Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-pilloli Atenolol tad-ditta Mesonex u l-pilloli Enalapril li qed jitqassmu bħalissa mill-Isptar San Luqa lill-pazjenti huma ta' kwalita' inferjuri għall-istess tip ta' pilloli li kienu jingħataw sa ftit tal-ġimgħat ilu?
Jaf jew le l-Ministru li kemm tobba kif ukoll professuri huma ta' l-opinjoni li dawn il-pilloli ma għandhomx jittieħdu mill-pazjenti minħabba l-kwalita' inferjuri tagħhom?
Jaf il-Ministru li konsegwenza ta' hekk il-pazjenti qed ikollhom jixtru pilloli ta' kwalita' aħjar, meta wara kollox dawn huma intitolati li jeħduhom b'xejn mill-isptar?
Jista' jgħid ukoll min ħa d-deċiżjoni li tinbidel il-kwalita' ta' dawn il-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli tad-ditta Mesonex u l-pilloli Enalapril li qed jitqassmu bħalissa mill-Isptar San Luqa it-tnejn jilħqu l-'istandards' tal-kwalita' kif inhuma mitluba hawn Malta.
Jikkonferma jew le l-Ministru li l-pilloli Zocor 10mg kienu out of stock mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa fix-xhur ta' Frar, Marzu u April tas-sena 2000?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' dan in-nuqqas, min kien responsabbli minn dan in-nuqqas u x'rimedju ingħataw il-pazjenti għal dan l-inkonvenjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli Simvastatin (Zocor) 10mg kienu nieqsa mill-Ispiżerija ta` l-Isptar San Luqa mid-19 ta` Frar sal-31 ta` Marzu, 2000 minħabba li kien hemm żieda ta` 27% fil-konsumm fiż-żmien sitt xhur.
Jista' l-Ministru jgħid x'mezzi ta' komunikazzjoni, base stations, transmitters eċċ jeżistu fuq il-bjut ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jagħti lista sħiħa ta' dawk l-istrutturi? Fejn jinsabu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-apparat tat-telekomunikazzjoni ġo l-Isptar San Luqa huwa dan:
1 Stazzjon tat-telefonija cellulari, installat f'Jannar 1997 u qiegħed fuq il-bejt tas-Central Block.
2.1 Tlett Base Stations tal-UHF radio li jintuża għal kommunikazzjoni bejn l-isptarijiet, iċ-Ċentri tas-Saħħa u l-ambulanzi, installat f'Marzu 1997, fuq is-Central Block.
2.2 Base Station ieħor tat-(2.1) fuq in-New Administration Block, installat f'Ottubru 1998.
3 Stazzjon b'repeater tal-VHF radio li jintuża għal komunikazzjoni bejn persuni ta' l-Engineering Division, installat f'1989.
Jista' l-Ministru jgħid min kien qed jagħmel l-awditjar tal-claims ta' Skanska rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdida f'Tal-Qroqq, bejn l-1 ta' Marzu 2000 u llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti fil-Government Pharmaceutical Service?
Kemm għandu jieħu kull aġent li għandu jieħu ħlasijiet mill-G.P.S.? Kemm tħallas kull aġent mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-1 ta' Settembru 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rriżulta li kellhom Typhus matul l-ewwel 6 xhur tas-sena? X'kien l-istess numru għas-sena 99, 98 u 97 għall-istess perjodu? Minn liema nħawi f'Malta ġejjin dawn il-persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat illi n-numru ta` każijiet ta` Typhus rappurtati fit-Taqsima Tħaris tal-mard matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kien ta` 7.
Matul l-ewwel sitt xhur fl-1999, fl-1998 u fl-1997 in-numru ta` każijiet ta` Typhus rappurtati kien ta` 10, 15 u 14 rispettivament.
