Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni ta' armla

Question

Jista' id-dipartiment jara li t-talba għall-pensjoni ta' armla li isimha qed jintbagħat separatament titħaffef sabiex l-armla in kwestjoni jkollha l-pensjoni bla telf ta' żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment tas-Siġurta’ Soċjali fil-25 ta’ Ottubru 2005 u diġa ġiet proċessata. Il-persuna ndikata ġiet infurmata bil-mitkub dwar dan mill-imsemmi Dipartiment.

Single mothers — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum? Kemm minn dawn inqatalhom ir-relief is-sena l-oħra u din is-sena għax inqabdu jabbużaw u x'kien l-abbuż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15259 f'Seduta Numru 312. Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija ninsab infurmata li fl-2004 kien hemm każ wieħed ta' single motherfejn twaqqfet l-Għajnuna Soċjali u matul din is-sena kien hemm 9 każijiet. Ninsab infurmata wkoll li dan it-twaqqif kien riżultat ta' nvestigazzjonijiet mid-Dipartiment konċernat fejn instab li l-kompożizzjoni tal-familja kienet fil-fatt differenti minn kif dikjarat fl-applikazzjoni.

Single parents — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' single parents is-sena l-oħra u din is-sena li twaqqfulhom ir-relief jew għax qabdu jaħdmu jew għax iżżewġu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata n-numru ta’ single parents li twaqqfitilhom l-Għajnuna Soċjali s-sena l-oħra għax qabdu jaħdmu jew għax iżżewġu kien 21 u 43 rispettivament. Matul din is-sena n-numri rispettivi kienu 22 u 42.

Teenagers fuq ir-relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn teenagers fuq ir-relief illum u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentement hawn 466 teenagers li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: ommijiet xebbiet; iduru b’membru tal-familja marid; fuq programm ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga; jgħixu weħedhom u ma jistgħux jaħdmu; jirreġistraw għax-xogħol.

Single parent families

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single parent families illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. Jekk qed jirreferi għan-numru ta' single parent families li jirċievu benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, ninsab infurmata li dan hu 9,562.

Single mothers — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ħareġ flus il-gvern is-sena l-oħra f'benefiċċji soċjali għal single mothers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont imħallas fl-2004 f’benefiċċji u allowances taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali lil single mothers kien Lm 3.13 miljuni.

Ċertifikati tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korrimenti u Imwiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li weġġgħu jew mietu fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex separatament? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament jingħataw post ieħor alternattiv fil-Mosta jew fl-inħawi peress li ma jifilħux jitilgħu aktar it-taraġ biex jirrisjedu hemmhekk?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuni ndikati.

Adozzjoni ta' tfal mill-Ukrajna

Question

Tista' il-Ministru tara x'jista' isir biex ikunu jistgħu jsiru adozzjonijiet ta' tfal mill-Ukrajna fejn jidher li hemm ħafna opportunitajiet għal dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-fatt, il-Ministeru tiegħi, permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ilu minn Marzu 2002, f'kuntatt ma' l-Awtoritajiet Ukrajni biex isir ftehim bilaterali ta' ko-operazzjoni li jiffacilita' adozzjonijiet ta' tfal minn dak il-pajjiż. Aktar tard ġejna nfurmati li l-Ukrajna kienet qed tieħu passi biex issir parti mill-'Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' l-Ulied u l-Ko-operazzjoni dwar l-Adozzjoni fost il-Pajjiżi', magħmula f'l-Aja fid-29 ta' Mejju 1993, u li sadattant kienet issospendiet in-negozjati dwar ftehim bilaterali ta' ko-operazzjoni dwar l-adozzjoni ta' tfal Ukrajni f'pajjiżi oħra. Ninsab infurmata li, minkejja li t-talba biex jiġi negozjat il-ftehim imsemmi baqgħet tiġi segwita b'mod regolari s'issa, ma jirriżultax li kien hemm żviluppi minn naħa ta' l-Ukrajna.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex issa li għalaq il-61 sena qed jirċievi pensjoni anqas milli kien jirċievi meta kien ibbenefika mill-iskema ta' irtirar kmieni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kif wasal għar-rata ta' pensjoni li qed jirċievi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Rabat — Fire Exist stairs fil-HE

Question

Tista' il-Ministru tikkunsidra li għall-estimi tal-budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru l-fire exit stairs fl-appartamenti u blokki tal-housing estate ta' Għajn Qajjed u ta' Għeriexem, Rabat, Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blokki ndikati mhumiex proprjeta’ ta’ Awtorita’ tad-Djar, iżda huma amministrati mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, ninfurmah ukoll li m’hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs fi proġetti ta’ oqsma ta’ bini tal-Gvern.

Imġarr, Malta — Fire exit stairs fil-HE

Question

Tista' il-Ministru tikkunsidra li għall-estimi tal-budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru l-fire exit stairs fl-appartamenti u blokki tal-housing estate ta' l-Imġarr, Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15223 f’din l-istess Seduta.

Ħaż-Żebbuġ — Fire exit stairs fil-HE

Question

Tista' il-Ministru tikkunsidra li għall-estimi tal-budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru l-fire exit stairs fl-appartamenti u blokki tal-housing estate ta' Ħaż-Żebbuġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15223 f’din l-istess Seduta.

Mellieħa — Fire exit stairs fil-HE

Question

Tista' il-Ministru tikkunsidra li għall-estimi tal-budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru l-fire exit stairs fl-appartamenti u blokki tal-housing estate tal-Mellieħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15223 f’din l-istess Seduta.

San Pawl il-Baħar — Fire exit stairs fil-HE

Question

Tista' il-Ministru tikkunsidra li għall-estimi tal-budget 2006 ikun hemm flus ivvotati sabiex isiru l-fire exit stairs fl-appartamenti u blokki tal-housing estate ta' San Pawl il-Baħar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15223 f’din l-istess Seduta.

Benefiċċji għas-single mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'benefiċċju mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali jew tal-housing huma intitolati għalih single mothers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Single mothers jistgħu jibbenefikaw mill-Iskemi u l-inizjattivi kollha ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. Dwar benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, single mothers jistgħu jikkwalifikaw għad-diversi benefiċċji, allowances u pensjonijiet provduti taħt l-imsemmi Att, dejjem suġġett li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi applikabbli għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji, allowances u pensjonijiet. Il-benefiċċju taħt l-imsemmi Att, maħsub speċifikament għal single parents, kemm jekk raġel kif ukoll mara, hu l-Għajnuna Soċjali għal Ġenitur Wieħed.

Single mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers with children of unknown father fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta’ single mothers li preżentement qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali hu 1,755. Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika dwar single mothers bit-tfal li missierhom ma jkunx magħruf.