Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Direttur jew Aġent Direttur

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9300, jista’ l-Ministru jgħid minn meta sa meta okkupaw il-kariga ta’ Aġent Direttur tal-Ħabs iż-żewġ uffiċjali tal-puliijza fil-bidu tas-snin disgħin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bidu tad-disgħinijiet kien hemm l-Assistenti Kummissarji Josie Brincat u Lawrence Cauchi li kienu jaħdmu bħala Diretturi jew Aġenti Diretturi fil-Ħabs. Dawn kienu jaħdmu f’sistema rotating ta’ tliet xhur, tliet xhur.

Pulizija tad-Distrett — taħriġ

Question

Peress li fit-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 9172 semma t-taħriġ li reġa’ beda għall-Pulizija fid-29 ta' Settembru 2014, u peress li fl-interpellanza (li saret fil-25 ta' April 2014) id-domanda kienet dwar x'taħriġ kienu qed jirċievu l-Pulizija tad-distrett fil-perijodu li fih saret l-interpellanza (u ċjoè fil-25 ta' April 2014), jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9172 li saret fil-25 ta' April 2014 b'referenza għal dak il-perjodu li dwaru kien mistoqsi fl-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kelli diġà l-okkazjoni nispjega l-imsemmi training kien ġie sospiz b’rakkomandazzjonijiet tal-eks Kummissarju tal-Pulizija wara li kien tal-parir li dan it-taħriġ ma kienx qed jagħti r-rizultati mixtieqa. It-taħriġ reġa beda f’Settembru li għadda.

Korp tal-Pulizija – Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u sa meta se jkun hemm kariga li tixbah dik ta' Chief Executive li jkun jirrispondi lill-Kummissarju tal-Pulizija kif kien qal fl-istqarrija Ministerjali tiegħu fil-Parlament tad-9 ta' Lulju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm aktar dettalji fuq din il-kariga jingħataw fil-Parlament.

Korp tal-Pulizija – Media relations office

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm media relations office fil-Korp tal-Pulizija kif kien qal fl-istqarrija Ministerjali tiegħu fil-Parlament tad-9 ta' Lulju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm aktar dettalji, il-Parlament ikun informat.

Korp tal-Pulizija – Prosecution Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se titwaqqaf Prosecution Unit fil-Korp tal-Pulizija kif kien semma fl-istqarrija Ministerjali tiegħu fil-Parlament tad-9 ta' Lulju 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm aktar dettalji, il-Parlament ikun informat.

Korp tal-Pulizija – Media relations office

Question

Peress li fl-istqarrija Ministerjali tiegħu fil-Parlament tad-9 ta' Lulju 2014 il-Ministru qal li għandu jkun hemm media relations office fil-Korp tal-Pulizija biex jaħdem "aktar b'mod pro-attiv mal-ġurnalisti u biex jinforma u jeduka lill-pubbliku", kif allura l-istess Ministru qed jibqa' jirrifjuta, sad-data li fiha qed issir din l-interpellanza, li jippublika r-rapport ta' żewġ inkjesti (waħda li ngħalqet f'Settembru 2013 u oħra f'Lulju 2014) dwar l-operat tal-Pulizija (waħda dwar arrest ta' persuna akkużata inġustament b'hold up u l-oħra dwar it-twaqqif ta' proċeduri kriminali mill-ex Kummissarju tal-Pulizija) u liema żewġ inkjesti hu kien wiegħed li jkunu ppublikati? Għaliex il-Ministru mar lura minn kelmtu u qed iħalli lill-pubbliku fid-dlam fuq xi ħaġa ta' interess pubbliku meta kien qal li jrid "jinforma u jeduka lill-pubbliku"?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li inkjesta waħda ġiet ippublikata fid-29 t’Awwissu u l-oħra se tiġi ppublikata.

Pulizija — Għassa Ħal-Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Għassa tal-Pulizija f'Ħal Tarxien kważi dejjem magħluqa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Tarxien tinfetaħ regolari. F’ċerti ħinijiet l’għassa tingħalaq skont il-prijoritajiet tax-xogħol fid-distrett. Il-fatt li l-għassa tal-pulizija ma tkunx miftuħa il-ħin kollu kuljum hu minħabba li l-pulizija jkun assenjat għal xogħol ieħor bħal dak t'immaniġjar ta' traffiku, monitoraġġ ta’ tfal tal-iskola filgħodu u wara nofsinhar, u xogħol ieħor fid-distrett.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Segretarjat Privat – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi hemm ħames persuni inkarigati mill-Customer Care.

