Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ħaddiema b’kuntratt definittiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17146 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tiegħu sal-aħħar tas-sena 2014?? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni mpjegati fuq kuntratt tax-xoghol definittiv sal-aħħar tas-sena 2014 kien kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Maltin li ħadmu fil-Libja — kontribuzzjonijiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir u x'inhi l-pożizzjoni ta' numru ta' ħaddiema Maltin li ħadmu fil-Libja u li l-kontribuzzjonijiet soċjali li ħallsu baqgħu ma ġewx mehuda inkosiderazzjoni għall-pensjoni tagħhom u b'hekk qed jbatu finanzjarjament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-1988 id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kien nieda skema sabiex persuni li kienu jaħdmu l-Libja u li kienu jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-Libja, jipprovdu dokumenti li jikkonfermaw li sar il-ħlas imsemmi fil-Libja. Dan kien seħħ wara ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan. Kull min applika għal din l-iskema kellu l-kontribuzzjonijiet li ħallas fil-Libja miżjuda ma’ dawk imħallsa f’Malta u b’hekk ma jkollhomx perjodi neqsin fil-kontribuzzjonijiet ta’Malta. Barra minnhekk fl-1991, l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali kien ġie emendat sabiex dawk il-persuni li jaħdmu l-Libja jkollhom id-dritt li jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali f’Malta minflok fil-Libja. Dan sar wara ftehim ieħor li kien sar bejn iż-żewġ gvernijiet dak iż-żmien.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17147 u jgħid kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha tal-Ministeru? Jista’ jindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u li ħadmu fil-Ministeru, u fid-dekasteri kollha inkluż l-Korporazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar tas-sena 2014 il-kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà kif ukoll n-numri ta’ persuni li kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti sal-aħħar tas-sena 2014 kien kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Childcare Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il childcare centre kien hawn miftuħ sad-9 ta’ Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi sad-9 ta’ Marzu 2013, kien hawn sitta u ħamsin (56) childcare centres reġistrati proviżorjament mad-Dipartiment Standards għall-Ħarsien Soċjali.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi li jitħallsu minn entita’ li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tiegħi. L-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi huwa ta’ 23, li jinkludi l-advisors.

Għajnuna Soċjali — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw sabiex jingħataw għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għandha ssir spezzjoni mill-uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex jiġi vverifikat l-ilment.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment qiegħed fil-proċess sabiex jirrevedi l-pensjoni tal-persuna msemmija.

Raħal Ġdid – Xogħlijiet fuq flats tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq xogħol li qed isir fil-flats tal-Gvern f’Raħal Ġdid peress li numru ta’ residenti, fosthom l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed jilmentaw li x-xogħol qed isir ħażin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dwar ix-xogħol fuq tiswijiet li qed isiru fi Blokk A, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid, huwa normali li jsiru spezzjonijiet regolarment min-naħa tal-Perit li qed jissorvelja x-xogħol. Saħansitra saret ukoll laqgħa mal-individwu msemmi fejn ġew diskussi l-ilmenti tiegħu fejn irriżulta li dan qed jitlob biex isir xogħol addizzjonali. Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa f’dan il-blokk huma stmati li ser jiswew madwar €16,000 u għaldaqstant l-Awtorita’ qed tieħu ħsieb li jsiru t-tiswijiet li huma l-aktar neċessarji.

Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17478, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ilha tokkupa din il-kamra -il persuna konċernata qabel ma sar ir-rapport fit-3 ta' April 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara talba mis-Sezzjoni tal-ħaddiema tal-Kamra Mortwarja, il-ħaddiema tat-tindif pubbliku u l-ġardinara, u diversi persuni oħra użaw il-kamra bħala staff room.

