Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9679 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT din is-sena u kemm tħallsu flus f'refunds dovuti lit-taxpayer?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross mill-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 ta Jannar u d-29 ta Settembru ta din is-sena kien ta Lm 61,744,758. Minn dan l-ammont tħallsu lura f refunds Lm 7,918,937.
Leg 9 PQ #9996 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Gvernatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvernatur il-ġdid tal-Bank Ċentrali għadux fuq il-kotba ta' l-aġenzija internazzjonali li kien jaħdem magħha?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-1 ta` Ottubru 1999, il-Gvernatur il-ġdid tal-Bank Ċentrali qiegħed fuq leave speċjali mill-aġenzija internazzjonali li kien jaħdem magħha. Dan il-leave jingħata meta impjegat ta` l-aġenzija jintalab mill-Gvern ta` pajjiżu biex jaqdi dmirijiet temporanji ta` natura teknika. Dan ifisser li għalkemm il-Gvernatur il-ġdid għadu fuq il-kotba ta` l-aġenzija internazzjonali li kien jaħdem magħha, ma jkun qed jokkupa l-ebda kariga fl-istess aġenzija sakemm jibqa` maħtur Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Leg 9 PQ #9997 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjoni l-privatisation unit biex jiġu nklużi fil-privatisation register? Kemm minnhom kienu individwi u kemm minnhom kienu kumpanniji?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Privatisation Unit irċeviet 53 applikazzjoni sabiex jiġu nklużi fil-privatisation register. Minn dawk li applikaw kien hemm 27 kumpanija filwaqt li l-applikazzjonijiet l-oħra saru minn individwi jew consulting firms fil-qasam tal-liġi, accountancy, management u professjonijiet oħra.
Leg 9 PQ #9998 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet u kemm ipproċessat accredited privatistation consultancy applications, il-privatisation unit? Kemm minnhom kienu għal legal services? Kemm għal accountancy and auditing services? Kemm għal management consultancy services? Liema kienu d-ditti konċernati?

Response (DALLI, JOHN)

Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu proċessati.
Leg 9 PQ #10000 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni — Task Force

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-kompożizzjoni tal-membri tat-task force tal-privatizzazzjoni wara xi ħatriet pubbliċi li saru dan l-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm ebda tibdil fil-kompożizjoni tat-Task Force tal-privatizzazzjoni.
Leg 9 PQ #9350 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sports — Lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus mil-lotteriji li marru għall-isport? Liema huma dawn il-lotteriji? Kif ġew użati dawn il-fondi li marru għall-isport? Liema kienu dawk l-għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi u kemm kien l-ammont li ħadu?

Response (DALLI, JOHN)

Magħtul din is-sena mill-Lotterija Presto ġew mgħoddija lill-Ministeru tal-Isports Lm140,000, filwaqt li mill-Lotterija Super 5 ġew mgħoddija Lm5,000 lill-Malta Racing Club u Lm500 lill-Malta Traditional Karate Federation. Id-Dipartiment tal-Lottu ma jidħolx fil-meritu dwar kif il-fondi mgħoddija jiġu wżat.
Leg 9 PQ #9923 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Kumitat tal-kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tender maħruġa mill-kumitat tal-kuntratti fit-Teżor għal steel wine mash li wara li ġiet aġġudikata sejra terġa' toħroġ mill-ġdid għall-offerti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-award sheet? Minn meta ħarġet l-ewwel darba din il-kwalita' ta' offerta?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti iddeċieda, fuq parir tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru ta` l-Ambjent, li din is-sejħa għall-offerti għandha terġa toħroġ minħabba li l-iskeda tal-prezzijiet kif pubblikata kienet tirreferi għal xibka tat-tip C503 meta fil-fatt kellha tkun B503. Sa` dan il-każ ix-xibka mitluba dejjem kienet C503 iżda minn din is-sena id-Diviżjoni msemmija talbet il-bidla indikata li, pero`, bi żvista ma saritx. Għaldaqstant ma kienx hemm triq oħra ħlief li toħroġ sejħa oħra għall-offerti minħabba li l-kwalita` tax-xibka għandha effett dirett fuq il-prezz. Din it-tender ilha toħroġ ħafna snin, sa minn meta twaqqfet is-Central Supplies Section fil-bidu tas-sebgħajnijiet, minħabba li x-xibka kienet u għadha meqjusa bħala `common user item`. Għar-rigward ta` l-award sheet nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal xhiex qed jirreferi sewwa.
Leg 9 PQ #9344 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Taxxa fuq sports

