Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn skejjel f'Malta u Għawdex, inklużi dawk tal-privat u tal-knisja? Fejn tinsab kull skola u x'inhu l-indirizz uffiċjali u t-telephone number rispettiv ta' fejn jista' isir kuntatt ma' kull skola? Jista' jipprovdi wkoll lista ta' persuni responsabbli f'kull skola li l-pubbliku jkun jista' jikkommunika magħhom f'każ ta' bżonn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Skejjel huwa hekk :
Kindergarten Primarja Sekondarja Post-Sekondarji
Skejjel ta' l-Istat 62 74 33 2
Skejjel tal-Knisja 42 33 28 2
Skejjel Indipendenti 28 16 9 3
Informazzjoni dwar il-lokalitajiet ta' dawn l-iskejjel ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mhux oppotun li jingħata t-tagħrif l-ieħor mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-iskola ogħla Giovanni Curmi, Naxxar it-timetable ta' l-istudenti hija mqassma b'mod li tista' tkun ta' tbatija għall-istudenti? Għaliex hemm studenti li għandhom lezzjoni waħda f'ġurnata, tlieta f'ġurnata oħra u erba' lezzjonijiet f'ġurnata oħra? Jaf li hemm studenti li m'għandhom l-ebda lezzjoni f'ġurnata fil-ġimgħa? Ma tistax issir xi ħaġa biex ikun hemm aktar regolarita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-timetable ta' l-istudenti ta' l-iSkola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi hija waħda kkomplikata ferm biex tinħadem. Dan għaliex tinkorpora tliet korsijiet differenti ta' studju:
1. Kors ta' sentejn għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola, għal dawk l-istudenti li jixtiequ jidħlu l-Universita' ta' Malta. Kull student f'dan il-kors irid jagħżel żewġ suġġetti fil-livell avvanzat, erba' suġġetti fil-livell intermedju u suġġett fil-livell ordinarju (dak li ma jkunx għadda minnu u li għalih ma kienx ikkwalifika biex imur il-Junior College);
2. Kors ta' sentejn fejn l-istudenti jagħżlu li jitgħallmu suġġetti fil-livell avvanzat u fil-livell ordinarju;
3. Kors ta' reviżjoni ta' sena ta' suġġetti fil-livell SEC.
Suġġett fil-livell avvanzat għandu allokati 5 lectures ta' siegħa l-wieħed fil-ġimgħa u siegħa oħra tutorial jew sagħtejn oħra fi prattiku fil-każ tas-suġġetti tax-xjenza.
Suġġett fil-livell intermedju għandu allokati żewġ lectures ta' siegħa l-wieħed fil-ġimgħa.
Suġġett fil-livell SEC (ordinarju) għandu allokati tliet lectures ta' siegħa l-wieħed fil-ġimgħa.
Is-sistema taħseb sabiex l-istudent ma jkollux aktar minn lecture wieħed kuljum għal kull suġġett (ħlief meta jkollu t-tutorial jew prattiku).
It-timetable ta' l-iSkola Giovanni Curmi ma tistax tinħadem bis-sistema orizzontali bħal fil-livell sekondarju iżda biex tkun tista' ssir trid tinħadem bis-sistema ta' rotation djagonali.
Kull student f'kull kors għandu programm ta' studju differenti mill-oħrajn għaliex kull wieħed jagħmel l-għażla ta' suġġetti li jixtieq. Kulħadd għandu program ta' studju personali. Dan ifisser li jekk għandek 1600 student għandek 1600 komputazzjoni differenti. Dawn il-mijiet ta' komputazzjonijiet ftit li xejn jippermettu ċaqliq fil-programm tat-timetable. Hija wkoll in-natura ta' kemm hemm lectures fil-livelli differenti li twassal għal każijiet fejn student jista' jkollu lezzjoni waħda jew tnejn kuljum jew xejn. Dan jista' jiġri biss fil-każ ta' studenti li qegħdin fir-Revision Course jistudjaw tliet jew erba' suġġetti fil-livell SEC.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb tal-gvern u d-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni dwar il-peripatetic service? Liema huma dawk is-suġġetti li qed jingħataw mill-peripatetic teachers? Kemm qed jingħata ħin jew numru ta’ lezzjonijiet kull suġġett separatament? Liema huma dawk l-iskejjel li qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ l-għalliema peripatetiċi? Kemm huma l-għalliema peripatetiċi għal kull suġġett separatament u kemm kienu sena ilu għal kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Peripatetic Service jgħin lill-iskejjel f’oqsma kurrikulari differenti. Bħal kull settur ieħor, l-operat f’dan is-settur jiġi analizzat bi skop li, jekk ikun hemm bżonn, jiġi mtejjeb is-servizz. Il-Peripatetic Service ikopri dawn l-oqsma bhal Complementary Education, Personal and Social Development, Arti, Drama, Home Economics, Mużika, Edukazzjoni Fiżika, Xjenza u Teknoloġija, Let Me Learn, Hands on Farming, Litteriżmu u Specific Learning Difficulties (SpLD).
