Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-MTA li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta u għal kull stabbiliment/post jgħid x’attività jew attivitajiet hu liċenzjat għalihom? Sa x’ħin jista’ jibqa’ miftuħ għall-attività tiegħu skont il-permess/liċenzji li għandu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-MTA li joperaw tali attivitajiet f’San Ġiljan u għal kull stabbiliment/post jgħid x’attività jew attivitajiet hu liċenzjat għalihom? Sa x’ħin jista’ jibqa’ miftuħ għall-attività tiegħu skont il-permess/liċenzji li għandu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Festival Internazzjoni tal-Logħob tan-Nar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar humiex se jiġu involuti fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tim organizattiv tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu, jinsab bħalissa għaddej bl-aħħar tħejjijiet biex jiġu stabbiliti l-lokaltajiet fejn ser tittella l-edizzjoni tal-avveniment ta’ din is-sena. Ngħarraf lill-Interpellant illi meta jintgħazlu l-lokalitajiet, jittieħdu inkonsidirazzjoni l-aspetti kollha loġistici u dawk ta’ saħħa u sigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-bini tal-Palazz ta’ Selmun, liema bini qed tkompli ssirlu ħsara minħabba l-elementi naturali xitwin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal ma weġibna fil-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 17650, datata 15 ta’ Lulju 2015, f’rapport illi kien sar dwar il-Palazz ta’ Selmun fil-15 ta’ Lulju 2015 ħareġ illi ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ restawr.
Madanakollu, ninforma lill-Interpellant illi tqabbad perit sabiex jevalwa s-sitwazzjoni prezenti tal-bini ta’ dan il-wirt storiku.
Dan għaliex, għal kuntrarju ta’ dak li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti fejn dan il-Palazz tħalla mitluq meta l-lukanda ta’ Selmun ingħalqet u falla kull tentattiv għall-bejgh tal-lukanda, għandna rispett lejn il-valur li għandu dan il-bini għal pajjizna u għas-settur turistiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti li qed jattendu korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm minnhom huma full-time u kemm huma part-time?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19180, datata 14 ta’ Ottubru 2015.
National Aerospace Centre — scientist/researcher/engineer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni ta’ scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre hekk kif irriklamata f’Vacancy Number 293707 ġietx mimlija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pozizzjoni ta’ scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre hekk kif irriklamata f’Vacancy Number 293707, ntliet wara sejħa formali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti ppjanati mill-MATS b’rabta mas-servizz tat-traffiku tal-ajru, kemm dak ta’ effiċjenza kif ukoll fir-rigward ta’ aktar sigurezza?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Malta Air Traffic Services Ltd (MATS) investiet fi proġetti kapitali diversi. Dawn kienu jinkludu bini u stallazzjoni ta’ ¿ewġ radars ġodda, Voice Communications and Switching System, bini modern għas-Sezzjoni Teknika u Air Traffic Management System li se tkun kummissjonata fix-xhur li ġejjin.
Għas-snin 2015 u 2019, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proġetti u investimenti kapitali, l-pjan tal-Kumpanija hu li tibni Air Trafffic Control Centre ġdid, tinstalla sistema ta’ Aeronautical Message Handling System, stazzjon ta’ radar ġdid u stallazzjoni ta’ Automatic Dependent Surveillance – Broadcast. Dawn il-proġetti huma kollha mmirati biex itejbu l-operat tal-Kumpanija fl-erba’ setturi tar-Regolament tas-Single European Sky, jiġifieri sikurezza, effiċjenza, kapacita’ u ħarsien tal-ambjent. Il-kontrolluri, it-tekniċi u flight data support personnel se jkollhom iktar għodda moderna biex jaħdmu u jagħmlu xogħolhom b’iktar sikurezza u dan għall-benefiċċju ta’dawk kollha li jużaw l-ajru biex jivvjaġġaw.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-pjan komprensiv li saret referenza għalih waqt id-diskors tal-baġit 2016, li se jwassal sabiex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jingħata spinta ‘l fuq għal livelli ogħla li jiggarantixxu kwalità u eċċellenza fis-settur turistiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara perjodu ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li dan dawn l-aħħar 10 snin kien ikkaratterizzat minn nuqqas ta' investiment u dgħjufija fl-istrutturi ta' ġestjoni, issa għandna pjan komprensiv li ser iwassal mhux biss għaz-zmien meta l-Istitut kien fl-aqwa tiegħu izda għal livelli għola li jiggarantixxu kwalita’ u eċċellenza fis-settur turistiku.
