Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-karozzi li nxtraw, inkrew jew ġew leased fil-Ministeru tiegħi bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta’ Jannar sa l-24 ta’ Frar ta’ din is-sena kienu :-
Nxtraw
Inkrew jew ġew
leased
Ċilindrata
Tip ta’
fuel
1
16cc
unleaded
1 (
temporary hired only for
3
days
)
13cc
unleaded
1 (
temporary hired only for
9
days
)
16cc
unleaded
1 (
leased
)
19cc
diesel
2 (
leased
)
16cc
unleaded
1 (
leased
)
40cc
unleaded
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-ADT rigward żewġ applikazzjonijiet li l-kunsill lokali ta' l-Iklin għamel b'riferenza ILC 16/95 - 44/96 datati 20 ta' Marzu 2003 u l-5 ta' Settembru 2005, fejn saret talba għal pellican lights fi Triq Dun Karm bypass quddiem l-istage man-naħa ta' l-Iklin kif tħalli r-roundabout ta' quddiem il-Vodafone?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li s-surverys u l-pjanti relatati għall-installazzjoni ta’ pelican lights fis-sit indikat mill-Onorevoli Interpellant diġà saru u l-proġett relatat ġie nkluż ma’ numru konsiderevoli ta’ proġetti oħra ta’ pelican lights.
Hu ppjanat li x-xogħlijiet relattivi jibdew fix-xhur li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi/karozzi reġistrati bħala self drive bl-ittra K? Kemm hawn vetturi/karozzi iggaraxxjati self drive bl-ittra K? Kemm hawn vetturi/karozzi bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :-
· Vetturi/Karozzi reġistrati bħala self drive bl-ittra K
6,108
· Vetturi / Karozzi ggaraxxjati self drive bl-ittra K
941
· Vetturi/Karozzi bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K
332
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn muturi/motor cycles reġistrati bħala self drive bl-ittra K? Kemm hawn muturi/motor cycles garaxxjati self drive bl-ittra K? Kemm hawn muturi/motor cycles bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :-
· Muturi/Motor Cycles reġistrati bħala self drive bl-ittra K
281
· Muturi/Motor Cycles ggaraxxjati self drive bl-ittra K
126
· Muturi/Motor Cycles bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K
63
Jista' il-Ministru jara li l-Awtorita' dwar it-Trasport tinvestiga x'jista' isir fi Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun, minħabba periklu li kontinwament huma esposti għalih ir-residenti ta' din it-triq minħabba l-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi bi speed eċċessiv minnha? Billi b'mod regolari qed jiġru inċidenti f'din it-triq fejn vetturi jibqgħu deħlin anke fil-faċċati tad-djar tan-nies, hemm ħsieb li jittieħdu xi passi min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk iva, x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16056 u jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih:
Is-segretarju permanenti; id-direttur ġenerali; id-diretturi; l-assistent personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu?
Kemm nefaq għal petrol kull wieħed minnhom xahar b'xahar bejn Jannar 2004 sa Novembru 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda jew jitkompla x-xogħol fi Triq in-Nadur ġewwa Marsaskala minħabba li tinsab fi stat diżastruż? Japprezza li kien hemm commitment li din it-triq issir snin ilu u għalhekk huwa ġust li issa titlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx l-awtorizzazzjoni legali meħtieġa għall-iskema u sistema ta' ipparkjar fil-pjazza u t-toroq ta' madwarha fin-Naxxar? Meta saret din l-awtorizzazzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li tali skema kienet ġiet approvata mit-Traffic Control Board f’żewġ fażijiet bid-dati 20 ta’ Lulju 2000 u 22 ta’ Jannar 2001.
It-toroq inklużi fl-iskema, skond dawn l-approvazzjonijiet huma:
Misraħ tal-Vittorja
Triq tal-Labour
Triq Il-Kbira
Parti minn Vjal il-21 ta’ Settembru
Parti minn Misraħ Toni Bajjada
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16572 jista' il-Ministru jgħid x'sabu l-uffiċjali mibgħuta biex jivverifikaw is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Manikata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Enforcement Officers ġew mibgħuta jiċċekjaw is-servizz tal-Manikata għall-perjodu ta’ madwar xhar u sabu li s-servizz kien qed jopera skond l-iskeda. Infatti l-ilmenti li kienu jaslu kienu għall-ewwel vjaġġ kmieni filgħodu liema problema ġiet solvuta.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tal-public service garages li għandhom reġistrati vannijiet bojod, kull garage bin-numru ta' vannijiet li għandu? Kemm minn dawn il-vannijiet huma bi tmien seats?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma nħoss li hija etika li tingħata informazzjoni b'ismijiet ta' garaxxijiet privati u bin-numru ta' vetturi li għandhom kull wieħed. B'kollox hawn 56 garaxx li bejniethom għandhom 148 van li tmintax minnhom huma bi tmien seats.
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ patching bil-cold asphalt isir bħala soluzzjoni t'emergenza, imma temporanja sabiex jitneħħa l-periklu li jista' jkun kkawżat minn xi ħofor li jkunu ffurmaw f’toroq li kienu mibnija skond l-ebda norma ta’ kostruzzjoni fl-imgħoddi, u li issa qed iċiedu ma’ kull xita li tagħmel.
Dan iżda ma jiġġustifikax xogħol li ma jsirx skond is-sengħa u għal daqstant jittieħdu passi jekk ikun hemm rapporti li xi xogħol ma jkunx qed isir kif xieraq.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17576, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA li jindikaw il-works of art bħala parti mill-proġett ta' landscaping limited, proġett tat-toroq tal-Ħames Protokoll Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17576.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14715, 15117 u 15351, billi issa għaddew aktar minn erba' xhur mill-aħħar tweġiba parlamentari, jista' il-Ministru jgħid jekk tlestiex il-proċess tat-traffic counts bħala parti mill-analiżi tal-flows tat-traffiku f'partijiet minn Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu biex jispiċċa dan il-proċess u meta dan jispiċċa x'ikun fadal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-karrozzi tal-linji fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-permessi eżistenti tal-karozzi tal-linja huwa dak ta' 508. Dawn il-permessi ilhom hekk, bla tnaqqis jew żieda għall-ammont kbir ta' snin.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsiru t-toroq ta' ħdejn, quddiem u madwar il-kunvent tal-patrijiet tal-Kapuċċini (iż-żona ta' Triq Santa Liberata) il-Kalkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Triq il-Kaħwiela u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar jingħataw it-tarmac peress li dawn iż-żewġ toroq abitabbli qatt ma ġew asfaltati u jinsabu f'kundizzjoni ħażina ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed jipprepara program ta' xogħlijiet ta' toroq li jridu jsiru. Dawn it-toroq jinbnew skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-program.
Żvilupp Urban u Toroq — Xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministru u d-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Żvilupp Urban u Toroq — Segretarji Permanenti u Diretturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li min-naħa tal-Ministeru/Dipartiment għall-Iżvilupp Urban u Toroq m'hemm l-ebda Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali jew Assistent Direttur li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-sena 2004 u s-sena 2005.
Min-naħa ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport kien hemm persuna waħda biss li ma ġġeddiliex il-kuntratt u d-deċiżjoni ttieħdet mill-bord. Dan kien il-perit Anthony Zammit li llum qed jaħdem il-Works Division