Il-ħin allokat għall-lezzjonijiet jiddependi mill-ħtiġijiet partikolari ta’ l-iskejjel li l-għalliema jżuru. Dawn is-servizzi jinghataw f’diversi skejjel. Fis-sena 2005-2006, in-numru ta’ Peripatetic Teachers fl-oqsma kollha kien jammonta ghal 240 ghalliem.
Il-hsieb tal-Gvern u d-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni dwar il-peripatetic service qed jigi diskuss fid-dawl tar-riformi proposti.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm
activity teachers
u x’qed jagħmlu fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa maħhsub li jkun hemm
activity teachers
u meta ser jintlaħaq dan in-numru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' activity teachers huwa hekk :-
Suġetti mgħallma Numru ta' Activity Teachers Rimarki
Malta Għawdex
Edukazzjoni Fiżika 11* 4 *1 on loan ma' l-FES
Arti 5* 1 *1 on parental leave
Mużika 2 NIL
Dan is-suġġett għadu qed jiġi diskuss fid-dawl tar-riformi proposti.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li teżisti problema ta’ nuqqas ta’ għalliema ta’ l-Ingliż fis-settur pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika sabiex persuni gradwati f’dan is-suġġett ikunu jistgħu japplikaw ħalli jidħlu jgħallmu bħala għalliema ta’ l-Ingliż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawk kollha li għaddew mill-interview għal għalliema ta' l-Ingliż kollha ġew impjegati. Billi ikun hemm vakanzi minn żmien għal żmien minħabba diversi raġunijiet, jintbagħtu Supply Teachers biex jimlew il-vakanzi li jinqalgħu.
Sejħa pubblika għal persuni gradwati f'dan is-suġġett kif ukoll fis-suġġetti l-oħra li huma mgħallma fl-iskejjel toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tagħlim tad-drama fl-iskejjel tal-gvern jibda jsir minn skejjel privati tad-drama? Jekk fl-affermattiv, min ġie avviċinat għal dan u ma’ min qed isiru/saru xi kuntatti? X’inhi r-raġuni li ser isir dan, jekk huwa l-każ li dan huwa minnu? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm għalliema tad-drama fid-drama unit? Jista’ jgħid jekk riċentement saritx talba sabiex id-drama teachers jiżdiedu? X’sar minn din it-talba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipatiment tal-Kurrikulu m'għandux ħsieb li t-tagħlim tad-Drama jibda jsir minn skejjel privati tad-Drama. Informat ukoll li fil-preżent, in-numru ta' għalliema tad-Drama huwa 15. Talba għal żieda fl-għalliema isir f'Mejju għax ma jsirx reklutaġġ f'nofs is-sena.
Inżid ngħid li l-Ministeru qed nikkonsidraw x'jista' jsir biex id-drama tintuża ma' ħafna aktar tfal sa minn kmieni kemm jista' jkun bħala għodda ta' żvilupp edukattiv. Il-punti mqanqla mill-Onor. Membru għadhom ma ġewx kunsidrati u allura jsegwi li s'issa ma ġie avviċinat ħadd mill-privat għal dan is-servizz.
Jista’ il-Ministru jgħid l-iskejjel privati tad-drama humiex regolati jew le? Jekk iva, taħt liema liġi, kif u fiex huma regolati? Min huwa responsabbli minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel privati tad-Drama jingħataw liċenzja ta' Private Tuition Centre li tiġġedded kull sena. Meta japplikaw għal-liċenzji simili l-applikanti jagħtu tagħrif li jinkludi hekk :-
- l-isem u dettalji tas-sid, l-isem ta' l-iskola, l-isem tal-kap ta' l-iskola, x'ser jiġi mgħallem u l-livell, il-ħlas li jsir mill-istudenti, l-istaff, u l-permess tal-MEPA għall-użu tal-post. Il-Liġi ta' l-Edukazzjoni tal-1988 tagħti lill-Istat id-dritt li jirregola l-edukazzjoni.
