appuntati jew eletti biex iservu fuq diversi Bordijiet/Kumitati li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #18407 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Aides fid-dekasteru tiegħu li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #18407 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Aides fid-dekasteru tiegħu li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li hawn 12 Nursing Aides fid-Diviżjoni tas-Saħħa li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description taghħom. Dawn jinsabu: 4 fil-Medical Stores 3 fis-sezzjoni tal-Patoloġija 1 fl-X-Rays Department 1 fir-Reception area 2 fil-Provision Stores 1 fl-istores
Leg 9 PQ #18532 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Luqa — By-pass operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu l-operazzjoni tal-by-pass fl-isptar San Luqa fl-ewwel 6 xhur tas-sena? Kemm kienet l-iżgħar eta' u kemm hemm persuni fil-waiting list fil-mument?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fl-ewwel xhur ta` din is-sena saru dawn l-operazzjonijiet: CABG X1 4 CABG X2 17 CABG X3 48 CABG X4 56 CABG X5 14 Operazzjonijiet 139 tal-Bypass AVR 14 AVR + CABG 3 AVR + tricuspid annuloplasty 1 MVR 4 MVR + CABG 2 AVR + MVR 1 Operazzjonijiet 25 tal-Bypass u Valve ASD + CABG 1 ASD 1 Operazzjonijiet 2 Oħra ---------------------------------------------- ------------------------------- TOTALI 166 ----------------------------------------------- ----------------------------- L-iżgħar pazjent tal-bypass kellu wieħed u erbgħin sena. Fl-aħħar ġurnata ta` Ġunju kien hemm mija u tmenin persuna fuq il-waiting list.
Leg 9 PQ #18574 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mewt ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dipartimentali tal-persuna li isimha u l-ID card tagħha qed jintbagħtu separatament li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999? Jekk l-inkjesta tlestiet, x'passi ttieħdu? Il-familja qed tiġi nformata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-investigazzjoni Dipartimentali rigward il-persuna li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999 ġiet konkluża. Investigazzjonijiet Dipartimentali jsiru sabiex jiġi skrutinizzat is-servizz innifsu bil-għan li jsir titjib. Għalhekk loġikament wara kull inkjesta jsiru rakkomandazzjonijiet sabiex jitjieb is-servizz offrut lill-pazjenti. F'dan il-każ ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord qed jiġu mplimentati għall-benefiċċju ta' kull min jirrikorri għas-servizz tas-Saħħa pprovdut mill-Gvern. Għandha ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni li l-familjari għandhom dritt għaliha, bħal per eżempju f'dan il-każ l-aċċess għall-file mediku tal-pazjenta, u nformazzjoni li minħabba n-natura amministrattiva tagħha dan id-dritt awtomatiku ma jissustitwixxix. Il-familja f'dan il-każ qed tiġi aċċertata li għandha aċċess għall-file mediku kif ukoll tingħata l-għajnuna kollha sabiex l-informazzjoni mediku titwassal b'aktar faċilita'. '
Leg 9 PQ #18918 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar — Abbuż fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul is-sena 1999 u tul din is-sena, kemm idaħħlu tfal l-isptar jew f'xi ċentru tas-saħħa minħabba abbuż (tat-tfal)? Fiex kien jikkonsisti dan l-abbuż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li tfal li jidħlu l-Isptar bi problemi relatati ma negliġenza jew abbuż jiġu referuti lil Butterfly (Child Crisis) Centre. Fl-1999, kien hemm 66 każ li ġew referuti mill-Isptar u mill-komunita` u bejn Jannar u Awissu ta` din is-sena kien hemm 50 każ. 30% tal-każijiet ma jirriżultax li jkollhom problema ta` abbuż. 70% jkollhom xi problema ta` abbuż, jew negliġenza. Il-biċċa l-kbira minnhom ikunu f'riskju ta` nuqqas ta` trobbija tajba, "educational failure" bi problemi ta` mġieba. 5% ta` dawn it-tfal ikollhom abbuż sesswali ċar u 5% oħra jkollhom ġrieħi jew ksur.
