San Pawl il-Baħar — sottomissjonijiet tal-applikazzjoni għal bini ta' skola ġdida
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm sottomissjonijiet formali tal-applikazzjoni għal bini ta' skola ġdida fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jekk saret, meta saret u jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li ġiet sottomessa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma għamlitx sottomissjonijiet formali tal-applikazzjoni għal bini ta' skola ġdida fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw bl-età tal-pensjoni (i) għalliema; (ii) Learning Support Assistants; (iii) Kapijiet ta' skejjel (iv) Assistenti-Kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat ta' Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (sa Diċembru), sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema, Learning Support Assistants, Kapijiet ta’ skejjel u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel tal-Istat ta’ Malta u Għawdex li rtiraw bl-etá tal-pensjoni fis-snin 2008–2014, sena b’sena, hu kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Kapijiet ta' skejjel
11
13
13
8
7
3
5
Asst Kapijiet ta' skejjel
19
12
18
17
12
2
15
Għalliema
50
80
87
80
67
10
66
Learning Support Assistants
NIL
NIL
2
5
8
NIL
6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw (i) għalliema; (ii) Learning Support Assistants; (iii) Kapijiet; (iv) Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat f'Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (sa Diċembru), sena b'sena? X'kienu r-raġunijiet għal dawn ir-riżenji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema, Learning Support Assistants, Kapijiet u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel tal-Istat ta’ Malta u Għawdex li rriżenjaw fis-snin 2008 – 2014, sena b’sena, hu kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Head of School
0
0
1
1
0
0
1
Asst Head of School
0
0
0
1
1
0
0
Teacher
39
32
36
46
53
44
39
Supply Teacher
21
9
11
9
12
12
8
Instructor
3
3
0
0
1
0
0
Learning Support Asst II
1
2
5
2
2
5
5
Learning Support Asst I
0
0
0
1
1
3
1
Learning Support Asst
0
1
1
0
0
0
0
Supply Learning Support Asst
28
48
30
20
27
20
19
Facilitator
2
0
0
0
0
0
0
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, filwaqt li r-raġunijiet jistgħu jkunu varji, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-impjegat mhux obbligat jispeċifika raġuni u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tiġix rrekordjata.
Skejjel tal-Knisja u Indipendenti – learning support assistants
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel Indipendenti, skola skola, li jitħallsu mill-Ministeru tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Skejjel tal-Istat – kapijiet u assistenti kapijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru kapijiet u assistenti kapijiet ġodda fl-iskejjel tal-Istat f'Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (sa Dicembru), sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Kapijiet u Assistenti Kapijiet li nħatru fl-iskejjel tal-Istat ta’ Malta u Għawdex fis-snin 2008 – 2014, sena b’sena, hu kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Kapijiet
14
9
12
4
9
19
8
Assistenti Kapijiet
29
42
45
45
30
28
22
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –kuntratt għal servizz lil persuni li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti għal servizz jew impjieg lil persuni li laħqu l-età tal-irtirar li jaqgħu fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista' jgħid x'pożizzjoni qed jokkupaw u għalfejn ma saritx sejħa pubblika mis-Servizz Pubbliku biex jimtlew dawn il-pożizzjonijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jirreferi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –Chief of Staff fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chief of Staff li kellu fis-segretarjat tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni għar-riżenja tagħhom minn din il-kariga? Jista’ jgħid x'inhi l-kariga u grad li għandhom illum mas-settur pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Chief of Staff fis-segretarjat tiegħi illum huwa s-Sur David Caruana li sa ftit ilu kellu l-grad ta' Kap ta' Skola. Qablu bħala Chief of Staff kien hemm is-Sur Joe Caruana li iżda ma baqax f'din il-kariga wara li nħatar Segretarju Permanenti. Qabel is-Sur J. Caruana kien hemm persuna oħra li kienet designated bħala Chief of Staff li iżda l-letter of appointment tagħha baqgħet qatt ma nħarġet.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Franċiża?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Franċiża fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:
Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat
2105
1968
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
3713
4484
Skejjel Sekondarji Indipendenti
1444
1170
Skejjel Sekondarji – għalliema tal-lingwa Franċiża
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Franċiża?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 64 għalliem tal-lingwa Franċiża li tlieta minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave.
Infurmat ukoll li preżentement hemm disa’ għalliema li jgħallmu l-lingwa Franċiża fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 34 għalliem li jgħallmu l-Franċiż fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Russa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Russa fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:
Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat
4
2
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
3
2
Skejjel Sekondarji Indipendenti
63
67
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-istudenti li ħadu l-ischolarship taħt l-iskema Master It jibdew jirċievu pagamenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa qed isir l-iffirmar tal-iScholarship Agreements relatati mar-raba’ sejħa tal-iskema MASTER it! Hu mistenni li dawn jiġu konklużi sa Marzu li ġej. Il-proċess għall-ħlasijiet jinbeda minnufih hekk kif l-istudenti jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa abbażi tar-Regolamenti tal-MASTER it!
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta' studenti, minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja, fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex, f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru globali ta' studenti, minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja, fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex, f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, hu kif ġej:
Sena
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Total ta’ Studenti
35792
34650
33405
32329
31909
30999
30732
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, fil-livelli tal-kinder, tal-primarja u tas-sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, fil-livelli tal-kinder, tal-primarja u tas-sekondarja, hu kif ġej:
Sena
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Kinder
4,871
4,888
4,977
5,355
5,608
5,486
5,712
Primarja
15,312
14,628
14,150
13,517
13,517
13,509
13,719
Sekondarja
15,609
15,134
14,278
13,457
12,784
12,004
11,301
Total ta' Studenti
35,792
34,650
33,405
32,329
31,909
30,999
30,732
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' tfal fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena, skont il-klassi (Year u Form) tagħhom minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta' għalliema fl-iskejjel tal-Istat f'Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu jgħallmu fil-klassijiet tal-Kinder, f'dawk primarji u dawk sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' informazzjoni addizzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali tal-Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu qegħdin jgħinu lil studenti fil-klassijiet tal-Kinder, f'dawk primarji u dawk sekondarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (minn Jannar sa Diċembru), sena b'sena? F'liema impjieg daħlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Taljana tul dawn l-aħħar sentejn għall-iskejjel tal-Istat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2014-2015, filwaqt li ftit li xejn inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana, l-iskejjel ingħataw kotba ġodda li d-Dipartiment kellu fl-istores. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kotba tat-Taljan li nxtraw mid-Dipartiment għall-iskejjel tal-Istat fl-aħħar sentejn skolastiċi.