Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn żewg uffiċjali għoljin tal- Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU ) ġew mitluba jbattlu d-desk tagħhom u jitilqu minn xogħolhom? Meta wieħed jikkunsidra li dawn iż-żewġ persuni kellhom esperjenza f'dan il-qasam anke barra minn Malta, jista’ jgħid għalfejn tkeċċew? Jista’ jkun li dan il-gvern qed jibża’ minn min jaqdi dmiru sew u jikxef il-korruzzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-impiegi taż-żewġ impjegati li għalihom qed jirreferi l-Onor. Membru ġew terminati skont il-liġi matul il-perijodu ta’ prova (probation) tagħhom. Ma hemm xejn li jindika li d-deċiżjonijiet ma ttieħdux abbażi ta’ kriterji oġġettivi u fl-aħjar interess tal-FIAU. L-FIAU bħala korp ta’ analisi ta’ informazzjoni dejjem aġixxa, u jiena fiduċjuż li jkompli jaġixxi u jieħu d-deċiżjonijiet maniġerjali tiegħu, b’mod awtonomu u mingħajr indħil. L-ispekulazzjoni li saret f’ċerti diskorsi u mezzi tal-media, u li hija wkoll ripetuta fl-interpellanza tal-Onor. Membru hija infondata u bla sostenn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadini mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li kien ilhom pendenti għal ħafna snin, sena b’sena bejn l-2013 u l-2016, u fl-2017 xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika il-perjodu li jrid ifisser bil-frażi “għal ħafna snin”.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ ta’ taxxa dovuta (kienet x’kienet, inkluż VAT) ġie varjat/imnaqqas l-ammont dovut lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni mill-individwu jew kumpanija konċernata matul l-2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum, kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-Gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. iridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Onor. Interpellant japprezza li din l-informazzjoni tinbidel minn jum għall-ieħor. Għaldaqstant nitolbu biex jindika għal liema data qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal s’issa għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, xahar b’xahar, u kemm minnhom ġew riżolti? Minn dawn il-każijiet riżolti, kemm minnhom inqatgħu favur il-konsumatur u kemm le?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont tagħrif li ngħata lili mill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – li beda jirċievi l-ilmenti mill-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2016 – il-każijiet li daħlu quddiem l-Awtorità fil-perjodu msemmi kienu kif jidhru hawn taħt:
Xahar
Każijiet
ġodda
Ġunju (2016)
349
Lulju
110
Awwissu
30
Settembru
20
Ottubru
19
Novembru
22
Diċembru
14
Jannar (2017)
22
Frar
14
Marzu
15
Ta’ min isemmi li 80% tal-każijiet li tressqu fl-2016 inġabru f’każ wieħed peress li l-mertu hu identiku.
Ninsab infurmat li mill-każijiet kollha li jidhru fit-tabella ta’ hawn fuq, 13-il każ ġew riżolti permezz tal-medjazzjoni waqt li 20 każ ieħor ġew deċiżi wara li s-sottomissjonijiet dwarhom nstemgħu mill-Arbitru.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li biex l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji jaċċetta li jisma’ l-ilmenti tal-konsumaturi, qed jitlob ħlas? Jekk iva, kemm hu dan il-ħlas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm tariffa ta’ €25 biex jitressaq ilment quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji. Dan il-ħlas jingħata kollu lura jekk min jagħmel l-ilment jiddeċiedi li jirtirah jew jekk il-partijiet involuti jilħqu ftehim bejniethom dwar l-ilment. Inżid ngħid li fiż-żewġ istanzi, l-Arbitru jrid jiġi notifikat bil-miktub bid-deċiżjoni qabel ma jkun qatagħha jekk l-ilment jaqax fil-kompetenza tiegħu jew le.
Extra Budgetary Units – korporazzjonijiet u entitajiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Extra Budgetary Units (EBU), inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-Gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn l-2013 u l-2016? Jista' jagħti lista minn min dawn l-EBUs kollha li kkontribwew flus lill-Gvern mir-revenue tagħhom u ċjoè ma ħadux sussidju imma kkontribwew lill-Gvern, sena b'sena bejn l-2013 u l-2016 ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li:
a) lista tal-
Extra Budgetary Units
(EBU), inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi, għas-sena 2015 tinsab f’tabelli 1 u 2 rispettivament;
b) it-trasferimenti għal spiża rikorrenti li saru mill-Gvern Ċentrali għal
Extra Budgetary Units
(EBU), inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi, bejn l-2013 u l-2015 jidhru f’tabelli 3 u 4;
c) it-tagħrif mitlub fit-tielet parti tal-mistoqsija jinsab f’tabella 5.
Dawn it-tabelli qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għas-sena 2016 għadha mhux finalizzata.
Attachments:29840 papers laid Table 1.pdf29840 papers laid Table 2.pdf29840 papers laid Table 3.pdf29840 papers laid Table 4.pdf29840 papers laid Table 5.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2013, fl-aħħar ta’ Diċembru 2014, fl-aħħar ta’ Diċembru 2015 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2016? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li qed jitlob dwaru jinstab fil-pubblikazzjonijiet li joħorġu regolarment mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ bolol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ġa għamlu kuntatt mal-persuna indikata minnu biex id-diffikultà tagħha tiġi indirizzata. Inżid ngħid li d-dipartiment qed jagħmel il-verifiki meħtieġa dwar l-employer ta’ din il-persuna u qed jieħu l-azzjoni li fiċ-ċirkostanzi jidhirlu li hi xierqa.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Good Causes Fund fl-2015 u fl-2016 sena b'sena? Kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Budget 2016 u Budget 2017 – spejjeż fuq materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża ta' materjal informattiv bħall-billboards, flyers, materjal ipprintjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir b’rabta mal-Budget 2016 u l-Budget 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali mill-Ministeru għall-Finanzi fuq materjal informattiv in konnessjoni mal-pre-Budgets tal-2016 u l-2017 ammontat għal €48,424.17.
Rigward spejjeż oħra in konnessjoni mal-Budgets imsemmija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Fond Konsolidat f’Għawdex – nefqa kapitali tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern mill-fond konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjali? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-fond konsolidat għall-istess oqsma ta' investiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li qed jitlob, miġbura mill-Budget Affairs Division.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema full-time fl-2016, li kellhom salarju mhux aktar minn: minimum wage, minimum wage + 5%, minimum wage + 10%, minimum wage + 15%, minimum wage + 20%, minimum wage + 50%, u minimum wage x 2?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbet konsulenzi mill-individwu li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant.