Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi fl-isptar ġenerali ta' Għawdex

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 17321 dwar il-kompetenzi tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tas-saħħa. Jista' il-Prim Ministru jgħidli x'jiġri jekk u meta ma jkunx hemm qbil bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru tas-Saħħa dwar servizzi li għandhom jingħataw fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħidli wkoll x'jiġri u fuq min joqgħod il-Management & Personnel Office tal-Prim Ministru meta ma jkunx hemm qbil bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru tas-Saħħa dwar x'għandu jkun in-numru ta' speċjalisti, tobba, nurses u ħaddiema paramediċi fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma għandi xejn x’inżid mar-risposta li tgħajt f’Mistoqsija Parlamentari 17321.

Ħaddiema Maltin fis-settur tal-manifattura

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16763 rigward dħul medju tal-ħaddiem fis-settur tal-manifattura f'Għawdex, jista' jekk jogħġbu jagħtini l-istess tagħrif għall-ħaddiema f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Emigranti Għawdxin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' emigranti minn Għawdex u kemm emigranti ġew lura Għawdex matul l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17729 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16213, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mit-tax payer f'kull kategorija ta' qligħ (income bracket) kif mogħti fuq l-informazzjoni huma impjegati u kemm huma self-employed, sena b'sena u f'kull kategorija ta' dħul? Kemm ħallsu taxxa dawk f'kull kategorija (income bracket) kull sena fl-istess perijodu fuq indikat, cioe' bejn l-1998 sa l-2004, sena b'sena? Kemm huwa d-dħul mill-income tax għall-gvern mill-kumpanniji kollha ta' kull kategorija, kemm pubbliċi kif ukoll privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Introduzzjoni tal-euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu, jew se jittieħdu, biex jiġi aċċertat li meta jiġi introdott il-euro f'Malta, il-ħwienet iżommu mar-rata stabilita biex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq ir-rata ta' l-inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dan il-qasam ser jiġi indirizzat fil-kuntest tal-abbozz ta’ liġi dwar l-addozzjoni ta’ l-euro. Qed jsiru diskussjonijiet kemm fi ħdan in-National Euro Changeover Committee (NECC) kif wkoll bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiġu infurzat r-regolamenti dwar il-prezzijiet fl-euro.

MFSA — Regolamenti għal banek

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi, sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, wara li f'Awissu 2005 l-MFSA ġiet mitluba tabbozza regolamenti għal banek fuq self ta' flus għal xiri ta' proprjeta’?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq nippreċiża lill-Onor Interpellant, illi l-Gvern kien esprima ħsieb dwar iż-żieda qawwija fil-prezz tal-proprjeta’, u li kien talab lill-MFSA sabiex tistudja x’impatt jistgħu qed ikollhom il-klawsoli u il-kndizzjonijiet offruti mill-banek lokali lill-klijienti tagħhom meta dawn jisselfu flus sabiex jixtru proprjeta’. Il-Gvern qiegħed għalissa jsegwi s-sitwazzjoni u għadu ma ħax deċiżjoni speċifika jekk għandhomx jiġu introdotti xi regolamenti jew imposti xi restrizzjonijiet, għax wara kollox Malta tħaddem sistema ta’ suq liberu fejn supply u demand jilgħabu rwol importanti. Fil-frattemp, il-Ministeru tal-Finanzi kellu diskussjonijiet mal-MFSA dwar din il-matrja u l-MFSA bħalissa qegħda tipprepara rapport li ser jinkludi suġġerimenti sabiex jgħin il-Ministeru jistudja aħjar x’miżuri jistgħu jew għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet, inklużi jekk hemmx ħtieġa ta’ regolamenti li jesiġu li self għal xiri ta’ proprjeta’ isir fuq kundizzjonijiet aktar ristretti. L-MFSA mistennija tippreżenta r-rapport u s-suġġerimenti tagħha fil-futur qarib.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Collective agreement

Question

Huwa veru li fl-aħħar collective agreement tal-ħaddiema tal-gvern sar tibdil li min jieħu inqas minn sena parental leave m'għandux dritt jidħol lura fuq bażi full time, iżda għal sena sħiħa jitħallas bl-iskema tar-reduced hours (jiġifieri jagħżel bejn l-iskema ta' erbgħa jew sitt sigħat, li jfisser nofs jew tlett kwarti biss tal-paga? U jekk dan huwa minnu, għaliex dan it-tibdil japplika anke għal dawk li kienu diġa' għamlu t-talba tagħhom għall-parental leave u li bħalissa jinsabu fuq dan il-leave; u allura diġa' ikunu għamlu l-pjani finanzjarji tagħhom? Dan ifisser illi min ma jaffordjax jagħmel sena bla paga u jkollu jidħol lura qabel sena, mhuwiex intitolat jieħu paga sħiħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar collective agreement tal-ħaddiema tal-gvern ma jissemma xejn li min jidħol lura għax-xogħol wara l-parental leave qabel sena, irid jidħol bl-iskema ta’ sigħat imnaqqsa.