Huwa għalhekk illi dan il-Gvern ser jinvesti aktar minn €56M f’kampus ġdid għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li ser jħalli frott kbir fis-settur turistiku u li bih se nbiddlu l-kwalita’ fit-tagħlim u apprentistat fl-ospitalita’. Dan ser ikun kampus state of the art illi ser iservi mhux biss fl-operazzjoni attwali tal-Istitut, imma l-Gvern se jkun qed jirreloka għal darb'oħra mudell ta' negozju ġdid ta' kampus internazzjonali fin-nofsinhar ta’ pajjizna.
Il-fatturi essenzjali tal-pjan ta' trasformazzjoni proposti jinkludu:
· Ir-rilokazzjoni tal-Istitut mill-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan għal Smart City fil-Kalkara;
· L-iżvilupp ta' kampus
all-inclusive
u
state of the art
tat-turizmu u l-ospitalita’;
· Reviżjoni sħiħa tal-programmi akkademiċi - primarjament reviżjoni fil-kontenut, il-firxa u l-livelli tal-programmi akkademiċi li jiġu offruti mill-Istitut;
· Titjib fil-livell tal-programm edukattiv tal-Istitut minn Livell MQF 5 (Diploma) sal-Livell MQF 7 (Grad ta' Masters);
· Formazzjoni t’alleanzi strateġiċi ma' skejjel internazzjonali u rinomati f
’hospitality management.
Tnieda wkoll Kumitat Xjentifiku li ser jiddentifika ‘skill gaps’ u nuqqasijiet fil-ħiliet e¿istenti fl-industrija tat-turizmu sabiex jiġu ndirizzati. Wara li riċentament saret reviżjoni u titjib tal-kurrikulu tal-Istitut, dan il-kumitat ser janalizza wkoll nuqqasijiet li jistgħu jirri¿ultaw mill-kurrikulu u fl-istess ħin se ssir riċerka biex titjieb l-esperjenza edukattiva u l-programmi ta’ taħriġ fi ħdan l-ITS.
Fil-jiem li ġejjin, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandiera u r-Ristoranti (MHRA) u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) l-Istitut ser ikun qed jiftaħ applikazzjonijiet għal kors ġdid u intiż għal dawk il-ħaddiema li diġà jaħdmu fis-settur turistiku u li jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom. Dan il-kors se jkun qed jiġi offrut b’xejn lil dawk interessati bl-iskema ta’ Training Aid Framework ipprovduta mill-ETC u l-Unjoni Ewropea mill-Fond Socjali Ewropew.
Conventions Malta – pjanijiet fil-qasam ta’ konvenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-qasam tal-konvenzjonijiet u kungressi, issa li tniedet Conventions Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara li ġiet varata f’Mejju tal-2015, Conventions Malta talbet lill-istakeholders prinċipali fil-qasam tal-Konferenzi li huma d-DMCD (li tirrapreżenta lid-Destination Management Companies) u l-MHRA (li tirrapreżenta lill-Lukandiera u r-Ristoranti) biex jappuntaw żewġ rappreżentanti għal kull organizzazjoni fuq Working Group. Dan il-Working Group jinsab għaddej b’ħidma biex tinbena kampanja ta’ rebranding għas-settur. Din il-kampanja ser tkun qiegħda tagħti dehra ġdida għal mod ta’ kif jiġu reklamati l-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni ideali għall-konferenzi u avvenimenti oħra. Il-Kampanja ser tkun qiegħda tagħmel enfażi biex tattira aktar konferenzi u avvenimenti fix-xhur kajmana tax-Xitwa.
