Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar tipjip f'bars u ristoranti japplikawx ukoll għal bars li jiffurmaw parti integrali minn każini sportivi, kulturali jew politiċi?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop li qegħdin: a) jirċievu s-servizz tal-home help/care; b) jirċievu s-servizz tal-meals on wheels; c) jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel anzjani mill-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop fuq il-waiting list għad-dħul: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list għar-Residenza San Vinċenz u għad-Djar Residenzjali tal-Gvern skond il-lokalitajiet mitluba hi kif ġej:
Lokalita'
SVPR
SVPR
Djar tal-Gvern
Djar tal-Gvern
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Ħamrun
101
61
38
16
Marsa
45
35
16
5
St.Venera
35
13
12
10
Florjana
38
17
10
4
Valletta
65
44
21
13
Pieta/G'Manġia
16
16
11
3
Qormi
84
47
20
5
Luqa
21
16
4
2
Kirkop
7
3
0
1
Total
412
252
132
59
Jisa' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel rikoverati preżentement mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Floriana, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) djar residenzjali statali ta' l-anzjani; c) djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' anzjani rikoverati fir-Residenza ta' San Vinċenz, Djar Residenzjali tal-Gvern u Djar Privati taħt l-iskema tal-private public partnership skond il-lokalitajiet mitluba hi kif ġej:
Lokalita'
SVPR
Djar tal-Gvern
Djar Privati taħt
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
Irġiel
Nisa
HAMRUN
24
39
8
33
3
9
MARSA
14
18
4
8
1
1
STA. VENERA
4
17
1
9
0
2
FLORIANA
6
16
4
9
0
0
VALLETTA
14
29
7
30
1
9
PIETA/G'MANGIA
6
10
1
4
1
1
QORMI
21
36
7
14
0
4
LUQA
10
12
5
8
0
0
KIRKOP
1
5
0
0
0
0
TOTAL
100
182
37
115
6
26
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' nisa u rġiel li għandhom il-kartanzjan preżentement f'dawn il-lokalitajiet; Ħamrun, Marsa, Valletta, Floriana, Sta. Venera, Pieta'/Gwardamangia; Qormi, Luqa u Kirkop? Kemm minnhom għandhom 75 sena u fuqhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex il-mistoqsija tiġi riferuta lid-Dipartiment ta' l-Istatistika.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm nies jattendu preżentement fid-diversi day centres ta' l-anzjani? Jistgħu jingħataw ċifri għal kull day centre separatament?
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir-residenza San Vinċenz de Paule li dwarhom hemm talba mill-pazjenti għall-airconditioning?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mhix il-policy tad-Dipartiment li ssir sistema ta' air-conditioning fuq talba tal-pazjenti iżda d-Dipartiment jara l-prioritajiet ta' fejn hemm bżonn li jsiru sistemi bħal dawn.
F'dawn l-aħħar ġimgħat tlestiet sistema ġdida ta' air-conditioning fis-sala tan-nisa 3/4 filwaqt li hemm proċess ta' għoti ta' tender biex jibda x-xogħol fuq sistema oħra ġdida fis-sala tan-nisa 9/10.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jinfetaħ day centre għall-anzjani fil-Marsa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li s'issa l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jinfetaħ Day Centre għall-anzjani fil-Marsa. Fil-preżent l-anzjani tal-Marsa jattendu d-Day Centre fil-Ħamrun.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6632 u 7476 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'investigazzjonijiet qegħdin isiru fuq iż-żewġ ambulanzi li spiċċaw bil-wires tar-radio tagħhom maqtugħa? Kemm ilhom joperaw dawn iż-żewġ ambulanzi u kemm swew kull waħda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi qed jiġi investigat mill-pulizija. L-ambulanzi involuti ilhom joperaw minn Marzu ta' 2004.Kull ambulanza swiet Lm22,000.
Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus intnefaq mid-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-Vot Rikorrenti 5029 - Residential Care in Private Homes ta' Lm350,000 kif kien imniżżel fl-aħħar budget?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ntefaq mid-Dipartiment ta' l-Anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-vot Rikorrenti 5029 kien Lm244,235 u dan ikopri l-ħlas għal servizz sa Lulju 2004.
Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus nefaq id-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mis-somma ta' Lm1,400,000 - il-budget vote 5064, Home Help/Care Service Scheme?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ntefaq mid-Dipartiment ta' l-Anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-vot 5064 kien Lm1,041,908.
Dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-konunita'
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ħallas isd-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena minn Lulju sa Settembru 2004 huwa kif ġej
Care Malta Ltd
F'Lulju Lm22,769.05
T'Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin
Casa Serena
F'Lulju Lm10,878
T'Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Customer Care Unit fir-residenza San Vinċenz de Paule issa ilu ħafna żmien magħluq? Hemm il-ħsieb li dan l-uffiċċju jerġa' jinfetaħ biex jinqdew il-bżonnijiet tar-residenti u tal-qraba tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Customer Care Centre ġewwa San Vinċenz de Paule huwa temporanjament magħluq minħabba r-redeployment tal-ħaddiema.
Qed isiru arranġamenti biex fil-futur dan iċ-Ċentru jerġa' jinfetaħ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti (nisa u rġiel) fit-30 ta' Settembru, 2004: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fit-30 ta' Settembru 2004 hu kif ġej:
Nisa
Irġiel
Total
San Vinċenz De Paule
688
341
1029
Djar Residenzjali tal-Gvern
463
152
615
Djar privati ta' l-anzjani taħt il-
private public scheme
76
25
101
Sptar San Luqa — ENT department - speċjalisti/tobba
Question
Jista' il-Ministru jgħid, skond il-Manpower plan tad-dipartiment tas-saħħa, kemm suppost huwa l-complement ta' l-ispeċjalisti u tobba fl-ENT department?
Jista' jgħid kemm hemm tobba u speċjalisti llum fid-dipartiment?
Jekk jirriżulta li hemm nuqqas, jista' jgħid jekk humiex se joħorġu sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-postijiet vakanti? Jista' jgħid meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar speċjalisti u tobba fid-Dipartiment ta' l-ENT hija kif ġej:
Complement
Numru ta' impjegati fil-post
Konsulenti
4
4
Senior Registrar
4
3
Registrar/Senior House Officer
2
1
Minbarra hekk hemm tabiba barranija mpjegata fuq bażi ta' kuntratt minn sena għal sena u erbgħa Housemen li qegħdin hemm għal tliet xhur fuq bażi ta' rotation.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tieħu passi biex jimtlew postijiet vakanti mill-aktar fis possibbli.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-sussidju fuq it-telephonegħall-anzjani li għandhom il-kartuna r-roża qiegħed jingħata biss għal 5,000 anzjan? Din il-policy kienet minn dejjem jew ġiet imposta issa? Jista' jgħid meta ġiet imposta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li s-sussidju fuq it-telefon jingħata biss lil 5,000 anzjan ġiet ikkomunikata lid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' fid-19 ta' Mejju 2004 mill-Malta Communications Authority.
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru tal-Kompettivita' u Komunikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kif saret il-ħsara lill-kanċell prinċipali ta' l-isptar San Luqa kif ukoll il-ħadid ta' mal-kanċell (East Gate) faċċata tad-dipartiment ta' l-emerġenza fl-istess sptar?
Min ħallas biex issewwew iż-żewġ kanċelli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fiż-17 ta' Mejju 2004, u fil-15 ta' Settembru 2004 il-vettura bir-reġistrazzjoni KIP 005 kienet involuta rispettivament f'kolliżżjoni maż-żewġ kanċelli prinċipali ta' l-isptar San Luqa. Min kien responsabbli ser iħallas għall-ħsarat.