Rapport ta’ Inkjesta – arrest żbaljat

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport ta’ Inkjesta li kien ordna l-ex Kummissarju tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament f’Settembru 2013 dwar l-aġir tal-Pulizija tas-CID u ta’ Spettur tad-Distrett dwar il-każ ta’ arrest żbaljat tal-individwu li ismu wkoll qed jingħata separatament, u liema rapport l-ex Kummissarju kien iddikjara, skont rapport li deher fl-ewwel paġna ta’ The Times of Malta fit-3 ta’ Settembru 2013, li kien se jippubblika biex iserraħ moħħ in-nies (‘...Mr Zammit said, adding he would make the findings public to put people’s mind at rest.’)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ir-rapport li qed jirreferixxi għalih l-Onorevoli Interpellantma ma’ hux rapport ta inkjesta. Din kienet investigazzjoni nterna ordnata mill-Kummissarju tal-Pulizija tramite bord intern li waqqaf hu magħmul minn Assistent Kummissarju u żewġt Supretendenti. Kif qed jgħid l-Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu l-ex Kummissarju tal-Pulizija kien iprometta li jippublika r-riżultanzi.L-inkjets aordnata mill-Ministru lil Police Board ġiet publikata 29 ta’ Awwissu 2013.

Pulizija — ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-pulizija meta se jitħallsu tal-overtime u tal-Ħdud li ħadmu f'Awwissu 2014 peress li fid-data li fiha qed issir din l-interpellanza dawn għadhom ma tħallsux tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-overtime u tal-Ħdud li ħadmu f'Awwissu 2014 kienu mħallsa ammontanti ta’ € 174, 354.78.

Korp tal-Pulizija — Garaxx – vetturi scrapped

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vettura li kienet fil-garaxx tal-Pulizija f’Ta’ Kandja u f’St Andrews, u li kienet jew konfiskata b’ordni tal-Qorti jew ġiet miġbura mit-triq għal xi raġuni, ġiet scrapped fl-aħħar sena u nofs sad-data tat-tweġiba ta’ din l-interpellanza, bid-data ta’ meta ġiet scrapped kull waħda? F’liema scrap yard ġew scrapped u kemm kien il-ħlas li l-Korp tal-Pulizija rċieva għal kull waħda minn dawn il-vetturi li ġew scrapped?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li li waqt li kien hemm tlett mija u tmienja u erbgħin vettura (348) li ġiet skrapjata wara eserċizzju li sar mil-Pulizija bejn April u Settembru ta’ din is-sena, mil-kumplessi tal-Pulizija f’Ta’ Kandja u f’St Andrews, ma kien hemm l-ebda waħda minn dawn il-vetturi li kienet ġiet ikkonfiskata b’ordni tal-Qorti. Dawn kienu vetturi derelict, li inġabru mal-milja taż-żmien jew wara li kienu abbandunati jew misjuba fit-toroq. L-ebda waħda min dawn il-vetturi ma ġiet mitluba lura min sidha anke wara li saret is-solita pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, skond kif titlob il-ligi. Dawn il-vetturi inbiegħu lill-kumpanija Hompesch Processing Limited għal l-iskrapp, wara din kienet il-kumpanija li offriet l-għola rata għal kull tunnellata metrika. B’kollox il-pulizija rċeviet l-ammont ta’ erbgħa u erbgħin elf, disa mija u u ħamsa u tletin Euro (Euros 44,935) f’dan il-process.

Korp tal-Pulizija — ħidma waqt l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew - ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data l-Pulizija li ħadmu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju 2014 tħallsu tax-xogħol li għamlu f’dawk l-elezzjonijiet? Minn liema enti jew fond tħallsu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija li ħadmu waqt l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju 2014 tħallsu fis-7 ta’ Ottubru 2014 mid-dipartiment tal-Pulizija, b’total ta € 828, 702.26.

Wied il-Għajn – għassa tal-Pulizija – binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Korp tal-Pulizija ma utilizzax il-binja li sa ftit ilu kienet okkupata mill-Girl Guides/Scouts f’Wied il-Għajn, u li issa tinsab battala, biex din il-binja sservi bħala għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aċċess għall-binja msemmija ġewwa Wied il-Għajn, hu wieħed ristrett u perikoluż. Dan peress li kemm it-taraġ li hemm mit-triq li jagħti għall binja, kif ukoll l-arkata li tinsab qabel ma tidhol fiha, huma fi stat ħażin u għalhekk ta' periklu għall terzi jekk jintużaw. Dan barra li aċċess għall-każijiet ta’ 'wheel chair' ma hemmx. Tiswijiet fuq l-istess aċċess ma setax issir mill-pulizija, minħabba li din hi parti minn Fortizza, li taqa taħt ir-responsabbilta tal-Fondazzjoni Wirt Artna.