Xogħol ieħor li qiegħed isir bħalissa hija l-kreazzjoni ta’ Sit Elettroniku ġdid. Dan ser ikun għodda vitali mhux biss għal min irid ikun jaf dwar id-destinazzjoni tagħna, iżda ser tkun qiegħda iġġorr informazzjoni b’aċċess kontrollat għall-istess stakeholders fl-industrija. Fiha ser ikun hemm informazzjoni teknika li wieħed ikun jista jaċċessa online meta jkun qiegħed jinnegozja ma’ klijenti barranin madwar id-dinja. Dan huwa mportanti ħafna f’dan il-qasam biex tingħata informazzjoni pronta.
Huwa ppjanat li l-kampanja ta’ promozzjoni kif ukoll is-Sit Elettroniku jkunu lesti biex jiġu varati f’April 2016, fil-ħin għal IMEX ġewwa Frankfurt il-Ġermanja illi hija waħda mill-aktar fieri importanti fil-qasam tal-Konferenzi.
Conventions Malta qiegħda wkoll tippjana biex tipparteċipa mal-istakeholders, f’fieri Internazzjonali differenti minn dawk li normalment tieħu sehem fihom. Partikolarment fi swieq ġodda illi ser inkunu qegħdin nesploraw.
Ħidma oħra minn Conventions Malta hija l-kollaborazzjoni ma’ entitajiet Governattivi bħall-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Transport Malta, GHRC, Pulizija u aktar, fuq proġetti infrastrutturali ta’ skala Nazzjonali. Din il-kollaborazzjoni hija mportanti ħafna biex l-istakeholders jiġu nfurmati b’xogħlijiet li jista’ jaffetwa l-gruppi u Konferenzi li jaħbtu meta jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet.
Ħidma oħra li qed issir minn Conventions Malta flimkien mal-istakeholders tinkludi reviżjoni ta’ skemi u ħolqien ta’ oħrajn ġodda biex ninċentivaw Konferenzi minn assoċjazzjonijiet internazzjonali; programmi edukattivi biex nimmeljoraw il-kwalità tas-servizzi li noffru; u studju dwar l-infrastrutturi u l-faċilitajiet eżistenti u xi żvillupp ser ikun meħtieġ li jsir f’pajjiżna biex nilqgħu għad-domanda tal-industrija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Ministeru għat-Turiżmu biex isaħħaħ is-settur tal-avjazzjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Is-settur ta’ l-Avvjazzjoni esperjenza tkabbir ta’ 69% matul dawn l-aħħar erba’ snin – hekk kif rajna li sa’ l-aħħar ta’ l-2015, id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili rreġistra iktar minn 200 ajruplan fuq ir-Reġistru Malti; 29 Air Operator Certificate holders; 29 Continuing Airworthiness Management Operators; 5 organizzazjonijiet ta’ taħriġ fl-avjazzjoni; 5 organizzazjonijiet li jispeċċjalizzaw f’manutenzjoni ta’ l-ajruplani (magħrufa bħala Part 145) u 4 organizzazjonijiet oħra li jispeċċjalizzaw fit-taħriġ f’manutenzjoni (magħrufa bħala Part 147). Dawn in-numri ma jinkludux kumpaniji oħra li ddeċidew li jkunu lliċenzjati taħt reġistri oħrajn Ewropej għal diversi raġuniijiet, fosthom prattiċi tal-kumpaniji nfushom. Wieħed għandu wkoll jinnota li l-kumpaniji lokali ta’ manutenzjoni baqgħu jkabbru l-firxa ta’ klijenti, investew f’liċenzji ġodda u servizzi speċjalizzati, hekk kif il-fiduċja f’dan is-settur baqgħet tissaħħaħ u tikber lokalment.
