Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru s-sleeping policeman fi Triq Ġuże Duca f'Ħal Qormi li kienu jeżistu qabel ma saret it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kien hemm ebda sleeping policeman fil-parti ta' Triq Guże Duca li hija triq arterjali.
Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali u lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġu restitwiti s-sleeping policeman li kien hemm fuq is-service road biswit din it-triq hekk kif ix-xogħolijiet li qed isiru fuq dawn it-toroq jitlestew.
Jista' l-Ministru jinfurmana dwar l-iżviluppi ta' mistoqsija parlamnetari nru. 24073 u cioe dwar is-sitwazzjoni ta' Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-parti l-kbira mit-tarf tat-triq Qalet Marku għadu ma ġiex żviluppat u peress li t-triq taqleb lejn din id-direzzjoni, it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli d-dipartiment tat-toroq jgħid meta hu maħsub li ssir Triq il-Kavallieri ta' Malta, Wied il-Għajn, li tinsab fi stat ħażin ħafna u minkejja li hemm għadd ta' residenti, uħud minnhom bi tfal żgħar baqgħet qatt ma saret?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex jiġi stabbilit il-programm tax-xogħol għall-lokalita', u Triq il-Kavalieri tkun tista' tiġi asfaltata skond il-prijoritajiet li jkunu miftehma bejn id-Dipartiment u l-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol fuq l-għaxar toroq maqbula mal-Kunsill Lokali ta' M'Scala għal din is-sena?
Jista' jgħid wkoll x'inhi r-raġuni li l-għaxar toroq maqbula s-sena li għaddiet ma sarux?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'dawn it-toroq irid isir wara li jiġu ppubblikati sejħiet għall-offerti.
Jien infurmat ukoll li t-tender documents qed jiġu ppreparati wara li saru diversi laqgħat ma' l-entitajiet konċernati dwar it-tqegħid ta' servizzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi problemi fi Triq ta' Gidwiet ġewwa M'Scala, speċjalment fil-bidu tat-triq fejn id-dħul għal din it-triq huwa dejjaq u konsegwenza ta' hekk it-triq ma tistax tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex jiġi stabbilit il-programm tax-xogħol għall-lokalita'. u t-triq ta' Gidwet tkun tista' tiġi asfaltata skond il-prijoritajiet li jkunu mifthema bejn id-Dipartiment u l-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tinħareġ u tingħata it-tender ta' twessiegħ ta' Triq San Gwakkin, Qormi?
Din it-triq ilha żmien twil mħarbta u dejqa u hija skomdu għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jipprepara l-istejjem tax-xogħol li jeħtieġ isir, sabiex ikun f'pożizzjoni li jiddiskuti mal-Kunsill dwar il-prijorita ta' dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-bankini ta' Triq Għajn Dwieli u l-Isqof Buhagiar Street, Paola peress li issa ilhom żmien jintalbu biex isiru? Dan ix-xogħol jaqa' taħt il-Gvern Ċentrali peress li dawn it-toroq huma toroq arterji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq iddiskuta x-xogħolijiet meħtieġa mal-Kunsill Lokali, u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu ppreparati l-pjanijiet għat-twettieq tax-xogħol.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 25628, jista' l-Ministru jerġa' jikkonsidra t-tweġiba mogħtija għaliex jiena staqsejtek fuq il-culverts?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiddiskuti s-sitwazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant mal-Kunsill Lokali u b'hekk ikun deċiż x'inhu l-aħħjar li jsir.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25301 li oriġinarjament kienet lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn hu possibli (ċioe f'liema portijiet) li jaħdmu l-barklora Maltin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li tradizzjonalment il-barklora joperaw mill-landing places li jinsabu l-Birgu, l-Isla u d-Dwana l-Qadima. Minn żmien għal żmien kienu joperaw ukoll bejn tas-Sliema u x-Xatt tal-Belt, ġewwa Marsamxetto.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Palazz l-Aħmar, Sta Venera?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 24035, ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jkun hemm letterbox fil-Housing Estate fil-Pieta biex jinqdew aħjar ir-residenti anzjani li jgħixu f'dawn l-inħawi u dan mingħajr ma titneħħa xi letter box oħra fl-istess lokalita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'każi fejn tintalab kaxxa ta' l-ittri ġdida, Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull 3,000 resident.