Korp tal-Pulizija – ħlas ta’ extra duty fil-bini tal-Evans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kellux isir ħlas għal extra duty lill-Pulizija li kien ikun/u għassa fil-bini tal-Evans, fil-Belt Valletta, u jekk iva, kemm kellu jkun tali ħlas u meta se jitħallas mill-Korp tal-Pulizija lil dan/dawn il-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat li f’Ġunju 2014 sar ħlas ta’ €20,008.60 lill-Pulizija li għamlu extra duty fil-bini tal-Evans, fil-Belt Valletta, u għandu jsir ukoll pagament iehor ta’ € 46, 500 f’Jannar 2015.

Rapid Intervention Unit — ristrutturar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb jew pjan li r-Rapid Intervention Unit tkun ristrutturata?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant dan il-Gvern waqqaf lir-Rapid Intervention Unit sabiex ju¿a bl-aħjar mod possibli r-riżorsi tal-Korp tal-Pulizija. Ir-Rapid Intervention hija skwadra li tikkonsisti min-nies li kienu jiffurmaw lis-Special Assignment Group , li kienet skwardrali tigi utilizzata biss f’każ ta’ emergenzi kif ukoll mill-Mobile Squad. Din l-iskwadra qed tirreġistra diversi suċċessi u tasal fuq il-post ta’ inċident f’temp ta’ ftit minuti. It-tmexxija tal-Korp dejjem tanalizza dwar kif din l-iskwadra tista tkun aktar effiċjenti.

Korp tal-Pulizija – xiri ta’ pick up tow truck

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija fl-aħħar xhur xtarax jew akkwistax pick up tow truck u jekk iva, meta, b'liema mod u b'kemm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Rapport ta’ Bord ta’ Inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport tal-Bord ta’ Inkjesta ppresedut mill-ex Imħallef li ismu qed jingħata separatament, liema inkjesta huwa ordna fis-27 ta’ Ġunju 2014 dwar id-deċiżjoni tal-ex Kummissarju tal-Pulizija li jwaqqaf proċeduri kriminali u li fit-28 ta’ Ġunju 2014 il-Ministeru tiegħu ntrabat li jippubblika?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa korrett li l-Ministeru ddikjara li se jippublika dan ir-rapport. Dan ir-rapport se jiġi publikat fil-ħin opportun.

Korp tal-Pulizija — In Service Refresher Courses

Question

Jista’ l-Ministru jispjega, fid-dawl taċ-ċirkolari maħruġa mill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija (Ref No GHQ/HR/283/2014/MSG) tal-25 ta’ Settembru 2014 dwar In Service Refresher Courses at the Police Academy, kull kemm jew kull meta se jkun imissu jagħmel it-taħriġ kull membru tal-Korp tal-Pulizija peress li l-mira fiha stabbilita hija ta’ medja ta’ 30 membru kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li issa l-membri tal-Korp tal-Pulizija qed jingħataw tmien sigħat taħriġ mill-ħin tax-xogħol tagħhom, f’ġurnata meta jkun imisshom first watch. Huma jagħmlu tmien sigħat taħriġ mal-ġurnata bejn is-7.30am u it-3.30pm, kuntrarju għal qabel meta dawn kienu jmorru qabel in-night watch mill-ħin tagħhom. Il-kors kurrenti jikkonsisti f’suġġetti akkademiċi li jinkludu aġġornament fil-liġijiet u ċirkularijiet tal-Pulizija kif ukoll policies. Barra minn hekk, kuljum, grupp ta’ pulizija li jkun mis-second watch, jingħataw taħriġ fuq l-użu tal-armi tan-nar bejn is-1:00pm u l-5:00pm.

Korp tal-Pulizija – In Service Refresher Courses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl taċ-ċirkolari maħruġa mill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija (Ref No GHQ/HR/283/2014/MSG) tal-25 ta’ Settembru 2014 dwar In Service Refresher Courses at the Police Academy, kemm qabel id-data tat-taħriġ il-membru tal-Pulizija kkoncernat se jkun jaf meta se jmissu t-taħriġ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-membri tal-Korp li jkunu se jattendu għal dan it-taħriġ, ikunu jafu bid-data f’dik l-istess ġimgħa

Pulizija tad-Distrett –taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ taħriġ kull xahar kien jirċievi kull membru tal-Pulizija tad-Distrett, sija taħriġ fiżiku u sija akkademiku, sa Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li sax-xahar ta’ Marzu 2013, kull membru tal-Korp kien jirċievi tmien (8) sigħat taħriġ fix-xahar. Dawn kienu jikkonsistu f’erba’ (4) sigħat taħriġ fiżiku u erba’ (4) sigħat taħriġ akkademiku.