- Ir-responsabbilta tal-Private Tuition Centres qiegħda fuq is-sezzjoni ta' l-iskejjel mhux statali fi ħdan id-Dipartiment ta' Studji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern Malti, kuntrarju għall-gvernijiet oħra ta' pajjiżi membri, ippropona li l-Malti jkun it-tielet lingwa u mhux il-mother tongue għal dawk l-istudenti ta' ċittadini Maltin li qed jaħdmu fi Brussel? Ma jaħsibx li dan imur direttament kontra l-prinċipju li l-Ilsien Malti jkun wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif fil-fatt ġie rikonoxxut mill-istess Unjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
F'din il-materja l-Gvern mhu qed imur kontra l-ebda prinċipju filwaqt li jħares ukoll l-interess tat-tfal.
Informat li l-istudenti fl-iskejjel primarji Ewropej għandhom id-dritt li jitgħallmu żewġ lingwi, l-lingwa nazzjonali u lingwa oħra, magħrufa bħala l-vehicular Language, minn fost l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Il-ġenituri tat-tfal Maltin talbu biex uliedhom jitgħallmu l-Malti u l-Ingliż bħala l-lingwi uffċċjali ta’ Malta u lingwa oħra minn fost il-Ġermaniz u l-Franċiż. Din t-talba qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Gvernaturi ta’l-Iskejjel Ewropej.
Jista' il-Ministru jgħid jekk investigax il-każ imsemmi f'mistoqsija parlamentari 15218 u cioe' li fl-iskejjel sekondarji mhux qed jitħalla li jintuża l-workbook ta' l-istudji soċjali u minħabba f'hekk qed jagħmlu fotokopji tiegħu bi spiża żejda? Min qed iħallas għall-fotokopji li qed isiru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'irriżulta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress illi għadni qiegħed nivverifika l-fatti, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16548 u jgħid fl-ewwel term kien hemm xi rapporti ta’pussess u/jew teħid ta’ droga u/jew alkoħol fl-iskejjel? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar x’kienet id-droga? Kemm kellhom żmien l-istudenti nvoluti? X’passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Eta' Numru ta' studenti Tehid Suspett Settur
14 4 Marijuana 2-Skejjel ta' l-Istat
2-Skejjel tal-Knisja
15 9 5-Marijuana 3-suspett ta' 8-Skejjel ta' l-Istat
1-Ecstasy sustanzi 1-Skola tal-Knisja
16 11 5-Marijuana 5-suspett ta' 10-Skejjel ta' l-Istat
1-Ecstasy u marijuana 1-Skejjel tal-Knisja
marijuana
17 3 3-Marijuana 3-Skejjel ta' l-Istat
23-Skejjel ta' l-Istat
Total 27 4-Skejjel tal-Knisja
Informat li f'dawn il-każijiet kollha saret ħidma mis-Substance Abuse Policy Team fi ħdan is-Safe Schools Programme. Dan huwa Unit fi ħdan it-Taqsima ta' Student Services fid-Diviżjoni ta' l-Eukazzjoni.
Informat ukoll li l-passi li ttieħdu huma skond il-proċeduri fil-policy Tackling Substance Abuse (Min. Of Educ. 2001). 17-il student ġew riferuti lis-servizzi fi ħdan l-iStudent Services, 4 studenti ġew riferuti lill-Aġenzija Sedqa, 6 studenti attendew servizzi ta' counselling privati jew aġenziji oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u kuntratt tax-xogħol li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li din il-materja taqa' fid-dikasteru tal-Finanzi, għandu jirreferi l-Mistoqija lill-Ministru konċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi, sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, wara l-pubblikazzjoni tad-dokument "Biex it-Tfal tagħna kollha jirnexxu" għat-tisħiħ tas-sistema edukattiva f'pajjiżna?
Response (GALEA, LOUIS)
Fil-bidu tas-sajf kien ippubblikat id-dokument (' BIEX ULIEDNA JIRNEXXU LKOLL' ' For All Children to Succeed - A New Network Organisation for Quality Education in Malta') li għandu l-iskop li jissaħħaħ u jtejjeb il-kwalita' u l-operat ta' l-iskejjel tagħna kif ukoll it-tmexxija, sorveljanza u amministrazzjoni ċentrali. L-iskop ewlieni hu li l-istudenti kollha jkollhom edukazzjoni ta' kwalita'.