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jdaħħal flus il-gvern/id-Dipartiment tal-VAT mill-VAT miġbura minn fuq l-isports?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa kelli l-okkażjoni inwieġeb għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċidenti Numru 7869, 7975, 8064 u 8136, il-provvista minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux proffit taż dawk is-servizzi li għandhom x jaqsmu ma rikreazzjoni sportiva jew fiżika huma eżenti bla kreditu. Iżda jekk l-istess organizzazzjonijiet jipprovdu servizzi u\jew prodotti taxxabli bi ħlas, dawk l-organizzazzjonijiet ikunu obbligati li jiġbru t-taxxa dovuta skond il-liġi. Mhux neċessarjament li dawn is-servizzi u\jew prodotti taxxabli jkunu marbuta ma l-isports. Din is-sitwazzjoni tapplika l-istess kemm taħt l-Att tal-1994 u l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, u kemm taħt l-Att tal-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa mingħajr ebda distinzjoni bejn organizzazjoni u oħra. Rigward l-istima ta dħul minn organizzazzjonijiet bħal dawn, inżid ngħid li l-ammont ta taxxa li tinġabar minn persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT u li jipprovdu servizzi u\jew prodotti taxxabbli bi ħlas ikun magħruf meta dawn il-persuni reġistrati jibagħtu d-denunzji tat-taxxa tagħhom lid-Dipartiment. Dawn id-denunzji tat-taxxa ma jiddistigwux bejn attivitajiet taxxabbli individwali.
Leg 9 PQ #9340 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Comparative Return of Expenditure

Question

B'riferenza għal comparative return of expenditure għal perijodu l-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Mejju, 1999 kif imħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta' Ġunju, 1999, jista' l-Ministru jagħti l-breakdown ta' item 14 Social Security, 15 Social Security Benefits u 18 Ministry for Housing tar-Recurrent Expenditure?

Response (DALLI, JOHN)

Comparative Return Il-breakdown tal-Voti hu mqassam hekk: (Lm `000) Vote 14 - Social Vote 15 - Social Vote 18 - Security Security Benefits Housing Jan - May 1998 1999 1998 1999 1998 1999 Personal Emoluments 767 659 -- -- 281 199 Operational & Maintenance 160 82 -- -- 46 17 Programmes & Initiatives 14,285 14,647 67,742 67,173 982 -- Contributions to Govt. Entities -- -- -- -- -- -- Special Expenditure 6 -- -- -- -- 1 Total Vote 15,218 15,388 67,742 67,173 1,309 217
Leg 9 PQ #9261 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Taxxa fuq l-isports

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hu l-isports l-ieħor, minbarra l-football, li fuqu issa se tibda tiġi mitluba li titħallas it-taxxa tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7975.
Leg 9 PQ #8222 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda` tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9220 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Taxxi proposti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' kif se jkun affetwat ir-reġim fiskali kurrenti bl-introduzzjoni ta' l-armonizzazzjoni ta' taxxi proposti u li se jiġu mplimentati mill-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant dan huwa suġġett kumpless li qiegħed jivolvi kontinwament. Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li aħna qegħdin nżommu ruħna aġġornati bit-tibdil li qiegħed jiġi diskuss.
Leg 9 PQ #9145 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kambju — Liberalizzazzjoni

Question

Il-Gvern qed jaħdem fuq xi pjan għall-implimentazzjoni tal-liberalizzazzjoni totali tal-kontroll tal-kambju fuq medda ta' ftit snin?

