Sptar Mater Dei – operazzjonijiet ta’ knee replcements
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru knee replacements f’Mater Dei fis-sena 2014? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2014 saru 553 knee replacements fosthom 223 fuq pazjenti li kienu ilhom jistennew aktar minn sena.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-polyclinic ta' Ħal Qormi mhuwiex mgħammar b'generator sabiex jipprovdi provvista ta' dawl f'istanzi meta dan jinqata', kif ġara fis-7 ta' Frar fejn kien hemm pazjenti li spiċċaw tilfu l-appuntament tagħhom minħabba d-dewmien? Jista' jara li l-polyclinic ikun mgħammar b'generator?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-amministrazzjoni preċidenti kien hemm biss ċentru tas-saħħa wieħed li kellu nstallat generator adekwat. Din l-amministrazzjoni bdiet tinstalla generators f’diversi ċentri tas-saħħa. Filfatt f’Novembru tal-2015 ġie installat generator adekwat fic-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u f’Awwissu tal-2016 ġew installati iktar generators, dak taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid kif ukoll tar-Rabat. Fix-xhur li ġejjin ser jiġu nstallati generators fi polikliniċi oħra.
Ministeru għall-Saħħa — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – rappreżentanza f’konferenza f’Sofia fil-Bulgaria
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni kenitx rappreżentata f'konferenza li saret f'Sofia fil-Bulgaria? Jekk iva, min kienu r-rappreżentanti tal-Awtorità li attendew għal din il-konferenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema konferenza qed jirreferi.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġie trasportat bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal Malta u viċi versa fis-snin 2013, 2014, 2015, u 2016 sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' pazjenti li ġew trasportati bil-helicopter mill-isptar Ġenerali t’Għawdex għal-Malta, bejn l-2011 u s-sena l-oħra kien ta’ 190.
Sptar Mater Dei – pazjenti ta’ nazzjonalità barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-pazjenti li għamlu użu mill-Isptar Mater Dei fl-2013, 2014, 2015 u 2016 kienu ta’ nazzjonalità barranija? Kemm minn dawn welldu f’kull sena? Kemm minn dawn għamlu operazzjonijiet? Kemm minn dawn għamlu użu mill-outpatients? Kemm minn dawn għamlu użu mill-Emerġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Medja ta’ barranin li, fl-isptar Mater Dei:
bejn l-2013 u l-2015
Welldu :
585
Għamlu Operazzjonijiet:
2,748
Għamlu użu mill-
Outpatients
:
24,040
Għamlu użu mill-Emerġenza:
17,078
Dipartiment tad-Dermatoloġija – pazjenti li marru l-outpatients
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti żaru l-outpatients tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija f’Malta fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ kemm pazjenti żaru d-Dipartiment tad-Dermatoloġija f’Malta bejn l-2014 u l-2016 kienet ta’ 36,253.
Estimi finanzjarji għas-sena 2017 — Vote 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital) – proġett ta’ Barts Medical School
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30751 fejn fit-tweġiba tagħha intqal li l-€1.2 miljun, ivvotati taħt il-Vote 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private Public Hospital) fl-Estimi Finanzjari għas-sena 2017, se jintużaw għall-proġett ta’ Barts Medical School, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-iskola hix se tinbena mill-Gvern jew minn VGH?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Barts Medical School ser tinbena minn VGH.
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, Vote 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital), għal liema vot hemm ivvotati €1.2 miljun, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jispjega x'inhi r-raġuni li fl-Estimi Finanzjarji dawn il-finanzi huma indikati li se jintużaw għal-Gozo Private-Public Hospital mentri fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentali 30751 ġejt infurmat li l-ammont imsemmi se ikun qed jintuża għall-proġett ta' Barts Medical School?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta' Barts Medical School huwa b'mod dirett marbut mal-Gozo Private-Public Hospital u parti integrali minn dan il-proġett.
Swieqi – klinika pubblika – servizzi ta’ kura primarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-futur hemmx pjanijiet biex joffri servizzi ta' kura primarja permezz ta' klinika pubblika ġewwa s-Swieqi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġewwa l-Kunsill Lokali tas-Swieqi hemm Berġa li tkun miftuħa nhar ta’Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa. Hawnhekk jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u nfermiera u kif ukoll servizz ta’ Speech Language Pathologist. Din il-berġa ġiet devoluta ftit tax-xhur ilu mid-dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja lill-Kunsill Lokali tal-lokalita’.