Għal dan il-għan, il-Ministeru kompla x-xogħol fuq dan is-settur mil-lat leġislattiv, amministrattiv u politiku. Mil-lat legislattiv, il-Ministeru għat-Turizmu qiegħed jaħdem flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, sabiex isir titjib fl-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Inġenji ta’ l-Ajru. Dawn l-emendi qegħdin jiġu imħejjija wara li ġiet ikkunsidrata l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin u proċessi ta’ kif dan ir-Reġistru jista’ jsir iktar kompettitiv u effiċjenti. Filwaqt li nikkunsidraw l-izviluppi li qed iseħħu fid-dinja ta’ l-avjazzjoni u fl-isfera tas-sigurta’ fl-avvjazzjoni, ammont ta’ xogħol qiegħed ukoll iseħħh fuq ir-regolamentazzjoni ta’ l-uzu tad-
drones
fl-ispazju ta’ l-ajru tagħna. Għalkemm il-ligi adha ma ġietx ippubblikata, l-analizi meħtieġa qegħda sseħħ mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, kif ukoll mad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili - b’dan ta’ l-aħħar isegwi kostantament l-izviluppi li qegħdin iseħħu f’dan is-settur min-naħa tal-
European Aviation Safety Agency
. Flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, qegħdin naħdmu sabiex Malta tkun parti mill-pajjizi li jħaddmu b’mod sħiħ il-Konvenzjoni ta’
Cape Town
li permezz tagħha xerreja ta’ ajruplani li jkunu rreġistrati fuq ir-reġistru Malti, jkunu jistgħu jibbenefikaw minn massimu ta’ 10% inqas mis-somma totali mislufa sabiex ix-xiri ta’ l-ajruplan iseħħ. Flimkien mal-Ministeru ta’ l-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali qegħdin naħdmu sabiex l-aħħar emendi li seħħew fil-Protokoll ta’ Montreal jiġu trasposti fl-Att tas-Sigurta’ ta’ l-Avvjazzjoni Nazzjonali. Flimkien ma’ Finance Malta, qegħdin ukoll f’diskussjonijiet sabiex intejbu mizuri relatati ma’
aircraft leasing
.
Bħalma semmejt, is-settur ta’ l-avjazzjoni esperjenza tkabbir sostanzjali f’dawn l-aħħar erba’ snin u għalhekk hemm iktar ħtieġa ta’ ħaddiema f’dan is-suq. Flimkien mal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknologija qegħdin nibqgħu nħeġġu korsijiet li jipprovdu t-taħrig neċessarju f’diversi oqsma ta’ l-avjazzjoni, inkluz manutenzjoni, enġinjerija u
flight operations
. L-Istitut tat-Teknologija fl-Avjazzjoni, fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta, ser ikun ukoll punt importanti fejn studenti jispeċċjalizzaw f’diversi oqsma relatati ma’ l-Avjonika, Maniġjar ta’ Traffiku fl-Ajru kif ukoll diversi tipi ta’ Manutenzjoni li jseħħu fuq inġenji ta’ l-ajru. Qegħdin ukoll naħdmu sabiex ikollna inċentivi li jħeġġu ħaddiema, kwalifikati fis-settur ta’ l-Avjazzjoni izda li l-ħiliet tagħhom ma jinstabux fis-suq tax-xogħol lokali, biex jitrassferixxu ruħhom għal-ammont tas-snin Malta u fl-istess waqt jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-kumpaniji lokali u jgħallmu ħaddiema oħra f’dan is-settur.
