San Pawl il-Baħar — riħa ta' drenaġġ ħdejn l-iskola primarja
Question
Billi fl-inħawi tal-iskola primajra ta' San Pawl il-Baħar qed ikun hemm persistentement riħa ta' drenaġġ, jista' l-Ministru jinvestiga x'inhu r-raġuni għal dawn l-irwejjaħ u jieħu l-passi meħtieġa biex ma tibqax din ir-riħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qed issir manutenzjoni fuq il-pumping station ta’ Xama’ li tinsab viċin l-iskola msemmija. L-irwejjaħ huma kaġun ta’ din l-istess manutenzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni qed titqieghed fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – pagamenti pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagament pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgha b’ġimgha, bejn Ottubru u Novembru 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija jum b’jum, kemm kien in-numru ta’ pazjenti li ġew discharged fi tmiem il-ġimgħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li inghatat f'mistoqsija parlamentari 13768
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni tat-trasferiment ta’ ftit jiem ilu tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kienet Manager Corporate Services tal-Enemalta, mill-Enemalta għal mad-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern, trasferiment li la kien mitlub minnha u lanqas mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-persuna msemmija kellha żewġ sezzjonijiet li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha. Sezzjoni minnhom ġiet xolta u l-oħra ġiet trasferita.
Peress li diversi sezzjonijiet illi kien hemm ġewwa Enemalta plc issa spiċċaw, bħal pereżempju is-sezzjoni tal-mastrudaxxi, l-iStation Upkeep Section, u l-Vehicle Mechanic Section, jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi pprovdut is-servizz illi kien jingħata minn dawn is-sezzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn is-servizzi se jingħataw minn operaturi ekonomiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġie sekondat mill-Engineering Resources Ltd għal ma’ entititajiet, awtoritajiet, dipartimenti jew uffiċċji oħra illi jaqgħu taħt il-Gvern jew li b’xi mod jew ieħor huma konnessi mal-Gvern, inkluż NGOs? Jista’ jagħti wkoll lista ta’ dawn l-entitatjiet, awtoritajiet, dipartimenti, uffiċċji u NGOs?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew magħżula n-nies illi ġew sekondati mill-Engineering Resources Ltd għal ma’ entititajiet, awtoritajiet, dipartimenti jew uffiċċji oħra illi jaqgħu taħt il-Gvern jew li b’xi mod jew ieħor huma konnessi mal-Gvern inkluż NGOs?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-proċess professjonali qiegħed isir billi jgħaqqad l-eżiġenzi tas-servizzi u l-kapaċitajiet fl-aħjar interess tal-individwu.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fl-agreement illi ffirma jew se jiffirma ma’ Shanghai Electric, m’hemm l-ebda kondizzjoni illi b’xi mod jew ieħor tillimita l-ammont ta’ nies illi se jitħaddmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjiegi ġodda jsiru skont l-esiġenzi tal-kumpaniji.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati, u offruti, l-opportunità ta’ secondment mal-Uffiċċju tal-President, u kemm ġew sekondati hemmhekk?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema li ntbagħtu biex jiġu intervistati mill-Bord tal-Għażla, kienu dawk li kellhom ir-rekwiżiti mitluba min-naħa tal-Uffiċju tal-President. Wara l-intervista ntagħżlu seba’ impjegati.