Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iċċarat min, bejn il-pulizija u TM hu responsabbli mill-kontroll ta' clamping zones? Liema huma l-clamping zones li għandna f'pajjiżna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk kif stipulat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13, iż-żoni ta' klampjar jiġu ndikati f'avviż li jinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20171, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta marbuta mat-toroq tat TEN-T? Liema huma t toroq li jiffurmaw d-differenza fit-toroq bejn 51km u 112km?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tan-network oriġinali tat-Ten-T, li tiddefinixxi n-network ta’ toroq ta’ 51km; kif ukoll kopja tal-pjanta hekk kif ġiet riveduta għal 112-il kilomteru.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20171, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ir-risposta għal din id-domanda timplikax li t-triq li twassal sal-Mellieħa hux se jibda x-xoghol fuqha qabel is-sena 2020?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha qed tikkonsidra l-aħjar mod ta’ kif għandha tipproċedi fuq din it-triq minħabba l-fatt li hemm diversi sfidi ambjentali u tekniċi. Madanakollu, qegħdin jiġu diskussi numru ta’ interventi li jistgħu jsiru qabel sabiex titejjeb it-triq eżistenti. Pero, wieħed irid iżid li, anke dawn l-interventi huma bħalissa dipendenti fuq xogħlijiet pendenti tal-kumpaniji tas-servizzi.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-records tad-Direttorat tal-People Management u tad-Direttorat tal-Financial Management fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi u Sapport juru li l-kelliemi preżenti tal-Oppożizzjoni għall-Biedja u Sajd preżentament jokkupa l-kariga ta’ Senior Architect b’seħħ mill-10 ta’ Diċembru 2012 wara ħruġ ta’ call for applications mill-PAHRO datata 17 ta’ Awwissu 2012 , b’salarju ta’ ‘l fuq minn €25,000 fis-sena u allowance ta’ madwar €4651. Dan l-impjegat kien ilu impjegat mal-Gvern sa mis-26 ta’ Settembru 1988.
Ħ’Attard – Triq Pantar u Triq tat-Torba — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jara li Triq Pantar u Triq tat-Torba li minn Ħ’Attard iwasslu għall-Mosta, u viċi versa u li fiha bħalissa qed isiru x-xogħlijiet fejn nofs it-triq hi maqlugħa u n-nofs l-ieħor mhux fi stat tajjeb, li t-triq kollha tingħata wiċċ tarmak ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika meta se jsiru x-xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żebbuġ li tibda mis-Saqqajja u tibqa’ sejra lejn Ħaż-Żebbuġ fejn kien inbeda x-xogħol tant li anke sar id-diżlivell tat-triq imma baqa’ ma sarx l-asfalt?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi iżjed informazzjoni dwar liema triq qed jirreferi għaliha minħabba l-fatt li l-informazzjoi provduta mhiex suffiċjenti biex tingħata tweġiba.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Ġnien f’Ħal Qormi peress li hemm tappiera li kull meta tagħmel ix-xita qegħda tfur b’konsegwenza li anke ġrieden qegħdin joħorġu minn din l-istess tappiera?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17801, jista’ l-Ministru jara li jsir follow up rigward ix-xogħlijiet li suppost kellhom isiru fuq mina li minn Triq Bajjada f’Ħal Qormi tagħti għal Santa Venera peress li x-xogħlijiet baqgħu ma sarux?
Response (MIZZI, JOE)
Ser tittieħed azzjoni biex ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jinbeda fl-iqsar żmien possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija parlamentari, parti minn Vjal ir-Riħan, San Ġwann (quddiem il-Knisja) ilha ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista’ jkun malajr?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dawl ta’ din it-triq jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Korporazzjoni Enemalta. Matul Ottubru Transport Malta kienet irrapurtat l-unika bozza li ma kenitx qed tixgħel dak iż-żmien lill-istess Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lourdes, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjem u kemm jista jkun malajr?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
San Ġwann – Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti data definittiva meta se jitlesta x-xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek hekk skedati li se jibdew fi Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl f’San Ġwann, nhar it-23 ta’ Ottubru 2015?
