Jista' l-Ministru jgħid meta jingħataw promozzjonijiet lill-istaff akkademiku ta' l-Universita' x'piż jingħata lill-pubblikazzjonijiet u x'tip ta' pubblikazzjonijiet jiġu kkunsidrati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess hu wieħed li normalment jintuża f'kull istituzzjoni akkademika. Il-kriterji huma magħrufa. Pubblikazzjonijiet huma normalment dawk li jissejħu 'refereed papers'. Nirreferi wkoll għall-aħħar parti tat-tweġiba għal PQ 32413.
Jista' l-Ministru jgħid meta jingħataw promozzjonijiet lill-istaff akkademiku ta' l-Universita' x'piż jingħata lill-kwalita' tal-lecturing?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kriterji fuq xhiex jingħataw promozzjonijiet huma magħrufa. Informat li normalment dawn jinqasmu fi tlieta - tagħlim, riċerka u amministrazzjoni. Nirreferi wkoll għall-aħħar parti tat-tweġiba għal PQ numru 32413.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn skolastiċi (sena 2000-2001) fl-iskejjel Speċjali:
(a) kemm daħlu studenti ġodda
(b) kemm ħarġu studenti mn dawn l-iskejjel u
(c) kemm kienet l-ispiża kapitali u rikorrenti f'dawn l-iskejjel speċjali
Response (GALEA, LOUIS)
Informat wieħed u tletin student daħlu fi skejjel speċjali f'dawn l-aħħar sentejn skolastiċi filwaqt li ħamsa u sittin student ħarġu minn dawn l-iskejjel minħabba li marru l-Adult Training Centres jew sabu xogħol
Infieq Kapitali u Rikorrenti fi skejjel speċjali f'dawn l-aħħar sentejn skolastiċi kien kif se nsemmi:
Sena Skolastika Nefqa Kapitali Nefqa Rikorrenti Salarji
2000 - 2001 Lm28,000 Lm48,400 Lm585,280.366
2001 - 2002 Lm28,000 Lm49,486 Lm416,218.705
Jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm studenti tal-iskejjel li żaru:
a) mużewijiet?
b) siti storiċi?
F'kull każ jista' jgħid x'inhu isir biex għalliema jiġu mħajjra jieħdu t-tfal iżuru dawn il-postijiet kulturali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 15,856 student li żaru l-mużewijiet u 20,802 studenti li żaru siti storiċi.
Iż-żjarat lejn siti storiċi u mużewijiet jiġu organizzati mill-iskejjel infushom. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dejjem xtaqet li żjarat bħal dawn jiġu organizzati kull meta l-ħin jippermetti. Is-sillabu jinkludi ħafna minn dawn it-temi li jistgħu jiġu msaħħa bi żjarat bħal dawn. Iżda, l-awtonomija ta' l-iskejjel titlob li dawn jorganizzaw dawn iż-żjarat meta jkun tajjeb għalihom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar id-degress, diplomas w ċertifikati akkreditati mill-Universita' ta' Malta sena b'sena akkademika u skond il-gender mis-sena 1995 sas-2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Degrees, Diplomas u Ċertifikati li ġew mogħtija mill-Universita` ta' Malta mis-sena 1995 sa' l-2001 huwa kif ġej:
Sena Nisa Irġiel Total
1995 642 648 1270
1996 698 663 1361
1997 849 867 1716
1998 780 912 1692
1999 957 1021 1978
2000 829 889 1718
2001 957 1048 2005
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida għal dawk l-għalliema fl-iskejjel primarji li jkunu jridu jorganizzaw attivitajiet flimkien mal-ġenituri tat-tfal barra mill-ħin ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm xejn xi jżomm 'l għalliema fl-iskejjel primarji milli jorganizzaw attivitajiet flimkien mal-ġenituri tat-tfal barra mill-ħin ta' l-iskola.
Informat li l-gwida li tingħata hija li jekk din l-attivita` ser tiġi organizzata f'isem l-iskola din tiġi diskussa ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola u preferibbilment fil-kunsill skolastiku.