Jista’ l Ministru jgħid min hu t-tieni paediatric surgeon li ġie impjegat wara li l-Onor. Fearne ingħata kariga ta’ Segretarju Parlamentari u issa Ministru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- Paediatric Surgeon li ġie impjegat wara li ingħatajt il-kariga ta’ Segretarju Parlamentari kien Mr. Choudry.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-jiem li għaddew minħabba li l-paediatric surgeon li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien bis-sick leave, l-isptar kien qed jiġi covered biss minn Senior Registrar (Peadiatric Surgery)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ndikat minnu l-isptar Mater Dei kellu Acting Consultant Paediatric Surgeon ieħor minbarra l-Consultant Paediatric Surgeon imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ħadd 5 ta' Frar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, l-uniku Paediatric Surgeon li hemm Mater Dei kellu jiddaħħal mis-sick leave biex jopera, għax mhux vera hemm it-tieni Paediatric Surgeon?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-professjonist imsemmi minnu intalab jintervjeni għaliex f’dak il-każ partikolari kien jirrikjedi l-intervent speċifiku tiegħu.
Sptar Karin Grech u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — ħaddiema
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30350 fejn ta l-medja tal-għadd ta' ħaddiema minflok l-ammont sena b' sena, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' ħaddiema fl-aħħar ta' kull waħda mis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, f’kull wieħed mill-isptarijiet li ġejjin:
(a) Sptar Karin Grech; u
(b) Sptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tat-total tal-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku, bejn l-2011 u l-2016 fl-isptar Ġenerali t’ Għawdex kienet 745 u l-isptar Karen Grech kienet 487.
Oqsma tal-obstetrija u pedjatrija – assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw it-tobba u li ħadu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-protokoll imħejji mill-awtorità dwar il-protezzjoni tal-embrijuni
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30375, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti bil-liġi li jirrappreżentaw lit-tobba fl-oqsma tal-obstetrija u tal-pedjatrija? Liema minn dawn l-assoċjazzjonijiet ħadu sehem fid-diskussjonijiet biex ġie stabbilit il-protokoll imħejji mill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni? Liema kienu l-istakeholders l-oħra indikati mill-Ministru fir-risposta tiegħu li pparteċipaw fid-diskussjonijiet biex ġie stabbilit dan il-Protokoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
B’referenza għal-aħħar parti tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30375, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, ltaqgħet u ddiskutiet mal-Malta College for Obstetrics and Gynaecology kif ukoll mal-Association of Maltese Paediatricians. Stakeholders oħra nvoluti fid-diskussjonijiet / korrispondenza kienu ż-żewg kliniki li kienu diġa joperaw fis-settur qabel daħlet il-liġi, is-Superintendent of Public Health ta’ dak iż-żmien Dr. Ray Busuttil, Special Accreditation Committee (SAC) kif ukoll id-direttur tad-Dipartiment tal- Obs & Gynae ġewwa Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika l-informazzjoni mitluba minni bħala Ministru għas-Saħħa, minn April tal-2016 ‘il quddiem.
Data
Kariga
Destinazzjoni
Raġuni
Spejjeż ta' vjaġġar
22-24/06/16
Communications and PR
Lisbon
Invitation for WHO Regional Technical Consultation - Zika Virus
€1,275
7-8/11/16
Private Secretary
Brussels
Bilateral Meetings with the Different Members of the European Parliament Working on Health Matters in Preparation for the EU Presidency
€613.32
5-6/12/16
Private Secretary
Brussels
Visit to Brussels to Address As a Keynote Speaker the First Europeam Digestive Health Summit Which will be Hosted by United European Gastroenterology
€440.32
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Awditur Ġenerali analizza 14-il sistema tal-IT imma fil-fatt hemm 175 sistema tal-IT titħaddem fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali huwa awtonomu u għaldaqstant ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħoloqx aktar spazju biex jinżammu l-Medical Records fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016 żdied l-ammont ta’ xkaffar fil-Medical Records tal-isptar Mater Dei filwaqt li sar refurbishment f’siti oħrajn sabiex ikun jista’ jsir rilokazzjoni b’mod kontinwu ta’ files inattivi. Matul din l-istess sena diversi inizzjattivi ngħataw bidu minn units differenti fl-isptar Mater Dei, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ karti u files li jiġu ġġenerati.
Sptar Mater Dei – Digitization process tal-Medical Records
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex id-digitization process tal-Medical Records tal-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hux qed jintużaw High Volume Scanners? X'tip ta' assigurazzjoni jista' jagħti l-Ministru fuq il-korretezza? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nies jaħdmu fir-Records Department?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proġett pilota biex tiġi determinata l-korrettezza tal-images tad-Dokumenti magħżula. Fil-Medical Records tal-isptar Mater Dei jaħdmu 41 impjegat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx l-E-Learning platform fl-Isptar Mater Dei kif ġie rrakkomandat mill-Awditur Ġenerali fl-IT Audit tal-Isptar Mater Dei li ħareġ f'Mejju 2016 jew l-Isptar għadu qed jimxi fuq il-manual tal-IT Support Officer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin il-preparamenti meħtieġa sabiex tiġi mnedija l-E-Learning Platform.