Leg 9 PQ #18946 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Emergency Lab — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jagħti l-figuri ta' kemm-il test saru fl-Emergency Lab tul l-1999 u bil-bidu ta' din is-sena, sa l-ewwel ta' Settembru? Kemm il-APTT u INR saru fl-Emergency Lab tul-1999 u tul din is-sena sa l-ewwel ta' Settembru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` testijiet li saru fil-Laboratorju ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa tul l-1999 u mill-bidu ta` din is-sena sa l-ewwel ta` Settembru kien kif jidher hawn taħt:- Isem tat-Test Matul l-1999 Mill-bidu ta` din is-sena sa l-ewwel ta` Settmbru (1/9/2000 inkluż a) Complete Blood Count 54693 37790 Activated Partial Thromboplastin Time 28123 21854 Prothrombin Time 29168 21820 Plasma Phosphates 606 1265 Blood Gases 9113 6031 Sodium/Potassium/Chloride 200168 154370 Osmolality (serum and urine) 4704 2621 Plasma Urea 65300 49004 Plasma Glucose 43776 30327 Neonatal Total Bilirubin 1320 625 Direct Bilirubin 480 338 Urinalysis 1456 879 CSF 577 324 Glutamate Oxaloacetic Transaminase 921 1900 Creatine Phospho Kinase 26573 19469 Plasma Amylase 6325 4508 Plasma Creatinine 62664 47799 Plasma Calcium 6731 6795 Serum Salicylate 422 279 Blood Alcohol 758 481 Serum Paracetamol 528 332 Plasma G-6-PD 25 16 Carboxyhaemoglobin 41 5 Cholinesterase 3 5 Meth-Haemoglobin 2 2 Blood Ammonia 72 63 Plasma CK-MB 1719 918 Serum Lithium 59 35 Serum Digoxin 370 312 Plasma Magnesium 1406 1062 Total 548103 411229
Leg 9 PQ #18429 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Gymnasium — Ċertifikat Mediku

Question

Jaqbel il-Ministru li wasal iż-żmien li qabel ma persuna tidħol bħala membru f'gym, din ikollha bilfors tippreżenta ċertifikat mediku li tkun tajba fiżikament biex tagħmel eżerċizzji fiżiċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lil-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda ħsieb li qabel ma persuna tidħol bħala membru f'gym din ikollha bilfors tippreżenta ċertifikat mediku li jindika li tkun tajba fiżikament biex tagħmel eżerċizji fiżiċi. Dan għaliex ċertifikat għandu valur limitat għax għalkemm jagħti indikazzjoni tas-saħħa tal-individwu ma jservix bħala garanzija ta' saħħa għal-futur.
Leg 9 PQ #18430 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa Floriana — Chest Clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-Chest Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana se jiġi trasferit għaċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi? X'se jsir mill-kmamar li tokkupa din il-klinika bħalissa? Kemm-il persuna marret għall-vista f'din il-klinika fil-Furjana fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ic-Chest Clinic ġiet trasferita miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-furjana għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi għaliex: a) fl-interess tas-Saħħa tat-tfal, trabi u ommijiet u klijenti oħra li jattendu il-well Baby Clinic u l-Klinika tat-Tilqim fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, kien hemm bżonn li jiġi eliminat it-taħlit f'waiting room waħda ta' tfal u trabi ma nies li jattendu għal-screening fic-Chest Clinic minħabba li waiting roo, waħda kienet isservi għal dawn it-tlett kliniks. b) ic-Chest Clinic fil-Furjana kienet tikkonsisti f'kamra waħda biss li fiha ma kienx hemm spazju għal examination couch għalo meta jinqala il-bżonn, bħal per eżempju meta xi ħadd iħossu ħażin. F'Ħal Qormi kien possibli li tkun provduta kamra aġġunta fejn jistgħu jsiru eżamijiet li jkun hemm bżonn u faċilitajiet aħjar. c) barra dan fil-Health Centre ta' Ħal Qormi hemm il-faċilita' ta X'Ray fuq il-post bil vantaġġ li t-tobba ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat dak il-ħin stess. Din il-faċilita' ma teżistix fil-Furjana. Il-Kamra waħda li kienet isservi bħala Chest Clinic ser tiġi utiliżżata għal-servizzi oħra fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana wisq probabli fis-servizz tat-tilqim. Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena in-numru ta' persuni li ġew invistati huwa ta' 2079.