Kumplimentari ma’ Regulatur efficjenti u ħaddiema imħarrġa, l-Industrija tħoss li hawn l-opportunita’ għall-riċerka li sseħħ lokalment, sabiex ukoll tgħin fl-izvilupp tal-kumpaniji lokali. Għal dan il-għan, il-Ministeru għat-Turizmu qiegħed jaħdem bis-sħiħ sabiex jitwaqqaf iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni. L-ewwel fazi ta’ dan il-proġett qiegħed jiġi implimentat permezz ta’ fondi Ewropej taħt il-programm
Horizon 2020
; fejn flimkien man-
National Aerospace Centre
, ibbazzat fl-Olanda, kif ukoll mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, qegħda ssir ħidma sabiex iċ-ċentru jkollu pjan ta' implimentazzjoni mill-aspett ta' riċerka filwaqt li noħolqu l-istruttura amministrattiva, finanzjarja u leġislattiva, sabiex dan iċ-ċentru jopera b'mod effiċjenti. Dan il-pjan għandu jkun lest sa' nofs is-sena 2016. Bħala Ministeru, lesti li nibdew natwaw dan il-pjan permezz ta’ fondi lokali u eventwalment, inkabbru dan iċ-ċentru kemm f’termini infrastrutturali u operattivi permezz ta’ fondi Ewropej allokati għall-proġetti ta’ din in-natura. Apparti riċerka, dan iċ-Ċentru ser iservi bħala
focal point
fejn l-Industrija ta’ l-Avjazzjoni tiddiskuti magħna l-ħtiġijiet kurrenti u futuri tagħha filwaqt li nsibu soluzzjonijiet fattibli b’koperazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħra konċernati. Iċ-Ċentru ser ikompli bil-ħidma tal-Ministeru għat-Turizmu billi jagħti l-appoġġ konsultattiv tiegħu waqt li temi pertinenti għas-settur ta’ l-avjazzjoni, ikunu qegħdin jiġu diskussi fuq livell Ewropew u flimkien ma’ Ministeri u entitajiet oħra, inqisu l-impatt rispettiv.
Bħalma ġie imħabbar ftit tal-jiem ilu, il-
Malta International Airport
ħabbar tkabbir fin-numru ta’ passiġġiera li uzaw l-ajruport tagħna matul l-2015 u jidher li ser ikun hemm andament pozittiv anki matul l-2016. L-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu, flimkien mal-
Malta International Airport
, ser tkompli taħdem sabiex tagħti s-
support
neċessarju biex ikunu attratti iktar linji ta’ l-ajru lejn pajjizna u titjieb il-konnettivita’. Fl-ambitu ta’ konnettivita’, il-ħidma tkompli biex jitwessa’ n-
network
ta’
Air Service Agreements
li bħalissa jammontaw għal 70
agreement
, inkluz numru minnhom li beda l-proċess ta’ ratifikazzjoni. Il-
Malta International Airport
ħabbret ukoll investiment sostanzjali fl-infrastruttura tat-
terminal
, il-bini tal-madwar u
runways
. Il-
Malta Air Traffic Services
kompliet bil-pjani ta’ investiment taghha, fejn ikkommettit ma’ l-Unjoni Ewropeja illi sa’ l-aħħar tas-sena 2019, se tinvesti madwar 28 miljun Ewro sabiex issaħħaħ il-faċilitajiet u t-tagħmir li topera bih. Kif għamlet ukoll matul it-tliet snin ta’ qabel, il-Kumpanija qegħda tiffinanzja l-ispi¿a kapitali kollha mill-
working capital
tagħha u mingħajr il-ħtiega illi tirrikorri għal self mingħand il-Gvern jew banek kummerċjali (kif kien jiġri fis-snin ta’ qabel). Dan il-Gvern kontinwament ifittex li jimmoderni¿¿a l-apparat operattiv u tekniku sabiex jibqa’ aġġornat fuq ¿viluppi li qed isiru kontinwament fis-settur tal-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru madwar l-Ewropa. Sa’ issa, l-
Malta Air Traffic Services
kompliet xogħolha fuq il-proġett ta’ l-Air Traffic Management (ATM) System Upgrade; l-Aeronautical Message Handling; Centru ta’ Kontroll gdid ghat-traffiku ta’ l-ajru; bdil tal-primary radar ta’ Had-Dingli u l-introduzzjoni tas-sistema Automated Dependent Surveillance Broadcast.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tkun effettiva l-Film Commission biex ittejjeb ir-riżorsi umani f'dan il-qasam?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sentejn li għaddew il-Film Commission wettqet b’suċċess proġett ta’ taħriġ li sewa’ aktar minn Euro 800,000 li kien iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.