Il-lokalitajiet li fihom seħħew dawn il-każijiet huma kif indikati fit-tabella hawn taħt:
LOKALITA` 1997 1998 1999 2000
Baħar iċ-Ċagħaq - - 1 -
Birkirkara 1 2 - -
Birżebbuġa 1 - 1 -
Bormla 1 - - -
Buġibba - - 1 -
Fgura 1 - 1 -
Gudja 2 1 1 -
Għajnsielem (G) - - - 1
Għaxaq - 1 - -
Kalkara - 1 - -
Kappara - - - 1
Kerċem - 1 - -
M arsascala 1 - - -
Marsaxlokk - 1 - -
Nadur (G) - - 1 -
Naxxar - 1 1 -
Qala (G) 1 - - -
Qawra 1 1 - -
Qormi - - 1 -
Rabat 2 1 - 1
Siġġiewi - - 1 1
Slie ma - 1 - -
Swieqi 1 - - -
Tarxien - - 1 -
Valletta - 1 - -
Xagħra (G) 1 - - 1
Xlendi (G) - 1 - -
Żabbar - - - 1
Żejtun 1 - - -
Żurrieq - 2 - 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saret ħsara fis-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli u minn meta infetħet?
Xi ħsara saret u kemm kien il-valur ta' ħsara f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid li wara li pazjent weħlitlu idejh fit-toilet tas-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli u li kellhom jinġiebu l-membri tal-protezzjoni ċivili ħalli jkissru t-toilet biex jeħilsulu idejh, jekk sarux toilets alternative ħalli din l-istorja ma tirrepetix ruħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji jew kuntratti mhux imġedda fil-Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-1 ta' Jannar 2000 u llum?
Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li rriżenjaw?
Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar Boffa kemm kienu l-funds allocations per line object 2000 (Health) item item (operation and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000? Il-fund allocation ġew mibdula jew aġġustati sa fl-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru?
Kemm minn dawn il-fondi allokati intefqu sa l-1 ta' Settembru 2000?
Kemm hu l-valur ta' kontijiet li sa l-1 ta' Settembru ma kenux imħallsa?
Kemm hu l-valur tal-kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar Boffa għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien il-bilanċ ta' kull item (OFM) fil-fund allocations per line object għall-Isptar Boffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
linformazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar San Luqa kemm kienu l-fund allocations per line object 2000 (Health), item item (operational and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000
Il-
fund allocations
ġew mibdula jew aġġustati sa l-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru?
Kemm minn dawn il-fondi allokati ntefqu sa l-1 ta' Settembru 2000?
Kemm hu l-valur ta' kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar San Luqa għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien l-bilanċ ta' kull
item (OFM)
fil-
fund allocations per line object 2000
għall-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar Monte Carmeli kemm kienu l-fund allocations per line object 2000 (Health), item item (operational and maintenance) fil-bidu tas-sena 2000?
Il-fund allocations ġew mibdula jew aġġustati sa l-1 ta' Settembru 2000? X'bidliet saru?
Kemm minn dawn il-fondi allokati ntefqu sa l-1 ta' Settembru 2000?
Kemm hu l-valur tal-kontijiet li sa l-1 ta' Settembru 2000 ma kenux imħallsa?
Kemm hu l-valur ta' kontijiet ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li l-Isptar Monte Carmeli għadu ma rċevix talbiet għall-ħlas? Fl-1 ta' Settembru 2000 kemm kien l-bilanċ ta' kull item (OFM) fil-fund allocations per line object 2000 għall-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas għall-petrol u d-diesel għall-karozzi wżati fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000?
Kemm hu l-valur ta' ħlas pendenti għall-petrol u diesel?
Kemm tħalset kull pompa tal-petrol individwali li mingħandu nxtara l-petrol u d-diesel?
Kemm hu d-dejn f'kull każ separat ma' kull pompa tal-petrol, tal-petrol u d-diesel li għalih għadu ma sarx ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kull pompa tal-petrol, separatament, tħallsu għal xiri ta' petrol u diesel tul is-sena 1999?
Kemm kien id-dejn fl-1 ta' Jannar 2000 ma' kull pompa tal-petrol, separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx ir-rapport li kellu jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa dwar jekk hemmx effetti ta' ħsara fuq is-saħħa minn radjazzjoni elettro-magnetika li toħroġ minn settijiet tal-mobile phones jew minn stazzjonijiet u emitter stations?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.