Jista' l-Ministru jgħid tistax tingħata tweġiba gaħall-PQ 32024 u cioe, fl-iskola primarja tan-Naxxar (wara l-knisja) jista' jara li l-purtinara full-time jagħmlu x-xogħol tagħhom sew u ma jaħarbux minn xogħolhom a skapitu tal-part-timers (purtinara)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola indikata għandha l-istaff kollu meħtieġ biex it-tindif isir b'mod effiċjenti.
L-amministrazzjoni ta' l-iskola qed tagħmel minn kollox biex it-tqassim tax-xogħol isir b'mod ġust.
Jista l-Ministru jgħid għaliexis-suġġett home economics ma hux qed jissemma
fil-
national minimum curriculum
u x'se jsir issa mill-eluf ta' studenti li preżentement
qegħdin jieħdu dan is-suġġett?
X'sejjer jiġri minn dawk l-għalliema li jgħallmu dan is-suġġett u li illum uħud minnhom
huma senior teachers fl-iskejjel fejn għadhom jgħallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jsemmi biss dawk is-suġġetti li huma bażiċi. Jibqa' lok għal suġġetti oħra li huma suġġetti magħżula mill-istudenti (Optional Subjects). Dwar il-Home Economics ġejt informat kif ġej:
* Il-Home Economics dejjem kien suġġet ta' għażla u qatt ma kien
wieħed bażiku. Għalhekk il-Kurrikulu il-ġdid ma jsemmiħx.
* Anke bil-Kurrikulu l-ġdid, barra s-suġġetti bażiċi, l-istudenti
jagħżlu wkoll suġġetti oħra meta jkun il-waqt. Min ikun irid
jitgħallem il-Ħome Economics xorta se jkun jista' jagħmel hekk.
Illum żdiedet ukoll il-firxa ta' suġġetti li wieħed jista' jagħżel
miegħu u din tagħamel l-għażla tiegħu aktar attraenti.
* Ħadd minn dawk l-istudenti li bħal issa qegħdin jitgħallmu
l-Home Economics ma għandu għaliex jinkwieta li mhux se
jkun jista' jibqa' jitgħallmu. Bħalma se jkunu jistgħu jibdew
jitgħallmuh studenti ġodda li jagħżlu li jagħmlu hekk.
* L-għalliema tal-Home Economics, bħal għalliema oħra ta' suġġetti
li huma ta' l-għażla, minn dejjem jiddependu fuq kemm studenti
jagħżlu s-suġġett tagħhom, u wieħed ma jifhimx kif qed tissemma'
s-seniority tagħhom, meta fis-suġġett tagħhom din tiġi dejjem irrispettata.
Jista l-Ministru jgħid jekk is-sistema ta' on call facilitator li qed taħdem fl-iskejjel ta'
l-istat hiex se tiġi estiża wkoll għall l-iskejjel tal-knisja?
Jekk dan huwa fin-negattiv, għaliex ma għandux jsir hekk, anke fid-dawl tal-ftehim li
hemm bejn l-istat malti u dak ta' l-awtorita' tal-knisja li permezz tiegħu s-salarji ta'
l-istaff qed jitħallas mill-istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-awtoritajiet ta' l-iskejjel tal-Knisja jiddeċiedu jekk is-sistema ta' "on call facilitator" għandhiex tidħol fl-iskejjel tal-Knisja.
Jikkonsidra l-Ministru, in vista ta' interpellanza parlamentari tiegħi preċedenti,
li jsir monument jew mafkar f'ġieħ il-gran Mastru La Valette u Arvid Pardo?
Response (GALEA, LOUIS)
Huwa ħsieb tal-Gvern li bħala monument lil Arvid Pardo jinfetaħ repositorju tad-dokumenti relatati miegħu li jservi bħala post ta' riċerka u monument ħaj lil dak il-Malti li tant għamel ġieħ lil Malta permezz ta' xogħol diplomatiku fin-Nazzjonijiet Magħquda.
Rigward il-Gran Mastru La Vallette, il-ħsieb tal-Gvern hu li dan jiġi konsidrat fil-kuntest tar-rijabilitazzjoni ta' Bieb il-Belt Valletta u s-sit fejn kien hemm it-Tejatru Rjal.