Servizz pubbliku — Impjegati

Question

Jista’ il-Prim Ministru jikkwantifika l-ispiża ta' overtime imħallas lill-impjegati tas-servizz pubbliku dovut għal half days mis-sena 2003 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-overtime imwettaq fix-xhur li fihom l-impjegati tas-Servizz Pubbliku jaħdmu bil-half days huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dan l-overtime ikun hemm bżonnu minħabba raġunijiet varji bħal xogħol urġenti li jinqala’ minn zmien għal żmien u xogħol ieħor li minħabba n-natura tiegħu jinħtieġ sigħat itwal biex jitwettaq. Sena LM 2003 1,704,292 2004 2,426,164 2005 2,014,692

NSO — Statistika ta' l-Impjiegi f'Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16970, jista' il-Prim Ministru jgħid xi jfisser u x'jinkludi taħt it-titlu education bħala attivita' ekonomika? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li mis-sena 2004 għas-sena 2005 kien hemm tnaqqis? Fiex kien jikkonsisti dan it-tnaqqis fil-livell ta' impjiegi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ‘Education’ jew is-settur ta’ l-edukazzjoni bħala attivita’ ekonomika jinkludi l-iskejjel kollha primarji u sekondarji (privati u ta’ l-istat), dawk post-sekondarji (privati u ta’ l-istat) inklużi l-MCAST, l-ITS kif ukoll l-Universita’. Dan is-settur jinkludi ukoll English for Foreign Language Schools, School of Arts/Craft, The Adult Training Centre kif ukoll lezzjonijiet tal-privat. It-tnaqqis li rreferha għalih l-Onor Interpellant bejn is-snin 2004 u 2005 mhu sinifikanti statistikament minħabba li l-kampjun hu kemmxejn żgħir. Meta kampjun ikun żgħir, ikun suġġett għall-varjbbilta’ akbar u għalhekk irid jiġi interpretat b’aktar kawtela. Irid jingħad ukoll li l-figuri li qed jingħataw għall-2005 huma bbażati fuq kampjun ta’ 9 xhur filwaqt li d-data għal 2002 sa 2004 hija għal 12-il xahar. Għaldaqstant meta l-kampjun tal-2005 jitkabbar fuq sena l-istampa għandha tiċċara. It-tagħrif fuq is-sena 2005 sħiħa għandu jkun disponibbli fil-ġimgħat li ġejjin.

MTA — Low cost airlines

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni tal-kabinett dwar il-memorandum imressaq mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu dwar titjiriet bl-ajru bejn Malta u l-bqija tad-dinja, inkluż mil-low cost airlines?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li meta jkun il-waqt, il-gvern jħabbar id-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu.

Uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex fost ir-regolamenti li se ssir reviżjoni tagħhom mill-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, ikun hemm dawk dwar vetturi tal-baħar li jużaw it-turisti (luzzijiet u dgħajjes li jġorru 24 jew inqas) biex isiru iżjed addattati u kompetittivi meta mqabbla ma' ta' pajjiżi ġirien tagħna flok jibqgħu mmudellati fuq standards Ingliżi, Awstraljani u ta' New Zealand?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegat tas-Servizz Pubbliku — Special leave

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi skema sabiex ġuvni (ħaddiem mal-gvern) li jgħix ma' ommu anzjana jingħata special leave sabiex idur b'ommu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk ikunx jista' jibbenefika minn xi benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Valur tal-euro

Question

Kif jispjega l-fatt il-Prim Ministru li filwaqt li l-imprenditur għal kull valur ta' 242 euro kien jissarraf Lm100 f'Ottubru ta' l-2003, illum fl-2006 iħallas Lm109 sabiex jakkwista l-valur ta' 242 euro u dan meta llum il-basket tal-muniti huwa 100% fl-euro u mhux 60% kif kien fl-2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Forzi Armati — Suldati

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' suldati li huma detailed biex iħarsu l-immigranti rregolari f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-numru ta’ suldati li huma detailed biex iħarsu l-immigranti rregolari f’pajjiżna huwa ta’ 123 (ħames uffiċjali u mija u tmintax-il raġel).

Awtorita' tax-Xandir — Tazza tad-Dinja

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tax-Xandir investigatx dak li għaddej fil-preżent fuq ix-xandir ta' bosta logħbiet tal-football kif ukoll tat-tazza tad-dinja li se ssir aktar tard din is-sena, u dan fir-rispett tal-liġijiet tal-pajjiż, inkluż il-liġi tax-xandir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita’ tax-Xandir tirregola logħob tal-futbol biss fil-każ limitat ta’ dawk il-partiti li huma meqjusa bħala ġrajjiet prinċipali skond in-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 900 ta’ l-2001. F’din in-Notifikazzjoni jissemmew il-partiti li ġejjin: a) il-partiti li jilgħab it-tim nazzjonali ta’ Malta, kemm f’Malta u kemm barra minn Malta ; b) il-finali tat-Trofew ta’ l-F.A. lokali ; c) il-finali ta’ kull kompetizzjoni tal-clubs tal-futbol tal-UEFA; d) il-partiti kollha fl-istadji tal-kampjonat Ewropej tal-futbol nazzjonali u tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol. Dwar il-partiti tat-Tazza tad-Dinja, l-Awtorita’ għadha qed tiġbor l-informazzjoni relattiva sabiex fi żmien qasir tkun tista’ toħrog stqarrija u tħabbar id-deċiżjoniji tagħha dwar ix-xandir ta’ dawn il-partiti. Dwar partiti oħra li jissemmewx fil-lista tal-ġrajjiet prinċipali, l-Att dwar ix-Xandir ma jimpni l-ebda obbligu fuq l-Awtorita’ tax-Xandir. Għalkemm l-Onorevoli Interpellant ma jirreferi għal ebda każ speċifiku ta’ logħob li mhux qed jiġi trasmess fuq il-cable u pjattaforma diġitali, nifhem li huwa qed jirreferi għal każijiet fejn dawn iż-żewġ operaturi ma jxandrux logħob tal-futbol li jixxandar ukoll minn stazzjonijiet ta’ xandir Taljani. Jien infurmat li dawn il-materji mhumiex regolati bl-Att dwar ix-Xandir. Mhux il-kompitu ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir li tinvestiga kwistjonijiet li ma jaqgħux fit-termini tal-liġi li jirregolaw l-operat tagħha.

National Euro Changeover Committee

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tad-direttur eżekuttiv tan-National Euro Changeover Committee?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.