Response (DALLI, JOHN)

Il-politika ta` dan il-Gvern minn dejjem kienet li l-kontrolli fuq il-kambju jitneħħew b`mod prudenti u gradwali. Bħalissa, il-Gvern, flimkien mal-Bank Ċentrali ta` Malta, qed iħejji programm sabiex jitneħħew il-kontrolli fuq il-kambju fi ftit tas-snin. Dan il-programm sejjer jitħabbar lejn l-aħħar ta` din is-sena. Waqt li qed iħejji dan il-programm, il-Gvern se jiżgura li l-miżuri li se jittieħdu mhumiex sejrin iwasslu għal ebda instabilita` fis-sistema finanzjarja Maltija.
Leg 9 PQ #9146 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

RTGS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jdaħħal l-RTGS (Real Time Gross Settlement) System?

Response (DALLI, JOHN)

B`Real Time Gross Settlement System qed nifhem s-sistema ta` clearing house fejn ħlas dovut mill-Gvern jista` jiġi paċut ma` ħlas ieħor dovut lill-Gvern. Din is-sistema diġa` bdiet fuq bażi limitata għal-pendenzi li l-Roads Department u l-Works Department kellhom sal-31 ta` Diċembru 1998. Taħt din is-sistema, ħlasijiet ta` stores u servizzi lill-Gvern qed ikunu paċuti inparti jew fl-intier ma` ħlasijiet dovuti lill-Gvern mill-istess kredituri għal-VAT, Income Tax u kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali. Hu maħsub li malli jinqatgħu dawk il-pendenzi s-sistema tinfirex fuq l-istess bażi ma` kredituri tad-Dipartiment tas-Saħħa u tal-Ministeru ta` Għawdex.
Leg 9 PQ #9147 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Intrapriżi pubbliċi — Twaqqif ta' awtorita'

Question

Il-Gvern meta beħsiebu jwaqqaf awtorita' sabiex timmaniġja l-għajnuna li tingħata lill-intrapriżi pubbliċi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega ruħu aħjar.
Leg 9 PQ #9148 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

GDP — Sussidju ta' intrapriżi

Question

Is-sussidju ta' l-intrapriżi pubbliċi kemm jirrappreżenta bħala persentaġġ tal-GDP annwali tal-pajjiż? Jikkonferma l-Ministru li bħalissa il-WSC tirċievi 1% tal-GDP f'sussidji baġitarji?

Response (DALLI, JOHN)

Is-sussidji mgħotija fl-1998 (l-aħħar sena li fiha nistgħu nuru nfieq attwali) lill-dawn l-intrapriżi pubbliċi kienu: Malta Freeport Corporation Lm 4.2 miljuni Malta Drydocks Lm 4.996 miljuni Malta Shipbuilding Lm 8.0 miljuni Water Services Corporation Lm18.533 miljuni Total Lm35.729 miljuni Dawn is-sussidji kienu jammontaw għal 2.64% tal-GDP f`termini nominali li għas-sena 1998 kien ta` Lm1353.72 miljuni. Bħalissa i.e. fl-1999, is-sussidju għall-Water Services Corporation hu ta` Lm11.883 miljuni filwaqt li l-GDP f`termini nominali għal din is-sena hu stmat li se jkun Lm1454.52 miljun. Għaldaqstant, bħalissa il-Korporazzjoni qed tirċievi 0.82% tal-GDP f`sussidji.
Leg 9 PQ #9149 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Corporation tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jipparaguna l-corporation tax ta' pajjiżna ma' dik ta' pajjiżi applikanti oħrajn għall-UE?

