Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se joqgħodu għal eżami tas-SEC fil-ġimgħat li ġejjin fl-Istorja ta' Malta minn dawn l-iskejjel:
1 il-kulleġġ San Alwiġi
2 il-kulleġġ De La Salle
3 il-kulleġġ St. Edward's
4 l-iskola tad-Dorotej
5 l-kulleġġ ta' St. Matin's
6 l-kulleġġ ta' San Anton
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li se joqgħodu għall-eżami ta' l-Istorja ta' Malta SEC minn dawn l-iskejjel huwa kif ġej:
A B
Kulleġġ San Alwiġi 22 /
Kulleġġ De La Salle 1 /
Kulleġġ St Edward's / /
L-iskola Tad-Dorotej / /
Kulleġġ St Martin's 6 5
Kulleġġ San Anton 5 /
Jista' l-Ministru jgħid jistax il-bust ta' Re Ġorġ V jerġa' jmur lura fis-sit li kien fih - proprju fil-ġonna msemmija għalih u li ġew riabilitati u li x-xogħol ġie inawgurat proprju l-bieraħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi l-Bust tar-Re Ġorġ V għandu jibqa' fejn jinsab fil-preżent jiġifieri fil-Ġonna ta' San Anton. Informat li r-raġunijiet għalfejn dan għandu jibqa' hemmhekk huma illi ssirlu aktar ħsara jekk ikun ħdejn il-baħar.
Jistaxl-Ministru jinforma l-Kamra liema xogħol ta' manutenzjoni u kostruzzjoni hemm bżonn jsir ġewwa l-iskola primarja Dun Mauro Iguanez tal-belt Senglea?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada bdiet proċess biex b'konsultazzjoni ma' kull min hu involut tħejji rapport dettaljat tekniku ta' x'hemm bżonn f'kull skola tal-Gvern biex din tissodisfa l-istandards tal-Kurrikulu Nazzjonali. L-iskola ta' l-Isla tikwadra ruħha f'dan il-proċess u t-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta dan l-eżerċizzju jkun lest.
Jistax il-Ministru, b'referenza għad-domanda parlamentari preċedenti, jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli jinbeda x-xogħol fuq iż-żewġ imtieħen ġewwa Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li dan it-tip ta' xogħol għandu jiġi riferut lill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Cottonera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm shelters ta' żmien it-tieni gwerra Ħal Tarxien
u fejn qegħdin?
Fejn qiegħed id-dħul u l-ħruġ tagħhom?
Hemmx xi ħsieb li minħabba n-natura storika tagħhom dawn jitnaddfu u jinfetħu
għall-użu turistiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Nissuġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtoritajiet fl-Universita' qed iħallsu lill-istudenti demokristjani maltin jokkupaw l-ispazju fil-bini ta' l-Universita' b'mod sproporzjonat u li jeskludi organizzazzjonijiet oħra li se jikkontentaw l-elezzjonijiet għall-kunsill ta' l-istudenti universitarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux vera li l-awtoritajiet ta' l-Universita` taw xi permess lil xi organizzazzjoni ta' l-istudenti biex tokkupa spazju fl-Universita` b'mod li teskludi organizzazzjonijiet studenteski oħra.
Informat ukoll li l-organizzazzjonijiet li ser jikkontestaaw l-elezzjonijiet għall-kunsill ta' l-istudenti universitarji waslu għall-ftehim bejniethom kif jintuża minnhom l-ispazju quddiem 'University House'.
Jista' l-Ministru jgħid xi spazju ta' parteċipazzjoni għall-kunsilli lokali qed tippjana li jkun hemm il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għall-ħidma tagħha fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħsieb tal-Fondazzjoni hu li jkollha l-aħjar relazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali.
