Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25192 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Investiment mil-Ġappun

Question

Jistgħax l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ġiex imħajjar lejn Malta investiment mil-Ġappun minn meta kien żar dak il-pajjiż xi żmien ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'Ottubru tas-sena li għaddiet, jiena żort il-Ġappun fejn ħadt sehem f'żewġ seminars organizzati mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. L-għan ta' dawn l-attivitajiet ma kienx li jwasslu għal riżultati immedjati, iżda ninsab infurmat li bħalissa qed jiġu finalizzati l-kuntatti ma' kumpanija Ġappuniża sabiex din tiftaħ bażi operattiva f'Malta minn fejn tkun tista' tilħaq is-swieq fl-Afrika ta' Fuq. Jekk dan iseħħ, inkunu għamilna "break-through" mill-aktar importanti fl-istrateġija biex nattiraw lejn pajjiżna investiment mill-Ġappun.
Leg 9 PQ #25193 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-Gvern biex jiġi żviluppat kif jixraq crafts village f'Ta' Qali? Kemm ilu jiġi kkunsidrat proġett fuq dawn il-linji? Għaliex għadha ma tteħditx inizjattiva biex jibda x-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pjanijiet tal-Gvern għal Ta' Qali, li jinkludi wkoll il-Crafts Village, diġa' huma magħrufa u jinsabu fid-dokument "Ta' Qali Action Plan" ippubblikat fi Frar 2000 mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fid-dokument "Ta' Qali Crafts Village Development Brief - Public Consultation Draft" pubblikat fi Frar ta' din is-sena. Il-perjodu ta' konsultazzjoni wasal fit-tmiem. Meta jintemmu l-konsultazzjonijiet ikun imiss il-pass tal-ħruġ tas-sejħa għall-offerti għall-iżvilupp inniffsu.
Leg 9 PQ #25303 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħlas Amministrattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jintalab ħlas amministrattiv ta' Lm 25 meta xi cheque ma jissarafx għall-ħlas ta' kont tad-dawl? X'jiġri jekk fil-każ ikun sar żball mill-personnel tal-istess korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma titlob ħlas amministrattiv ta' Lm25 meta ċekk li jsir biex ikopri l-ħlas tal-kont tad-dawl u l-ilma ma jissarrafx minħabba li ma jkunx hemm flus biżżejjed fil-kont bankarju tal-konsumatur. Dan il-ħlas amministrattiv ikopri l-ispejjeż li l-Korporazzjoni tagħmel biex treġġa' lura l-ammonti u tibbilanċja l-kont u biex ikopri wkoll l-ispejjeż li tidħol fihom il-Korporazzjoni Enemalta meta tibgħat il-Compliance Officers biex jiġbru dan l-ammont ta' flus mingħand il-konsumatur. Naturalment, jekk jirriżulta li l-iżball ma jkunx tal-konsumatur, il-ħlas amministrattiv ma jiġix mitlub.
Leg 9 PQ #25304 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Elessio Erardi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex tkun installata bozza fin-naħa ta' isfel ta' Triq Elessio Erardi, Żabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #25307 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir sabiex jissaħħaħ l-pressa tal-ilma fi Triq San Ġwann, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħarġet il-kuntratt biex jibda xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi ta' Triq San Ġwann, Bormla.
Leg 9 PQ #25463 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21977, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-talba ġietx ikkunsidrata s'issa mill-Enemalta u jekk iva, x'inhu l-eżitu tad-deċiżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex titwaħħal lampa ġdida fi Sqaq Strejnu 1, iż-Żejtun, qed tkun ikkunsidrata. Tajjeb jingħad li qabel tittieħed deċiżjoni biex titwaħħal lampa ġdida fi triq, iridu jiġu kkunsidrati diversi fatturi, fosthom xogħol ieħor li jkun meħtieġ minbarra t-twaħħil tal-lampa nnifisha. Dawn il-fatturi jvarjaw minn talba għal oħra, anke jekk it-talba tkun l-istess.