Response (DALLI, JOHN)

F`Malta ma teżistix sistema ta` corporation tax imma l-kumpanniji iħallsu l-income tax taħt id-dispożizzjonijet ta` l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income bir-rata ta` 35% fuq id-dħul taxxabbli tagħhom. Ir-rati normali ta` taxxa fuq il-kumpanniji fil-pajjiżi applikanti għall-UE huma kif ser jingħad hawn taħt: Bulgaria 27% Latvia 25% Cyprus 25% Lithuania 29% Czech Republic 35% Poland 34% Estonia 26% Romania 38% Hungary 18% Slovak Republic 40% Slovenia 25% L-Onorevoli Interpellant japprezza li kull pajjiż jista` ikollu partikolaritajiet fis-sistema tiegħu li jistgħu jvarjaw min-normal.
Leg 9 PQ #9166 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Offerti

Question

Hija prassi aċċettabbli għall-finanzi li meta t-termini ta' tender ta' servizzi jkun ġie eżawrit din l-istess tender tiġi estiża b'direct order minn perijodu għall-perijodu? Liema huma r-regolamenti li jirregolaw din il-prattika jekk hemm?

Response (DALLI, JOHN)

La darba l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel il-Mistoqsija b`mod generiku jkolli nwieġeb fuq l-istess bażi. Jista` jkun hemm każi fejn kuntratt ta` servizz li jiskadi t-terminu tiegħu jiġi estiż għal perjodu qasir (bi ftit xhur) minħabba li jinqalgħu problemi fl-għoti tal-kuntratt il-ġdid u li jikkawżaw dewmien fl-aġudikazzjoni ta` l-offerti. Estensjoni bħal din m`għandiex tiġi meqjusa bħala `Direct Order` fil-veru sens tagħha. Hija l-prassi tad-Dipartiment tal-Kuntratti li estensjonijiet bħal dawn jiġu approvati għat-terminu definit. Ma nistax ngħid li hemm xi regolamenti speċifiċi li jirregolaw din il-prattika għalkemm ikun hemm każi fejn l-istess kundizzjonijiet tal-kuntratt jippermettu estensjonijiet tal-perjodu kuntrattwali jew bħala option tal-Gvern jew bi ftehim reċiproku bejn il-kuntrattur u l-Gvern. Fuq kollox, nirrepeti, kull każ irid jiġi eżaminat u deċiż fuq il-mertu tiegħu.
Leg 9 PQ #9253 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna — Self

Question

Billi l-Gvern Laburista kien sellef Lm24.6 miljun lit-Tarzna biex it-Tarzna tkun tista' tħallas dejn dovut lill-Income Tax, Sigurta' Nazzjonali u entitajiet oħra tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta dawn il-flus għaddew mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u x'kienu l-ammonti għall-Income Tax u Kontribuzjonijiet għas-Sigurta' Nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Bejn Ottubru u Novembru 1997 kienu saru dawn il-pagamenti: Lm7,826,474 biex ikopri ammonti dovuti bħala Income Tax. Lm6,123,123 biex ikopri ħlas ta` kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali.
Leg 9 PQ #9032 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Public finance figures

Question

Rigward il-public finance figures għall-Jannar - Mejju 1999 għal xiex huwa dovut it-tnaqqis f'social security benefits b'paragun ma' l-ewwel ħames xhur tas-sena ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fil-benefiċċji tas-Sigurta` Soċjali fl-ewwel ħames xhur ta` is-sena kif paragunati ma` l-istess perjodu s-sena l-oħra. Il-fatt hu li ż-żewġ perjodi mhumiex eżattament paragunabbli. Dan għaliex jgħaddu xi jiem bejn meta ssir d-debit advice lill-Bank Ċentrali biex dan jgħaddi l-fondi meħtieġa mill-Public Account għas-Social Security Account, liema debit advice tkun value-dated għall-aħħar Ġimgħa tax-xahar meta l-ħlas tal-benefiċċji ikun dovut (f`dan il-każ kien il-Ġimgħa 28 ta` Mejju), u meta l-ħruġ jiġi debitat lill-Vot relevanti taħt il-Fond Konsolidat (li allura, f`dan il-każ, laħaq daħal Ġunju).