Leg 9 PQ #18956 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Infestazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel kontra l-infestazzjoni li hemm ta' grieden fl-akwata ta' Triq Nikol Baldacchino, Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa jagħmlu trattamenti regolari madwar Malta kollha. Ħal-Qomri kien ġie l-aħħar ittrattat bil-velenu għal kontra il-ġrieden f'Jannar. Għaldaqstant it-triq indikata ġiet spezjonata llum 13 ta` Settembru 2000 minn uffiċjali tar-'Rodent Control' u saru -trattamenti neċessarji għal kontra il-ġrieden. Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Leg 9 PQ #18793 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena fl-isptarijiet tal-gvern? Kemm minnhom kienu emergency u kemm minnhom kienu elective? Kemm minnhom kienu minor, intermediate u major? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu surgery, orthopeadics, gynae u obstetrics, edoscopies, ENT, ophthalmics, paediatrics u cardo thoraic surgery?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li Dipartiment tal-informazzjoni fuq is-Saħħa għandu nformazzjoni dwar l-operazzjonijiet li saru fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech minn l-informazzjoni mogħtija lis-Surgical Operations Register (SLH-KGH). Minn Jannar sa Marzu 2000 saru 6067 operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech. Minn dawn l-operazzjonijiet 4923 kienu speċifikati bħala 'elective' u 1106 bħala 'emergency'. Waqt li 38 operazzjonijiet ma kienux speċifikati minn l-impjegati ta' l-Isptar li jaħdmu f'theatres. Il-klassifikazzjoni ta' l-operazzjonijiet 'Major', 'Intermediate' u 'Minor' m'għadhiex tintuża mill-impjegati ta' l-isptar li jaħdmu f'theatres. L-operazzjonijiet li saru fl-ewwel tlett xhur tas-sena kienu mqassma kif jidher f'din l-iskeda: Operating theatre Jannar-Marzu 2000 SLH Main Theatre 1783 SLH Orthopaedic Theatre 721 SLH A&E Theatre 53 SLH Endoscopy Theatre 1365 SLH Burns Theatre 162 KGH Paediatric Theatre 159 KGH Gynae. Theatre 301 KGH Ophthalmic Theatre 471 KGH ENT Theatre 322 KGH Labour Ward Theatre 205 KGH Gynae Ward Theatre 525 SLH=St Luke's Hospital, KGH=Karin Grech Hospital
Leg 9 PQ #18794 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Anaestethic nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm aneastethic nurses fid-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' nurses li jaħdmu bħala anaesthetic/recovery room nurses fis-swali tal-operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech huwa ta' tmienja u għoxrin.
Leg 9 PQ #18795 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm saru; (1) operazzjonijiet b'general anaesthetics; (2) operazzjonijiet b'local aneasthetic; (3) operazzjonijiet b'sedation; (4) operazzjonijiet bi spinal anaesthetic?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena (Jan-Mar). 2000) saru 3674 operazzjoniiet taħt `General Anaesthesia', 1047 taħt 'Local Anaesthesia', 640 taħt 'Local Anaesthesia u b'Sedation', u 292 operazzjonijiet taħt 'Sedation' biss. Rigward 'Spinal Anaesthesia', saru 112 operazzjonijiet taħt 'Spinal Block' u 5 taħt 'Epidural Block'.