Leg 9 PQ #25482 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-priority boarding li tintuża għall-vapuri tal-Gozo Channel? Minn minn saret din il-lista u meta ġiet updated?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Priority Boarding li tintuża għall-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel. Din il-lista saret mill-Kumpanija b'effett mid-19 ta' Mejju 2000, u dan wara li kienet approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija. Il-lista attwali hija bbażata fuq lista oħra datata 16 ta' Marzu 1990 u amendata fl-20 ta' Mejju 1996 li kienet ħarġet mill-Pulizija. Tajjeb jingħad li dawk kollha li huma ntitolati għal Priority Boarding ġew avżati individwalment b'ittra mibgħuta lilhom mill-Kumpanija f'Lulju tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #25484 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi biex l-Enemalta tagħmel bozza fi Sqaq Strejnu 1, fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Zejtun għaliex fuq in-naħa ta' ġewwa ta' dan l-isqaq hu ferm mudlam w hemm xi anzjani jgħixu waħedhom, possibli l-Enemalta tgħid fejn waslet din it-talba? Billi f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti l-Ministru kien weġibni li l-Enemalta qed tikkunsidra din it-talba possibli niġi infurmat fejn waslu dawn il-konsiderazzjonijiet għaliex ili snin nistenna d-deċiżjoni ta' l-Enemalta dwar din it-talba għal sempliċi bozza ġdida?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 25463 waqt din is-Seduta stess, liema mistoqsija titratta l-istess materja.
Leg 9 PQ #25573 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kummerċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pressing plants jew cd manufacturing plants reġistrati f'Malta biex jipproduċu materjal simili? Kemm hemm kumpaniji liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Kemm hemm record producers reġistrati biex joperaw f'dan il-mod f'pajjiżna? Hemm xi applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment tal-Kummerċ dwar pressing plants, cd manufacturing plants jew record producers li huma intenjonati li jibdew joperaw f'pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond il-liġijiet preżenti li huma amministrati mid-Diviżjoni għall-Kummerċ, pressing plants jew cd manufacturing plants, kemm jekk huma kumpaniji kif ukoll jekk imprendituri oħra, ma jirreġistrawx ma' xi wieħed mid-Direttorati ta' din id-Diviżjoni. Għal dak li huwa investiment dirett barrani bil-ħsieb li jopera f'dan is-settur, id-Direttorat għas-Servizzi Kummerċjali ta' l-istess Diviżjoni ma għandu ebda applikazzjoni pendenti.
Leg 9 PQ #25587 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24480?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għax-xogħolijiet li saru minn diversi kuntratturi li ġew imqabbda biex jibdlu mejnijiet ta' l-ilma, jirranġaw ħsarat, kif ukoll jagħmlu xogħol ta' servizzi ġodda u ta' bdil ta' servizzi. Peress li din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali, ma narax li din għandha tiġi ppubblikata fid-dettal kif qed tintalab. Madanakollu nista' ngħid li l-ammont li għandhom jieħdu dawn il-kuntratturi għal xogħol lest u ċertifikat jammonta għal Lm212,541.42.
Leg 9 PQ #25596 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 23659?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li kien hemm 1,620 persuna li ġew provduti bis-servizz ta' l-ilma skond l-Avviżi Legali numri 57 u 213 ta' l-1998. Dawn il-persuni ġew mitluba jħallsu l-ammont ta' Lm124,766 għas-servizz skond l-Avviż Legali numru 58 ta' l-1999.
Leg 9 PQ #25607 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrial Estates