Att ta' l-Edukazzjoni — Educational Support Services Ltd
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kien hemm skond l-Att tal-Edukazzjoni lill-kumpanija Educational Support Services Ltd (ESS) biex topera għall-ħadmiet edukattivi tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumpanija, "Education Support Services" għandha l-permess biex topera bħala "Tuition Centre". Dan il-permess ingħata f'Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-istudenti fl-Universita' ta' Malta skond is-sena akkademika u l-gender mill-1995 sas-2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita` ta' Malta mill-1995 sas-sena 2000 huwa kif se nsemmi:
Sena Irġiel Nisa Total
1995 2925 3029 5954
1996 3245 3357 6611
1997 3127 3339 6466
1998 3346 3412 6758
1999 3533 3689 7222
2000 3475 3843 7345
2001 3556 4568 8124
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw finanzi għall-finanzament tal-iskejjel tal-Knisja s'issa matul din is-sena skolastika? Kemm kienet l-għotja għas-sena skolastika li għaddiet (2000/01) u kemm se tkun din is-sena (2001/02)
Response (GALEA, LOUIS)
Il-finanzjament ta' l-Iskejjel tal-Knisja jsir fuq bażi ta' sena finanzjarja u mhux sena skolastika.
Informat li mill-bidu ta' din is-sena finanzjarja sa l-aħħar ta' Marzu, ingħatat is-somma ta' Lm3,150,00.
L-għotja għas-sena finanzjarja 2001 laħqet is-somma ta' Lm8,250,000 filwaqt li dik għas-sena finanzjarja 2000 kienet ta' Lm8,080,000.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Kunsill ta' l-Universita' approva l-promozzjonijiet lill-istaff akkademika ta' l-Universita', x'rapporti dettaljati jkollhom il-membri biex ikunu jistgħu jaslu għad-deċiżjoni tagħhom, jew joqogħdu fuq sempliċi rakkomandazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tal-Promozzjonijiet hu magħmul minn tliet membri li jiġu eletti mis-Senat minn fost il-full professors li huma membri tas-Senat u minn membru li jiġi elett mill-Kunsill minn fost il-membri tiegħu li mhumiex membri ta' l-Universita`. Fil-każ ta' l-aħħar Bord dan kien il-President tal-Kunsill. Għalhekk, mhux korrett wieħed jgħid li l-Kunsill joqgħod fuq sempliċi rakkomandazzjoni. Meta l-kriterji huma magħrufa l-Bord, partikolarment meta deċiżjoni tkun waħda negattiva, ma jħossx li għandu jidħol fid-dettal bil-miktub. Ir-Rettur informa x'kienu n-nuqqasijiet lil dawk l-individwi, li ma ħadux promozzjoni u xtaqu jafu għaliex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatax il-promozzjoni għal Associate Professor fl-Universita' X'nuqqasijiet għandha fil-kwalifiki akkademiċi u tekniċi li ma ħallewhiex jilħaq il-kriterji stabbiliti biex jinħatar Associate Professor?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għall-aħħar parti tat-tweġiba għal PQ numru 32413 u għal PQ 32418.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatax il-promozzjoni għal Associate Professor fl-Universita? X'kellha defiċjenti fil-qasam tal-pubblikazzjonijet u l-lecturing tagħha li żammewha milli tilħaq il-kriterji stabbiliti biex tinħatar Associate Professor?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat kif ġej: il-persuna msemmija saret lecturer fl-10 ta' Ġunju 1994 u ingħatat promozzjoni ta' Senior Lecturer tul l-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet fit-28 ta' Jannar 2001. Minkejja li ma għaddewx il-ħames snin minn meta saret Senior Lecturer, xorta waħda ntbagħtet barra l-applikazzjoni. Żewġ professuri barranin indipendentement minn xulxin ħassew li l-persuna konċernata ma kellhiex tingħata promozzjoni ta' Associate Professor.
Bħala Ministru responsabbli mill-isports, jista' jgħid x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet varji biex jiżguraw li ma jkunx hemm min jieħu droga fl-isport? Fis-sena finanzjarja li għaddiet u s'issa din is-sena kemm kien hemm talbiet mill-għaqdiet sportivi, għall-dan l-għan? Kemm intlaqgħu? X'risultati kien hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għajnuna lill-għaqdiet varji biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbuż ta' droga fl-isport tingħata permezz ta' għajnuna finanzjarja biex isiru testijiet barra minn Malta f'laboratorji speċjalizzati.
Matul is-sena li għaddiet kien hemm talbiet mill-Malta Football Association u mill-Kummissjoni Regatta. Iż-żewġ talbiet ġew milqugħa. Din is-sena s'issa intbagħtu talbiet għall-għajnuna mill-istess għaqdiet. S'issa ġiet mgħoddija għotja lill-Kummissjoni Regatta. L-għajnuna lill-Malta Football Association tintbagħat wara li jiġu preżentati r-riċevuti.