B'kollox ingħataw taħrig 384- il persuna fl-industrija tal-films. Din il-figura hija ħafna akbar minn dak antiċipat, għaliex il-mira oriġinali tal-proġett kien li jingħataw taħrig 100 persuna biss. Tant kien hemm rispons tajjeb li l-Film Commission estendiet l-Korsijiet kemm f’Malta u anke f’Għawdex.
B'kollox saru 19-il kors speċjalizzat f'Malta, 10 workshops f'Għawdex, sensiela ta' master classes u sar ukoll film b'kollaborazzjoni ma' esperti minn Film London fejn studenti ingħataw taħriġ b'mod prattiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxilhom jattiraw xogħol u jiġġeneraw attività ekonomika minn meta l-Gvern ħa lura t-tmexxija tal-film studios fil-Kalkara?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2015 kien hemm 6 produzzjonijiet internazzjonali li ħadmu fil-Film Studios fil-Kalkara. B’kollox, f’Malta, dawn nefqu aktar minn tnax –il miljun ewro. Magħhom ħadmu numru kbir ta’ nies, kemm fl-istudios u anke f’diversi locations oħra li kellhom f’Malta.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ inċentivi li tħallsu lill-films jew audio-visual productions fis-snin 2013, 2014 u 2015 sena b’sena? Għal kull każ, jista’ jgħid:
a) x’kien l-isem tal-produzzjoni;
b) kemm intefqu flus f’Malta minn din il-produzzjoni;u
c) kemm tħallsu inċentivi u f’liema metodu tħallsu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-ammont ta’ flus li ntefqu f’Malta minn produzzjonijiet u l-ammont ta’ nċentivi li tħallsu hu kif ġej:
Ammont ta’ flus li ntefqu f’Malta (€)
Ammont ta’ nċentivi (€)
2015
104,989,536
18,841,240
2014
28,870,792
5,087,867
2013
4,411,491
1,010,140
Il-breakdown tal-figuri tal-ammont ta’ flus li ntefqu f’Malta minn produzzjonijiet u l-ammont ta’ nċentivi li tħallsu ta’ kull produzzjoni huwa ta’ natura kummerċjalment sensittiva u allura ser jingħata biss it-total.
Ngħarraf lill-Interpellant illi n-numru ta’ produzzjonijiet tal-2015 għadhom qed jiġu awditjati u għaldaqstant għadhom fuq bazi ta’ stima.
Il-flus jitħallsu direttament permezz ta’
bank transfer
wara li kull proġett jiġi awditjat minn awditur indipendenti u approvat mill-awtoritajiet konċernati.
Air Malta – ħaddiema — early retirement, voluntary redunancy jew skemi simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat f’kull grad tal-Air Malta ħa xi forma ta’ early retirement, voluntary redundancy u/jew xi skema simili ta’ tmiem tal-impjieg u kemm tħallsu komplessivament f’kull grad u jagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad li kienu jokkupaw l-impjegati konċernati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex, billi ir-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, jispeċifika l-perjodu li għalih qed jitlob l-informazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14686, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju/analiżi msemmi fit-tweġiba fuq l-edizzjoni tal-kunċert tal-MTV għas-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14686, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-analiżi dwar l-Isle of MTV sar kif kont infurmajt lil din il-Kamra fl-istess tweġiba. L-analiżi saru fuq tliet livelli. Wieħed li analizza l-kampanja fuq il-mezzi pubbliċitarji kollha tal–VIACOM, ieħor analizza kampanja nidpendenti ffukata fuq is-Social Media, u ieħor li tratta mistoqsijiet magħmula fuq kampjun ta’1800 ruħ maqsuma bejn 1,600 ruħ udjenza tal-MTV u 200 oħra li mhumiex.