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-MDC kemm għandha fabbriki fl-Industrial Estates ta' Bulebel, Ħal Far u f'Irnella? Kemm minn dawn il-fabbriki qed jintużaw u kemm huma vojta jew għandhom xi tip ta' użu? Kemm hemm talbiet pendenti għal fabriki minn investituri fil-preżent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' fabbriki li għandha l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta fl-Oqsma Industrijali msemmija huwa kif ġej: Bulebel 107 fabbriki Ħal Far 42 fabbrika Rinella 33 fabbrika Il-fabbriki msemmija huma mqassmin hekk: QED JINTUŻAW VOJTA JEW IMWIEGĦDA Bulebel 105 2 Ħal Far 42 - Rinella 27 6 Fil-preżent hemm sittax-il talba pendenti biex investituri jiftħu fabbrika. Barra minn dawn, hemm numru ta' talbiet pendenti li bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Bord tal-Korporazzjoni.

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiżdied l-street lighting fl-area ta' Luqa Road, Luqa, fil-parti fejn hemm id-djar u li jagħmlu parti minn Ħal Farruġ minħabba li n-nuqqas ta' dawl qed jikkawża riskju għas-sigurta tar-residenti ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fil-post indikat, ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #25269 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li jitolbu itemised bill tal-Maltacom fil-kont tat-telephone jridu jħallsu meta f'pajjiżi barranin din hija ħaġa normali u ssir bla ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mhux korrett li wieħed jgħid li "f'pajjiżi barranin din hija ħaġa normali u ssir bla ħlas". Tant hu hekk li numru ta' pajjiżi Ewropej, fosthom il-Belgju, id-Danimarka, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Awstrija joffru l-"itemised bills" meta jintalbu u bi ħlas. Is-sistema adottata mill-Maltacom hi li jekk abbonat jitlob ċertu tip ta' informazzjoni dwar kont tat-telefon, dan is-servizz jiġi kopert bi ħlas żgħir. Dan isir biex il-Maltacom tkopri ftit mill-ispejjeż li tagħmel il-Kumpanija biex jingħata s-servizz.
Leg 9 PQ #25270 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex telecard ta' 40 units issib li jkun diġa naqsu 2 units u jibda b'38 units?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija simili numru 20040 waqt is-Seduta numru 393.
Leg 9 PQ #25319 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ninghatax raguni 'l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25400 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sidien tal-Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li m'hemmx uniformita bejn is-sidien tal-pompi tal-petrol rigward l-ftuħ tal-pompi tal-petrol nhar ta' Ħadd? Jista' l-Ministru jispjega ilmenti li wasluli minn xi sidien tal-pompi tal-petrol li hemm xi wħud li qed jiftħu l-Ħadd filwaqt li l-maġġoranza tas-sidien ma jiftħux? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-fatt la darba l-maġġiranza assoluta tal-pompi tal-petrol illum għandhom l-Automatic Dispensing Machine?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fil-preżent l-Enemalta għaddejja bid-diskussjonijiet mas-sidien tal-pompi tal-petrol sabiex ikompli jiġi aġġornat il-ftehim li l-Korporazzjoni għandha magħhom. Reċentement l-Enemalta offriet pakkett ġdid ta' inċentivi u kundizzjonijet lis-sidien tal-pompi tal-petrol, liema pakkett kien jistabbilixxi anke ħinijiet u ġranet tal-ftuħ tal-pompi, pero' dan il-ftehim ma ġiex aċċettat min numru żgħir ta' sidien. Il-ġranet tal-ftuħ tal-pompi tal-petrol huma stabbiliti u regolati mill-Att Dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Bejjiegħa fit-Toroq (Kapitlu 155 tal-Liġijiet ta' Malta) u għaldaqstant mhuwiex il-kompitu ta' l-Enemalta li tirregola l-ftuħ tal-pompi tal-petrol fil-ħdud.
Leg 9 PQ #25404 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Liquid Petroleum Gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-introduzzjoni f'Malta tal-Liquid Petroleum Gas għall-użu tal-vetturi, liema gas hu ippruvat li jagħmel ħafna anqas ħsara lil ambjent? Billi l-liquid petroleum gas jintuża fl-Ewropa kollha għaliex għadu ma ġiexintrodott f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 11388 waqt is-Seduta numru 187.
Leg 9 PQ #25415 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija dwar il-carpark ta' l-ajruport, jista' l-Ministru jispjega għaliex jaħseb li jekk jagħti raġunijiet għala l-kumpanija MIA li taqa taħt id-dekasteru tiegħu, ġeddet il-kuntratt tal-carpark mingħajr sejħa għall-offerti jista' jkun ta' dannu kummerċjali, meta fil-fatt l-MIA għandha esklussivita rigward il-parking fil-MIA u m'hi suġġetta għall-ebda forma ta' kompetizzjoni kummerċjali? Jikkonferma l-Ministru li dan sar b'dannu għall-interessi kummerċjali ta' l-istess MIA li issa mhux tagħti rendikont ċar ta' għemilha kif wara kollox hija obbligata li tagħmel għax qed tamministra assi u fondi pubbliċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-M.I.A. iddeċidiet li tieħu lura l-pompa tal-petrol u l-ħanut biswt tagħha u tinħareġ sejħa għall-offerti għal min ried jagħti servizz ta' pompa tal-petrol, car wash u valeting services peress li fl-opinjoni tal-Kumpanija b'dan il-pass qed iġib introjtu akbar għall-M.I.A. milli kellha qabel. Il-proċedura li ntużat mill-Kumpanija f'dan il-pass kienet l-istess bħal dik li ntużat mill-Kumpanija qabel, anke fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, fir-rigward ta' numru ta' "concessionaires" li joperaw mill-M.I.A.
Leg 9 PQ #25416 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

HSBC

Question

Billi għaddew fuq sentejn minn meta tħabbar il-bejgħ tal-Mid Med lill-HSBC, jista' l-Ministru jinforma jekk: 1. It-tlieta fil-mija ta' l-ishma tax-ex-Mid Med għaddewx kif imwiegħed lill-Fondazzjoni tal-ħaddiema bħal ma ġara fil-każ tal-Bank of Valletta u l-Maltacom? 2. Jekk iva, meta - jekk le, meta se jgħaddu? 3. Jekk hemm xi dewmien, għaliex dan id-dewmien meta l-gvern ilu li daħħal il-flus?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.