Id-Dipartiment jitlob kopja tar-riċevuti biex jikkonferma t-testijiet meħtieġa. Ir-riżultati tat-testijiet ma jintbagħtux lid-Dipartiment iżda jiġu pubblikati mill-istess għaqdiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa fuq xogħlijiet li qegħdin isiru fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard?
X'xogħlijiet fadal li jitlestew u meta hu ippjanat li dan ix-xogħol jitlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar snin sal-lum saret in-nefqa kapitali ta' Lm531,163 f'xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' ĦAttard.
Ix-xogħlijiet li fadal jitlestew huma ta' finitura fis-sala l-ġdida li jikkonsistu f'xogħlijiet ta' injam, ħadid, zokklatura tal-ħitan u purtiera għal fuq il-palk: servizzi mekkaniċi u elettriċi u ta' finitura f'basement taħt is-sala ta' l-iskola u l-bini ta' sub-station fil-ġnien pubbliku li jmiss ma' l-iskola biex permezz tagħha tissaħħaħ il-provvista tad-dawl fl-istess skola. Dawn huma ppjanati li jitlestew sa tmiem is-sena 2002. Sadanittant fi sħubija mal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard hu pproġettat li jsir tkabbir ta' l-ispazji rikreattivi ta' l-iskola u hu ttamat li l-proġett ikun komplut sa l-aħħar ta' Awissu 2003.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-istudenti li qed jieħdu d-draftsman course tal-MCAST għadhom lanqas ħadu l-istipendju ta' Marzu?
X'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda ilmenti li xi studenti li qed jattendu l-kors ta' draftsman fl-MCAST ma rċevewx l-istipendju ta' Marzu fil-ħin.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel se jkun organizzat Hilti Local Centre mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?
F'kull skola kemm ġew reklutati persuni għal kull ċentru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li ġew reklutati għal kull ċentru huwa kif se nsemmi:
Ċentru Persuni reklutati
Cospicua 3
Dingli 3
Għaxaq 3
Gżira 3
Ħamrun 3
Valletta 3
Hemm 3 persuni li ġew reklutati biex jissostitwixxu lil xi ħadd li tinqalgħalu emerġenza.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna għandu bżonn it-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex jegħleb id-diffikultajiet biex jieħu l-edukazzjoni tiegħu?
X'għajnuna qed jingħata fl-iskola primarja ta' l-Imqabba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta dan it-tifel kien fil-Kindergarten f'Ġunju 1998 ġie identifikat li jista' għandu bżonn xi għajnuna. Il-Kap ta' l-iskola irreferietu lill-iStatementing Board. Fi Frar 1999, it-tifel ġie assessjat bħala 'slow learner' li għandu bżonn 'remedial teaching' iżda m'għandux bżonn facilitator. Fl-aħħar tal-Year I ġie deċiż li t-tifel jirrepeti l-ewwel sena, u wkoll ġie mogħti l-għajnuna minn 'remedial teacher'. It-tifel qed jingħata remedial teaching fuq bażi regolari, kif ukoll attenzjoni minn facilitator li għalkemm ma ġietx assenjata miegħu qiegħda tgħinu flimkien ma' tifel ieħor. Bħalissa l-każ qiegħed quddiem l-iStatementing Panel għal reassessment.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema istituzzjonijiet barranin intbagħtu l-pubblikazzjonijiet tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament waqt il-proċess ta' assessjar għall-promozzjoni akkademika li applika għaliha fl-Universita? X'kienu l-ġudizzju ta' dawn l-istituzzjonijiet barranin fuq ix-xogħol ta' din il-persuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jar l-Onor. Membru l-kriterji li fuqhom mexa l-Bord tal-promozzjonijiet huma magħrufa u pubbliċi. Informat li l-Bord unanimament ħass li l-każ imsemmi ma kienx jimmerita li jintbagħat biex jiġi assessjat barra. F'din il-materja, stante l-awtonomija ta' l-Universita` u bil-liġi kif inhi, il-Gvern m'għandux mezz kif jintervjeni ħlief billi l-każ jitressaq quddiem il-kunsill ta' l-Universita`. Barra minn hekk hemm ukoll l-Istituzzjoni ta' l-Ombudsman għall-Universita`.