Jista 'l-Ministru jgħid kif u għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li l-istudenti tal-business & commerce tal-MCAST sarilhom eżami f'nofs Frar li skont ir-riżultat li jġibu se jinqatalhom l-istipendju?
Jista' l-Ministru jgħid meta dawn l-istudenti ġew avzati li kien se jsirilhom dan l-eżami?
Response (GALEA, LOUIS)
L-avviż legali li jirregola l-Għotjiet ta' Manteniment, jippermetti li istituzzjoni bħall-MCAST twaqqaf l-għotjiet jekk l-istudenti jew ma jattendux il-lectures jew jekk ma jagħtux progress fuq perjodu ta' żmien. Din ir-regola ilha teżisti kemm ilhom l-istipendji u ġiet applikata taħt kull amministrazzjoni.
Il-Kulleġġ qed jiddiskuti policy li tkun tapplika għall-Istituti kollha. L-istudenti kienu ġew avżati li l-assessment jimkludi wkoll tests sa mill-bidu tas-sena tal-Kulleġġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena sabiex ġie immodernizzat il-kulleġġ tal-Biedja?
Kemm kienet l-ispiża nvoluta?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jaħdmu fil-Hilti Local Centres tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ċentru b'ċentru? F'kull ċentru min applika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn kull skola fejn hemm stabbilit Ċentru Ħilti kien hawn dawn in-numru ta' persuni li applikaw biex jassistu lil-Local Programme Animator biex imexxu ċ-ċentru wara l-ħin ta' l-iskola:
Ċentru Numru ta'
applikanti
Cospicua 9
Dingli 4
Għaxaq 4
Gżira 4
Ħamrun 7
Valletta 7
Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ tal-persuni reklutati għall-Hilti Local Centres x'inhuma r-rati ta' ħlassijiet għad-diversi dmirijiet?
Kif ġie stabbilit il-ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija nkluża fit-tweġbia għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32238.
Informat li r-rati ġew stabbiliti hekk:
- Il-Co-workers tal-Local Programme Animators: l-ogħla rata ta'
supply teacher.
- Local Programme Animators li jmexxu Ċentru Ħilti: l-ogħla rata
ta' supply teacher u Lm1 fis-siegħa marbuta ma' koordinament ta'
tim magħmul minn co-workers u voluntiera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Qieghed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Entita` Ammont ta' Kera
Segretarjat Parlamentari Lm 150.00
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni Lm7,464.16
MCST Lm1,336.67
Universita` ta' Malta Lm5,515.00
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-għotjiet finanzjarji mill-Ministeru lil St. James Cavalier
1) fis-sena 2000?
2) fis-sena 2001?
Għal liema inizjattivi marru dawn l-għotjiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għotjiet finanzjarji mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni lil St James Cavalier kienu:
2000 2001
Lm Lm
Kontribuzzjoni mill-Gvern 30,000 150,000
Ħlas ieħor konness ma' wirjiet u newsletter 3,513 1,070
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati f'St James Cavalier tul is-sena 2000?
X'kien id-dħul minn dawn l-attivitajiet tul is-sena 2000?
X'kien il-ħruġ fuq dawn l-attivitajiet tul is-sena 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bl-attivitajiet li kienu organizzati f'St James Cavalier matul is-sena 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 min kien jaħdem
1)
full time
2) part time
3) b'xi kuntratt
ma' St James Cavalier?
F'kull każ x'kienu l-ħlassijiet: paga, allowance?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha li bdiet topera l-cafeteria f'St James Cavalier?
Kif intagħżel l-operatur preżenti?
X'kien id-dħil minn din il-cafeteria għal St James Cavalier?
X'kien il-ħruġ fuq din il-cafeteria?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Cafeteria f'St James Cavalier, ilha topera minn Settembru 2000.
L-operatur preżenti intgħażel wara sejħa għall-offerti pubblikata fil-gazzetta. Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28938.
Informat li l-ammont ta' dħul dovut mill-operatur tal-cafeteria Ole` Ltd lil St James Cavalier hu:
Settembru 2000 - Jannar 2002
DHUL - Lm27,362, li Lm25,714 minnhom għadhom dovuti.
ĦRUĠ - Lm 675