Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tat-tjur sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni tal-bajd frisk

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-bajd frisk sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-misoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba'

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-uċuh tar-raba' sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni taċ-ċanga sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill- Ministri Konċernati.

Enemalta — Qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15456, 15579 u 15708 u jgħid kemm persuni għandhom is-servizz tad-dawl u l-ilma maqtugħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mir records tal-K.S.I. u ta' l-Enemalta jirriżulta li hemm 1795 post bla servizz tad-dawl u 779 post bla servizz ta'ilma. Dawn jinkludu ħafna postijiet vojta u abbandunati kif ukoll garaxxijiet.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Problemi ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15565 u 15722 u jara kif tista' tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li għandha koppja anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li toqgħod fi flat isfel u ta' kull ġimgħa qed ikollha problemi bid-drenaġġ, tant li qed ikollha tqabbad ħaddiem privat biex jirrimedja s-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi l-problema msemmija ġiet investigata mill-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma u jirriżulta li hija problema fil-house connection tal-privat li hija miżduda bl-għeruq tas-sigar. Il-Korporazzjoni se tgħaddi din l-informazzjoni lill-Awtorita tad-Djar biex jittieħdu l-passi indikati fiċ-ċirkostanzi.

Business Promotion Act

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15518, jista' il-Ministru jgħidli jekk il-leġislazzjoni li qed ifassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Distribution losses ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438, 15582 u 15797 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pembroke — Reservoir

Question

Wara l-vandaliżmu li sar fuq ir-reservoir ta' l-ilma ġewwa Pembroke, jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi urġenti biex dan ir-reservoir jissewwa u jingħata face lift tant meħtieġa? Huwa minnu li kienet saret works order biex isir dan ix-xogħol u waqaf kollox? X'wassal għal dan id-dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Mhux ċar għal liema att ta' vandaliżmu qed jirreferi għaliħ l-Onorevoli Interpellant. Jien infurmat li f'Pembroke hemm reservoir wieħed li mhux użat għall-ilma tax-xorb u kienu sarulu xi xogħlijiet is-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke u mhux mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma.

Qortin, Mellieħa — Sistema nazzjonali tad-drenaġġ

Question

Peress li bħalissa qed isir xogħol fuq it-toroq fl-inħawi tal-Qortin fil-Mellieħa u peress li f'dawn l-inħawi għad hemm djar mhumiex imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ biex dawn id-djar jitqabbdu mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Surcharge fuq id-dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15511 u 15672 u jgħid kemm se jibbenefikaw persuni mis-sussidju fuq is-surcharge tad-dawl ta' 55% fuq il-kontijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat. Li nista' nzid huwa li l-Enemalta u l-KSI għandhom ftehim li jkopru sa 13,000 kont f'dat-tip ta' sussidju.

Malta Desalination Services

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kumpannija Malta Desalination Services se tiġi xolta? X'se jsir mill-operat li tagħmel u mill-ħaddiema tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-kumpannija MDS ser tkun xolta għax ma baqgħetx sostenibbli mingħajr l-appoġġ finanzjarju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma. Dan għaliex meta twaqqfet l-MDS Ltd f'1997, kienu inxtraw spare parts li jammontaw għal aktar minn miljun lira u billi f'dawn l-aħħar 8 snin dawn il-parts kwazi ma ntużaw xejn, l-awdituri ma setgħux jikkunsidrawhom bħala assi tal-kumpanija u għalhekk ġew konvertiti f'telf. Infatti fis-sena finanzjarja li spiċċat f'Settembru tat-2004 il-kumpannija ireġistrat telf. Barra minnhekk ittieħdet l-opportunita biex il-KSI tikkonsolida l-operat tagħha mal-WSC peress illi ma hemm l-ebda skop li tibqa għal rasha. L-operat li tagħmel il-kumpannija ser tibda tagħmlu direttament il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma u l-ħaddiema tal-kumpannija se jiġu assenjati ma l-istess Korporazzjoni.

Surcharge ta' 55% fuq id-dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15515 u 15673 u jgħid kemm se jiġu affettwati anzjani mis-surcharge ta' 55%?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-surcharge ta' 55% mhix marbuta ma' eta partikolari, imma, kif jaf l-Onor. Interpellant dawk li huma aċċettati bħala 'social cases' qed ikunu eżentati minn din is-surcharge.

Business promotion act — Inċentivi

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15518, jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-leġislazzjoni li qed titfassal tiġi ppreżentata fil-parlament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil-Onor. membru li l-Malta Enterprise hija inkarigata biex tistudja, tfassal u toħroġ pjanijiet biex tiġi proposta leġislazzjoni ġdida taħt il-Malta Enterprise Act, sabiex tipprovdi l-għajnuna għall-ħtiġijiet ta' l-Industrija Maltija. Dan jinkludi wkoll studju fuq inċentivi għar-riġenerazzjoni ta' industrija f'Għawdex. Bħalissa dan il-proġett jinsab fil-fażi ta' konsultazzjoni u għalhekk għadu kmieni biex tingħata data meta il-leġislazzjoni se tiġi ppreżentata fil-Parlament. Jista jkun ukoll li l-leġislazzjoni relattiva ma ssirx taħt il-Business Promotion Act iżda taħt leġislazzjoni oħra.