Leg 9 PQ #18796 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn u liema huma l-kliniċi privati liċenzjati f'Malta u Għawdex? Għal-liema operazzjonijiet huma liċenzjati kull waħda minnhom? Liema huma l-kliniċi privati li huma liċenzjati li jżommu pazjenti overnight? Liema huma l-isptarijiet privati liċenzjati f'Malta u Għawdex? Liema minn dawn l-isptarijiet privati għandhom intensive therapy unit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: In-numru ta' Kliniċi privati liċenzjati f'Malta (u Għawdex) huwa 13, msemmija kif ġej: 1. Capua Palace Hospital, Borg Olivier Street, Sliema 2. St. Philip's Hospital, Sta. Venera 3. St. James Hospital, St. James Square, Zabbar 4. Klinika Vella, 43/44, Triq Dun F. Calleja, Zebbug, Malta 5. Family Health Services, Fejġel Street, Rabat, Malta 6. St. Mark's Health Clinic, Clarence Street, Msida 7. Medika Clinic, Sliema Road, Kappara 8. Renal Care Centre Ltd., Sky Apartments, Flat 1 , 177/179, Marina Street, Pieta 9. Swiss Care Clinic, 10/1, Għar il-Lembi Street, Sliema 10. Regency Crown Hair Loss Clinic, c/o Swiss Care Clinic, 10/1, Għar il-Lembi Street, Sliema 11. Marina Court Clinic, Sir Ugo Mifsud Street, Ta' Xbiex 12. Klinika Misraħ Kola, 34, Triq Alfred Camilleri, Attard 13. Klinika Moran, Wied Blandun, Paola Il-kliniċi fuq imsemmija huma liċenzjati skond ir-Regolamenti ta' 1995 dwar Liċenzji għal Kliniċi Mediki privati, skond IL-Ordinanza dwar il-professjoni medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha (Kap. 31) u kull waħda minnhom hija liċenzjata għal operazjonijiet skond l-ewwel jew it-tieni taqsima tat-tieni skeda tar-regolamenti, kif ġej: Liċenzjati għal-operazjonijiet skond it-tieni skeda, Taqsima II: Capua Palace Hospital, Borg Olivier Street, Sliema St. Philip's Hospital, Sta. Venera St. James Hospital, St. James Square, Zabbar Klinika Vella, 43/44, Triq Dun F. Calleja, Żebbuġ, Malta Liċenzjati għal-operazjonijiet skond l-ewwel skeda, Taqsima II: Family Health Services, Fejġel Street, Rabat, Malta St. Mark's Health Clinic, Clarence Street, Msida Medika Clinic, Sliema Road, Kappara Renal Care Centre Ltd., Sky Apartments, Flat 1, 177/179, Marina Street, Pieta Swiss Care Clinic, 10/1, Għar il-Lembi Street, Sliema Regency Crown Hair Loss Clinic, c/o Swiss Care Clinic, 10/1, Għar il-Lembi Street, Sliema Marina Court Clinic, Sir Ugo Mifsud Street, Ta' Xbiex Klinika Misraħ Kola, 34, Triq Alfred Camilleri, Attard Klinika Moran, Wied Blandun, Paola Il-'Kliniċi mediċi privati' li huma liċenzjati li jżommu pazjenti overnight huma kif ġej: Klinika Vella, 43/44, triq Dun F. Calleja, Zebbuġ, Malta Family Health Services, Fejġel Street, Rabat, Malta St. Mark's Health Clinic, Clarence Street, Msida Capua Palace Hospital, Borg Olivier Street, Sliema St. Philip's Hospital, Sta. Venera St. James Hospital, St. James Square, Zabbar L-isptarijiert privati liċenzjati f'Malta u Għawdex huma kif ġej: Capua Palace Hospital, Borg Olivier Street, Sliema St. Philip's Hospital, Sta. Venera St. James Hospital, St. James Square, Zabbar Minn dawn, l-isptar Capua Palace Hospital għandu intensive therapy unit.
Leg 9 PQ #18797 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Cardic Thoracic Surgery

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm saru cardic thoracic surgery f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom saru minn Mr Albert Manche'? Kemm minnhom kienu CABG u kemm minnhom kienu valve replacement?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li f'ewwel sitt xhur ta' din is-sena saru mija sitta u sittin l-operazzjoni tal-qalb. Dawn saru kollha f'Malta u ma' saru xejn f'Għawdex. L'operazzjonijiet kollha saru minn Mr. Alex Manche'. Minn dawn mija disa u tletin operazzjoni kienu tal-bypass u ħamsa u għoxrin tal-valve. Tnejn oħra kienu biex tingħalaq toqba fil-qalb.
Leg 9 PQ #206 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Zabbar — Triq San Ġużepp - Drenaġġ

Question

Possibbli li d-dipartiment tas-saħħa jinvestiga riħa qawwija ta' drenaġġ li hemm fi Triq San Ġużepp, Zabbar? Billi r-residenti fil-viċinanza lanqas jistgħu jħallu t-twieqi miftuħin fix-xhur sħan tas-sajf minħabba din ir-riħa tinten, possibbli li l-health inspectors jaraw x'inhu jikkawża din ir-riħa, hijiex ta' detriment għas-saħħa ta' min joqgħiod fil-viċinanzi u possibbilment jikkollabora ma' dipartimenti oħra konċernati biex tinstab soluzzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.