Awtorità tad-Djar – binjiet attrezzati b’lifts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17477 u jgħid kemm-il binja għandha l-Awtorità tad-Djar konsistenti fi blokkok ta’ appartamenti li huma attrezzati bis-sistema ta’ lift? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-blokkok għandhom lifts li mhumiex qed jiffunzjonaw? Jista’ jgħid fejn huma dawn il-lifts u ċjoe jsemmi l-blokka konċernata bl-indirizz sħiħ? Jista’ jgħid kull lift li attwalment mhuwiex qed jaħdem, kemm ilu wieqaf? Jista’ jagħti d-data meta dawn il-lifts se jkunu qed jerġgħu jiffunzjonaw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 97 blokk tal-kiri attrezzati bis-sistema tal-lift. Hemm ukoll 22 blokk ieħor li għadhom proprjeta` tal-Gvern u qed jiġu amministrati mill-Awtorità tad-Djar. Mill-aħħar informazzjoni li kisbet l-Awtorità tad-Djar jirriżulta li hemm 13-il lift mhux qed jiffunzjonaw li d-dettalji mitluba qed jingħataw fit-tabella t’hawn taħt. Lifts li mhux jaħdmu Isem il-Blokka Indirizz Lokalità Kemm ilu wieqaf / irrappurtat wieqaf Rimakri Entrance A Binja Tas-Salib Triq G. Dimech Debono Birkirkara 2010 Nuqqas ta' manutenzjoni minħabba dizgwid bejn residenti. Block 1 Binja Indipendenza Entrance C Triq Il-Villa Ta' L-Ammirall Kalkara 30/05/2013 Nuqqas ta' manutenzjoni minħabba diżgwid bejn residenti. Block C Triq Alfier De Medran Tarxien Qatt ma ġie attivat Issiġillat minħabba diżgwid bejn ir-residenti. Lifts li mhux qed jaħdmu imma qiegħda tittieħed azzjoni Isem il-blokka Indirizz lokalità Kemm ilu wieqaf / irrapurtat wieqaf Rimarki Block B Triq Wesgha tan-Nattivita’ Bormla 19/09/2013 Qed jiġu ppreparati speċifikazzjonijiet għal ħruġ ta' Tender biex dan il-lift jiġi msewwi u aġġornat għa¿-¿minijiet tal-lum. Block C Triq it-Tarzna Isla 20/10/2013 Tender ħareg fuq dan il-lift u wasal biex jiġi handed over lir-residenti. Block A Triq it-Tarzna Isla Mhux qed jaħdem b’mod regolari Tender ħareg għat-tieni darba (jinqala l-antik u jitwaħħal il-ġdid) Block 1 Triq Danny Cremona Kirkop 11/01/2008 Tender ġie mogħti. Dan għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena 2015. Block 3 Appartamenti l-Ġublew tal-Fidda 1964-1989 Triq Karlu Darmanin Kirkop 21/05/2015 Qegħdin isiru investigazzjonijiet wara talba li saret mir-residenti riċentement. Binja San David Triq San David Mtarfa 16/09/2014 Inħarget sejħa għall-offerti sabiex il-lift jiġi msewwi. Block 2 Binja Ħamrija Triq il-Ħamrija Naxxar 08/01/2015 Tender ħareg biex il-lift jiġi mibdul. Dan il-lift mistenni li jitlesta u jiġi handed over lir-residenti sal-aħħar tas-sena 2015 (jinqala l-antik u jitwaħħal il-ġdid). Binja Indipendenza Triq Maria de Dominicis Santa Luċija Mhux qed jaħdem b’mod regolari Dan il-Lift qiegħed attwalment jiġi msewwi u aġġornat għa¿-¿minijiet tal-lum. Block 2 Triq B’Bugia Tarxien 22/12/2009 Għad trid tittieħed azzjoni mir-residenti Block L Ent D Housing Estates ¯abbar 08/05/2015 Qegħdin isiru l-investigazzjonijiet sabiex jiġu verifikati l-ħsarat fil-lift.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali — lista ta’ direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17363 u jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Jannar li għadda sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – tmexxija taċ-Ċentru għat-Taħriġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' l-Ministru jgħid minn huma l-persuni li ser ikunu qegħdin imexxu l-Professional Development Unit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Il-Professional Development Unit bħalissa huwa ko-ordinat minn Practice Develelopment Nurse, li ser tkun responsabbli għat-tmexxija taċ-Ċentru għat-Taħriġ fir-Residenza San Vinċenz de Paul li għadu kif ġie inawgurat.

Foundation for Social Welfare Services – positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Foundation for Social Welfare Services u l-aġenziji tagħha hemmx persuni li ġew appuntati f'position of trust? Jekk iva, jista' jgħid kemm huma dawn il-persuni, min huma dawn il-persuni, x'karigi għandhom, meta ġew appuntati u kemm hu t-terminu tal-kariga li ngħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninform lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie maħtur bħala Chairperson tal-Management Committee ġewwa r-Residenza San Vinċenz mill-2013, b’rimunerażżjoni ta’ €2,329.37 fis-sena. L-ammont imħallas sa issa huwa dak ta’ €4,658.74. Barra minnhekk huwa nħatar chairperson ta’ 4 każi ta’ inkjesta. (Ara dokument Nru 5319 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 287 - fit-8 ta' Lulju 2015)

Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tagħha, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal parti tar-risposta li ngħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nunru 16524.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenza lil individwu

Question

Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament ingħata konsulenza f’forma ta’ Direct Order bejn 1 ta’Lulju, 2014 u 9 ta’ Lulju 2015 kif ukoll bejn 1 ta’ Jannar 2015 u 24 ta’ Jannar 2015 mir-Residenza San Vinċenz de Paul.

Residenza San Vinċenz de Paul – Procurement Officer — ħatra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17354 u 16388 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mill-Procurement Officer tar-Residenza San Vinċenz de Paul li nħatar f’position of trust? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza ta’ dan il-Procurement Officer fir-rwol li qed jokkupa llum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni preżenti wirtet nuqqasijiet kbar f’dak li huwa tendering u procurement fir-Residenza San Vinċenz de Paul; liema nuqqasijiet kienu anke ġew innutati mill-Awditur Ġenerali. Kien għalhekk li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li b’mod immedjat jiġi impjegat xi ħadd fuq bażi ta’ fiduċja sabiex jagħmel ix-xogħol ta’ Procurement Manager. Il-pjan minn dejjem kien li, eventwalment, meta l-affarijiet jistabilizzaw ruħhom u jkun hemm titjib, toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta’ Procurement Manager . Għaddejjin il-preparamenti meħtieġa biex toħroġ din is-sejħa.

In-Naxxar – Binja Ħamrija — lift

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-lift tal-Binja Ħamrija fin-Naxxar illi ilu bil-ħsara għal żmien twil jiġi rranġat, billi r-residenti tal-blokk qed ibatu minħabba din il-ħsara?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi malli kont infurmat bil-każ, ħadna l-passi kollha neċessaraji.