Transport Malta – San Ġwann – Triq Birkirkara – reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ħarġet struzzjonijiet biex Triq Birkirkara f’San Ġwann ma tiġix reinstated u titħalla fl-istat diżastruż li qiegħda fih illum? Jista’ jara li din it-triq minnufih tiġi reinstated u jassigura li r-residenti ma jgħaddux minn iktar hardships?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhu veru xejn li Transport Malta tat xi struzzjoni biex Triq Birkirkara, ġewwa San Ġwann, ma tiġix reinstated. Fil-fatt, fir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19687 tal-istess Onor. Interpellanta ġiet mogħtija spjegazzjoni fid-detall dwar ix-xogħlijiet ippjanati għal din it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħsarat u t-tkissir li hemm ġewwa Ġnien Ġorġ Preca f’San Ġwann jiġu msewwija mingħajr iktar dewmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ir-responsabilta’ tal-manutenzjoni ta’ dan il-ġnien hi tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Onor. Interpellant hi mitluba tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Ġwann – Triq tas-Sliema – xogħlijiet ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibdew u meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta’ reinstatement li hemm bżonn li jsiru fuq Triq tas-Sliema f’San Ġwann? Jista' jassigura li dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibli, u dan peress li r-residenti ilhom żmien konsiderevoli għaddejjin minn hardships minħabba l-istat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq tas-Sliema f’San Ġwann m’għandha bżonn tal-ebda reinstatement. Din it-triq kienet ngħatat wiċċ ġdid fl-2013 u għadha f’kundizzjoni tajba. Bħalma diġa ġie spjegat fi tweġiba mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari fuq dan il-proġett, se jkunu qed isiru xogħlijiet fil-viċinanżi ta’ Triq tas-Sliema, speċifikament fuq Triq B’Kara. Ix-xogħlijiet l-oħra li għaddejjin bħalissa fl-inħawi, u cioe’ Triq San Ġwann tal-Għargħar u Triq B’Kara il-parti li twassal għal Mater Dei huma tal-Korporazzjoni tal-Ilma u se jsir reinstatement mill-istess Korporazzjoni.
San Ġwann – Triq San Ġiljan – xogħlijiet ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibdew u meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta’ reinstatement li hemm bżonn li jsiru fuq Triq San Ġiljan f’San Ġwann? Jista' jassigura li dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibli, u dan peress li r-residenti ilhom żmien konsiderevoli għaddejjin minn hardships minħabba l-istat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari 19687 tal-istess Onor. Interpellant fejn ġie spejgat li dawn ix-xogħlijiet huma tal-Koporazzjoni tal-Ilma, inkluż ir-reinstatement. Għaldaqstant, nitlobha tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
San Ġwann – Triq Bellavista – xogħlijiet ta’ reinstatement
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jibdew u meta se jitlestew ix-xogħlijiet ta’ reinstatement li hemm bżonn li jsiru fuq Triq Bellavista f’San Ġwann? Jista' jassigura li dawn ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibli, u dan peress li r-residenti ilhom żmien konsiderevoli għaddejjin minn hardships minħabba l-istat tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19687 tal-istess Onor. Interpellant fejn ġie spejgat li Transport Malta m’għandha l-ebda xogħlijiet għaddejjin tul Triq Bellavista.
Billi waqt id-dibattitu tal-baġit ta' din is-sena kien hemm referenza għal toroq li djiequ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu dawn it-toroq li saret referenza għalihom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li għamilt referenza għalihom saru kollha fi żmien l-amministrazzjonijiet preċedenti u li hu kien jifforma parti minnha.
Berġa ta’ Kastilja – Restoration Unit – sistema tad-dawl — konsultazzjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20525, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-Restoration Unit tal-Gvern ma kienx ikkonsultat fuq is-sistema tad-dawl li ġiet istallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 20525.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tad-dawl li ġiet stallata f’dawn l-aħħar ġranet fuq il-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja u li fuqu saru diversi provi, hux se tinżamm jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema għadha fil-proċess ta’ ‘testing and commissioning’.