Minn meta ħareġ id-dokument għall-pubbliku kien hemm konsultazzjonijiet estensivi. Intbagħtet kopja tad-dokument lil kull għalliem u amministratur edukattiv, kemm ċentrali kif ukoll fl-iskejjel ta' l-istat, tal-Knisja u indipendenti. Tnediet sensiela ta' laqgħat informattivi u konsultattivi għall-għalliema li għalihom attendew aktar minn 3,000 għalliem, u għall-ġenituri li fihom ħadu sehem qrib l-elf ruħ. Saru laqgħat ukoll għal kull settur edukattiv fil-livell ċentrali u anke mal-kapijiet ta' l-iskejjel. F'dawn il-laqgħat saru preżentazzjonijiet mill-Ministru nnifsu u kien hemm ħin għall-mistoqsiqsijiet u osservazzjonijiet.
Intbagħtu ukoll kopji tad-dokument lill-Malta Union of Teachers, il-Kelliem Ewlieni għall-Edukazzjoni ta' l-Opppżizzjoni, lill-Alternattiva Demokratika, lill-korpi kostitwiti u lill-istampa, ir-radju u t-televiżjoni. Infetħu diskussjonijiet u negozjati mal-Malta Union of Teachers dwar ir-riformi. Saru laqgħat mal-korpi kostitwiti individwali, bħal ma huma il-General Workers Union, il-Union Ħaddiema Maqgħudin, il-Federazzjoni ta' l-Industriji, l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, il-GRTU, il-KHPA kif ukoll kien indirizzat il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Saru wkoll programmi fuq it-televiżjoni u r-radju, fosthom Channel 22.
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-iSkejjel (AKS) organizzat konferenza li għaliha attendew mas-600 ġenitur propju fuq is-suġġett tar-riforma.
Tnieda wkoll il-proġett pilota bil-bidu tat-tlett kulleġġi - Cottonera, Għawdex u San Benedittu kif ukoll il-proġett pilota ta' l-iskejjel speċjali u l-implimentazzjoni tar-rakkommandazzjonijiet tar-rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-edukazzjoni inklużiva u speċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol u kemm minnhom għandhom l-Ingliż bħala suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2005 kien hemm sitt persuni gradwati għalliema (PGCE/B.Educ) ifittxu xogħol u li kienu qed jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' il-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati u ċ-ċertifikati tal-korsijiet ta' l-evening classes għas-City and Guilds ACAD 4351 3D li saru f'Mejju u Ġunju 2005 fil-Higher Sec. Giovanni Curmi, in-Naxxar? Jista' jgħid x'qed jirriżulta għal dan id-dewmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-ċertifikati ġew rilaxxati f'dawn il-ġranet. Informat ukoll li dan ġara billi l-Quality Assurance Unit tas-City and Guilds iddeċidiet li tagħmel eserċizzju ta' verifika ta' rutina.
Jista' il-Ministru jikkonferma li għalliema ta' l-Istudju Soċjali li isimha qed jintbagħat separatament, ilha ma tirrapporta għax-xogħol l-iskola fejn tgħallem minħabba raġunijiet ta' saħħa għal diversi ġimgħat b'detriment għall-istudenti li fi Frar se jagħmlu l-eżamijiet ta' nofs is-sena u li wħud minnhom se joqogħdu għall-eżami tal-MATSEC ftit xhur oħra?
Jista' jgħid x'inhu l-istatus ta' din l-għalliema partikolari dwar ir-ritorn tagħha għat-tagħlim l-iskola?
Jista' jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hux se tibgħat għalliem/a temporanjament biex jittieħed post l-għalliema assenti ħalli l-istudenti jkomplu bil-lezzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa għalliema ta' l-Istudju Soċjali Santa Teresa Mrieħel, Birkirkara, qegħda b'Open Certifcate' u m'hemmx ħjiel li se tidħol għalissa.
Informat ukoll li qed isiru internal arrangements dwar il-lezzjonijiet. Ser isiru l-interviews ta' għalliema ta' l-Istudji Soċjali. Wara li jispiċċa l-istudent/a tat-Teaching Practice inkunu f'pożizzjoni li nibgħatu supply teacher biex jieħu l-lezzjonijiet ta' l-għalliema jekk sa dan it-tant hi ma tkunx daħlet għax-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.