Mill-analizi joħroġu rizultati relatati mal-pubbliċità ta’ dan l-avveniment, li permezz tiegħu qegħdin nippromovu l-Gzejjer Maltin. L-Awtorità Maltija għat-Turizmu ħadet ħsieb ukoll li l-analizi ikunu speċifikament immirati lejn is-swieq li fil-verità jinteressa s-settur turistiku tagħna, partikolarment fejn għandna rotot minn u lejn Malta.
Ir-riżultati miksuba meta wieħed jiġbor il-mezzi kollha publiċitariji tal-VIACOM u l-artist (twitter, facebook, instagram, eċċ) intlaħqu mhux anqas minn 315 miljun touch point, jiġifieri kemm il-messaġġ b’xi mod jew ieħor ikun miss ma’ konsumaturi.
F’kampanja separata ffukata fuq Social Media għal Malta Music Week u IoMTV, fuq Facebook waħdu intlaħqu mhux anqas minn 5.6 miljun persuna. Filmat li kien ittella fuq Facebook ukoll, kellu 1.7miljun View u 1.2miljun azzjoni (jiġifieri likes, shares, clicks u kummenti). Dawn huwa biss sommarju tat-tliet rapporti dettaljati li qed jiġu mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra: (i) IoMTV 2015 Report Debrief; (ii) Social Media Awarness Campaign; (iii) VIMN Contact report IoMTV 2015.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14688, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar xi proġetti saru jew qed isiru biex il-komunità Furjaniża tiġi kkumpensata għall-inkonvenjent li joħolqilhom il-kunċert tal-MTV?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14688, ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fil-frattemp saru u qed ikomplu jsiru diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali Furjaniż dwar il-kollaborazzjoni u għajnuna għall-proġett fil-Furjana biex tibbenifika minnhu l-kommunità Furjaniza.
Il-Kunsill Lokali ssottometa lill-Awtorità Maltija għat-Turizmu l-proġett li jixtieq l-għajnuna għalih. Dan il-proġett qiegħed għal konsiderazzjoni tal-Awtorità sabiex ikun stabbilit b’liema rizors finanzjarju u/jew tanġibli ser tkun qiegħda tagħti l-għajnuna. Din id-deċiżjoni mistennija tkun ittieħdet fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti timeline ta’ kif se ssir il-migrazzjoni tal-ITS mis-sit eżistenti għall-SmartCity Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qegħdin fi stadju avvanzat ta’ ippjannar tal– proġett tal-migrazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi mis-sit ezistenti f’San Ġiljan għal SmartCity. Aktar dettalji dwar dan jingħataw la darba din il-fazi tkun kompluta fix-xhur li ġejjien.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti fl-Istitut għat-Turiżmu t’Għawdex? Liema korsijiet qed isegwu? Jista’ jgħid kemm hemm għalliema fl-istess Istitut u x’suġġetti jgħallmu dawn l-għalliema? Kemm kienet l-ispiża totali ta’ dan l-Istitut fis-sena 2015 u fiex kienet maqsuma din l-ispiża?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal ma diġa tajna l-informazzjoni f’Mistoqsija Parlamentari bin-numru 19180, datata 14 t’Ottubru 2015, l-Istitut ghall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex għandu 9 studenti full-time li qed isegwu diploma f’Food Preparation and Production Operations. Hemm ukoll 14-il student li qed isegwu l-kors Basic Kitchen and Larder; 6 studenti li qed isegwu l-kors Basic Pastry and Baking; 3 studenti li qed isegwu Pastry and Baking f’livell intermedju; u student li qed isegwi kors fuq Kcina f’livell intermedju. Fl-2015, l-ITS provdiet ukoll Food Handling Course li għalih attendew 13-il student. Qed jiġu pprovduti wkoll korsijiet part-time, b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, illi għalihom qed jattendu 52 student.
L-Istitut f’Għawdex hemm lecturer illi jgħallem fuq bażi full-time u erba’ visiting lecturers mill-campus ta’ Malta.
L-ispiża diretta għal-campus ta’ Ghawdex, fis-sena 2015, kienet ta’ Euro 125,000.
Ministeru għat-Turiżmu — Nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21332 u 21530 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.