Tal-Pieta' b'popolazzjoni ta' 4,249 ruħ, skond ċifri ppubblikati fil-Gazzetta ta' t-30 ta' April 1996, hija moqdija bi tliet kaxxi ta' l-ittri, numru ogħla minn dak irrakkomandat mill-UPU. Għalhekk ma jidhirx li hemm għalfejn titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra.
Madankollu, f'ċirkostanzi bħal dawn mhux l-ewwel darba li l-Kunsill Lokali jirrakomanda ċaqlieq ta' kaxxi ta' l-ittri eżistenti b'mod li lok indikat ikun jista' jinqeda aħjar. Fil-maġġoranza tal-każi Maltapost tattwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bankina tul il-parti ta' Qormi Road, Qormi mill-parti tar-roundabout ta' Luqa Road f'Luqa għal Ħal Qormi minħabba l-periklu li dawk li jgħaddu bil-mixi minn hemm jinsabu fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għal mistoqsija parlamentari Nru. 25110.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir protector xieraq mac-centre strip ta' quddiem id-djar f'Luqa Road, Luqa biex jinqata' l-periklu li hemm ta' accidents regolari ta' karozzi li jidħlu fil-filata ċnagan li hemm bħalissa b'riskju għas-sewwieqa u aktar għal dawk li jkunu bil-mixi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 25110.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ser isir fuq toroq din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba minn l-Onor. Interpellant kif inhi sa llum (għaliex il-proċess tax-xogħol fit-toroq hu wieħed kontinwu) ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li Vjal Kottoner Fgura saret triq traffikuża ħafna, jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing u dan sabiex minbarra r-residenti ta' Vjal Kottonera, ikunu jistgħu jinqdew wkoll ir-residenti tat-toroq V.Maculano, Carapechia,Gallu, Mondion, San Ġwann u oħrajn u dan biex jonqos il-periklu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Filwaqt li ssir riferenza għad-dokumenti annessi, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titneħħa letter box fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ u dan billi qiegħdha f'post perikoluż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fir-rigward tal-kaxxa ta' l-ittri msemmija li allegatament tinsab f'post perikoluż, għalkemm ta' min jgħid li din il-kaxxa ilha 'l fuq minn ħames snin f'dan il-post, id-direzzjoni tal-Maltapost qiegħda tikkorrispondi mal-Kunsill Lokali bil-għan li tinstab soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-parti tal-mistoqsija nru. 25458, jiġifieri jekk sarx xi tibdil fil-pjanti u x-xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġi esegwit il-proġett ta' Mdina Road, Ħ'Attard.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kienx hemm tibdil fil-pjanti u x-xogħolijiet ħlief xi adjustments sabiex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq skond in-neċessita tax-xogħol jew tal-lokalita'.
Jista' l-Ministru jindaga jistax isiru culverts fit-toroq indikati għaliex partikolarment f'Old Church Street, B'kara, ir-residenti qed jegħrqu meta tagħmel ix-xita? Id-dokumenti relattivi qed jintbagħtu separatament.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant għad hemm ħafna żvilupp xi jsir fiha, u għalhekk għal issa t-triq ma tistax tiġi asfaltata.
Jista' l-Ministru jgħi x'qed iżomm milli tiġi asfaltata Triq Francis Ebejer, Swieqi fejn fost l-oħrajn kemm xi persuni b'diżabilita' li joqogħodu hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga x'inhuma l-ħtiġijiet ta' din it-triq.