Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħu ma tat xi xogħol legali bi hlas lil-avukat li d-dettalji dwaru qed jinghataw separatament, jew mid-ditta legali tieghu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali -Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Titjib fil-kwalità tal-għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel dan il-Gvern sabiex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-għajnuna legali?

Response (BONNICI, OWEN)

Dan il-Gvern ħass il-ħtieġa li l-għajnuna legali tittejjeb u tissahhah. Għaldaqstant ġiet ikkrejata, u eventwalment stabbilita kemm bil-liġi u kif ukoll fil-prattika, aġenzija apposita sabiex independentement mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, bħala prosekutur fil-kaw¿i, u mill-Qorti, bħala l-e¿ekuttiv tal-ġustizzja, persuni eleġibbli għall-għajnuna legali jkunu jistgħu japplikaw mal-Aġenzija. L-Aġenzija qed tibda ¿¿omm database ta' kulmin japplika sabiex ikun assistit fil-kamp ċivili u fil-futur anke dawk tal-kamp kriminali. Matul dawn l-aħħar sentejn saret ħidma sabiex l-Aġenzija jkollha struttura amministrattiva sabiex taqdi l-esiġenzi tagħha u tespandi skont il-b¿onnijet tas-soċjeta` tal-ġurnata. Ħarġu wkoll vakanzi għal po¿izzjonijiet li qed jimtlew, fosthom tal-Avukat Kap tal-Għajnuna Legali u staff ieħor amministrattiv. Matul is-sena 2016 saret ħidma sabiex l-onorarja mi¿era tal-Avukati u Prokuraturi Legali tal-Għajnuna Legali, li kienet ilha ma tiġi riveduta għaxar snin, u cioe` sa mill-2007, ti¿died bit-triplu, li fil-fatt kwa¿i triplat b’effett minn Ottubru 2016. Matul is-sena, 2017, qed issir ħidma sabiex tiġi emendata l-liġi ħalli l-funzjoni amministrattiva li biha jiġu assenjati l-avukati u l-prokuraturi legali tiġi kompletament f’idejn l-Aġenzija u b’hekk il-proċess jiġi dejjem iktar simplifikat u konsegwentement iktar spedit.

Heritage Malta – dħul b’xejn fis-siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw studenti tal-primarja mill-iskema tal-Heritage Malta li toffri dħul b’xejn fis-siti storiċi tal-Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sa issa kien hemm 8,411 student tal-iskejjel primarji li applikaw sabiex jissiebħu f’din l-iskema ta’ Heritage Malta.

Informazzjoni liċ-ċittadin dwar l-ispejjeż tal-kawża tiegħu quddiem il-Qorti Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi ttieħdu sabiex iċ-ċittadin ikollu informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-kawża tiegħu quddiem il-qorti ċivili in real time?

Response (BONNICI, OWEN)

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja ħadem sabiex jintroduċi sistema li biha ċ-ċittadin ikun aġġornat dwar l-ispejjez li jkunu qed isiru fil-kawżi tal-qrati ċivili. B’kollaborazzjoni mal-MITA ħadem fuq sistema msejħa eFees li l-għan tagħha huwa li timmodernizza l-mod kif jinħaddmu t-taxxi tal-kawżi u jingħata aċċess għalihom liċ-ċittadin. Dan kien jikkonsisti billi l-ispejjeż tar-reġistru inkorsi matul l-andament tal-kawża jiġu riflessi mill-ewwel fit-taxxa tal-ispejjeż (bill of costs). B’hekk il-parti fi kwalunkwe stadju tkun infurmata dwar l-ispejjeż tar-reġistru, u d-drittijiet tal-avukati u prokuraturi legali jinħaddmu meta l-kawża tkun deċiża. Din tlestiet u bdiet titħaddem f’Diċembru 2015.

Permess għar-residenza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara jistax jiġi indikat il-permess tar-residenza tal-mara li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax din il-persuna, wara li żżewġet Malti, telqitu mingħajr ma għadhom għaddew ħames snin mid-data taż-żwieġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu.

Divorzju — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li ntroduċiet id-divorzju f'pajjiżna kemm kien hemm deċiżjonijiet mill-Qrati tagħna li fihom ingħata d-divorzju sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Kemm minn dawn kienu mill-Qrati ta' Għawdex sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Fl-istess snin kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Qrati li taw separazzjoni sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ta' separazzjoni kienu mill-Qrati f'Għawdex sena b'sena sal-aħħar tal-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati ta’ Malta u Għawdex minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li introduċiet id-divorzju f’pajjiżna sal-aħħar tal-2016 huma kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Talba għal Divorzju milqugħa Malta Talba għal Divorzju milqugħa Għawdex Minn Ottubru sa Diċembru 2011 42 2 2012 432 18 2013 349 11 2014 320 7 2015 354 22 2016 367 12 Total 1864 72 Id-deċizjonijiet milqugħa mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex li taw separazzjoni fil-perjodu hawn fuq indikat huma kif muri fit-tabella hawn taħt: Sena Talbiet għal Separazzjoni Personali Malta Talbiet għal Separazzjoni Personali Għawdex Minn Ottubru sa Diċembru 2011 42 21 2012 713 57 2013 790 56 2014 833 60 2015 911 64 2016 885 62 Total 4174 320 Dawn il-figuri jirreferu kumplessivament għal kawżi deċiżi kif ukoll għal digrieti li bihom il-partijiet ġew awtorizzati jersqu fuq kuntratt ta’ separazzjoni personali.

Żwiġijiet bil-knisja u biċ-ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet mill-2010 sal-aħħar tas-sena 2016 sena b' sena? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu biċ-ċivil? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet li saru mis-sena 2010 sas-sena 2016 saru f'Għawdex sena b' sena? Fil-każ ta' żwiġijiet f'Għawdex kemm minnhom kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu ċivili?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ID Card – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diffikultà biex tinħareġ l-ID Card tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu. Ninsab infurmat li ser isir kuntatt mal-applikant sabiex jingħata l-aħħar informazzjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Ġustizzja, Kulturà u Gvern Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru fil-qasam tal-Gvern Lokali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-uffiċjal magħżul biex jirrapreżenta lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fuq Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana, hu d- Direttur Ġenerali (Gvern Lokali). In-nomina saret fis-27 ta’ Ġunju 2016.

Għaqdiet mhux governattivi li bbenefikaw miċ-ċittadinanza b’investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm ibbenefikaw għaqdiet mhux governattivi mill-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment minn meta daħlet fis-seħħ s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 30084.

Sistemi teknoloġiċi fil-qasam tal-Ġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-sistemi teknoloġiċi li ġew introdotti minn dan il-Gvern fil-qasam tal-Ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ sistemi teknoloġiċi li ġew introdotti fil-qasam tal-Qrati tal-Ġustizzja mill-2013 sallum.

Heritage Malta – uffiċjali ta’ sigurtà – taħriġ ta’ Customer Care

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27838, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb sabiex l-uffiċjali tas-sigurtà li huma ngaġġati ma' Heritage Malta jingħataw taħriġ bażiku ta' Customer Care? Jista' jelabora iktar dwar fiex jikkonsisti t-taħriġ bażiku li tagħti Heritage Malta lil dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali tas-sigurtà jkollhom it-taħriġ kollu meħtieġ bil-liġi sabiex ikollhom liċenzja ta’ uffiċjali tas-sigurtà. It-taħriġ bażiku li qed issir riferenza għalih jikkonsisti f’li l-uffiċjali msemmija jkunu jafu jwieġbu mistoqsijiet bażiċi dwar is-servizzi li joffri s-sit partikolari li jkunu jaħdmu fih.