Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Kaċċaturi f'Ħal Safi peress illi x-xogħol ilu li beda fuq tliet snin u f'dawn l-aħħar sentejn u nofs ma sar l-ebda progress ta' xogħol bir-riżultat illi r-residenti ta' din it-triq qegħdin ibatu inkonvenjenti kbar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-rekords ta’ Transport Malta ma hemm l-ebda permessi għal xogħlijiet kbar f’din it-triq. Il-permessi li kien hemm fuq din it-triq huma ta’ xogħlijiet żgħar tal-Korporazzjoni tal-Ilma.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa’ l-video ta’ Transport Malta biex jippromwovi Triq il-Kosta, u min kienu l-kumpaniji / individwi involuti fil-filmat u l-produzzjoni tiegħu? Jista’ jgħid jekk dawn intgħażlux bi quotation jew b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-video ta’ Transport Malta biex jippromwovi Triq il-Kosta ġie jiswa €750. Il-filmat inġibed mill-kumpanija Aerial Malta u l-editjar sar kollu inhouse minn Transport Malta. L-għażla tal-kumpanija li ħadet ħsieb tal-ġbid tal-filmat saret skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jilqa’ t-talba li ressqu b’mod konġunt il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi rigward triq li tgħaddi minn Wied il-Għomor u tgħaqqad lil San Ġwann permezz ta’ Triq Pelikan ma’ Triq il-Qasam fis-Swieqi? Jista’ jgħid jekk it-talbi hijiex sabiex titwessa’ din it-triq għal two way traffic u jsir il-pavimentar neċessarju? Jista’ jgħid jekk hux konxju li kif jibda x-xogħol fil-Kappara Junction, din it-triq se tkun rotta alternattiva għas-sewwieqa u l-problema ta’ gridlock se tiżdied?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq maġenb Wied il-Għomor li tgħaqqad il-lokalita’ ta’ San Ġann ma’ dik tas-Swieqi ġiet identifikata bħala rotta alternattiva marbuta mal-proġett tal-junction tal-Kappara. Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħlijiet żgħar biex jitwessgħu żewġ pinch points tul din it-triq u se tkun qed tagħmel ukoll xi xogħlijiet ta’ asfaltar. B’dawn l-interventi ta’ Transport Malta, it-triq se tkun tiflaħ takkomoda traffiku miż-żewġ direzzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru mini żgħar fil-ġnub tal-mina ewlenija ta’ tarf fi Triq is-Swieqi, fis-Swieqi peress li hi ta’ perikolu għan-nies li jkunu qegħdin jimxu minnha u bil-karozzi dejjem għaddejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment se jiġi nkluż mal-proġetti prospettivi ta’ Transport Malta. Il-possibilita’ tal-inklużjoni ta’ dan il-proġett ma’xogħlijiet ta’ Transport Malta ser tiddependi mill-prioritajiet u fondi disponibbli.
Transport Malta – policy għar-residential parking schemes
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġi stabbilit residential parking scheme f’xi lokalità partikolari? Liema policy qed tuża Transport Malta biex jiġu stabbiliti residential parking schemes fid-diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent mhux qed jiġu pproċessati talbiet għal Parkeġġ ikkontrollat għar-Residenti għax il-polza għal tali skema ġiet ristrutturata u ser titnieda bħala parti mid-dokument tal-polza l-ġdida dwar il-parkeġġ fit-toroq fejn sussegwentament kull skema eżistenti trid ukoll tottempra ma’ tali polza hekk kif riveduta.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li għandhom residential parking schemes awtorizzati? F’kull każ, meta ġew awtorizzati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi ta’ Parkeġġ Ikkontrollat għar-Residenti huma awtorizzati fil-lokalitajiet hekk kif elenkati fl-Avviż Legali 293 tal-2001, fl-Avviż Legali 200 tal-2009, fl-Avviż Legali 76 tal-2011 u fl-Avviz Legali 157 tal-2013. L-awtorizzazzjoni fuq bażi permanenti għal kull skema hija d-data tal-Avviż Legali rispettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema toroq qed isiru diskussjonijiet mal-korporazzjonijiet li jagħtu servizz, biex fihom isiru service culverts fil-ġnub tal-istess toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li service culverts jiġu diskussi ma’ kull entita’ li tagħti servizz qabel kull proġett ta’ rikostruzzjoni f’toroq arterjali u distributorji.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsibijiet hemm għal traffic management meta jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction, u speċifikament jgħid kif se tintlaqat il-lokalità ta’ San Ġwann u dik tas-Swieqi? Jista’ jgħid xi rwol se jkollha it-triq li hemm għaddejja fil-wied li tgħaddi lil San Ġwann għas-Swieqi u Triq il-Pellikan u jista’ jgħid jekk Triq il-Pellikan hiex se titwessa’?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan hu li tul ix-xogħlijiet se jitħalla aċċess minn u lejn il-junction tal-Kappara mit-toroq arterjali. Uħud mit-toroq fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann u Swieqi se jkunu qed iservu bħala rotot alternattivi. Rigward it-triq li tgħaqqad lill-lokalita’ ta’ San Ġwann ma’ dik tas-Swieqi, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20082.
Kunsill Lokali Ħamrun – Proġett għal Triq il-Kbira, San Ġużepp
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16447 u 16809, jista’ l-Ministru jgħid favur min ġiet aġġudikata t-tender għall-proġett fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun? Jista’ jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender għadu fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li twettqu fil-Ħamrun fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ dawn il-proġetti u n-nefqa għal kull proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettaq xogħol infrastrutturali fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun. In-nefqa għal dan il-proġett kienet ta’ €13,000.
Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ għamlet dawn ix-xogħlijiet:
· Xogħol t’asfaltar, Triq Joe Gasan, Ħamrun, Stima ta’ €159,550.75.
· Xogħol ta’ tiswija fil-wiċċ tat-triq, Ħamrun / Marsa By Pass, Stima ta’ €281,200
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li twettqu fil-Belt Valletta fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ dawn il-proġetti u n-nefqa għal kull proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettaq dawn il-proġetti fil-Belt Valletta fil-perjodu msemmi:
Xogħol ta’ pavimentar fi Triq l-Odinanza – (ix-xogħol kien
jinkludi pavimentar ġdid u tibdil ta’ servizzi) € 350,000
Xogħol ta’ pavimentar fi Strada Stretta
(ix-xogħol għadu għaddej) – (ix-xogħol kien jinkludi
restawr ta’ turġien tal-qawwi, pavimentar ġdid,
tibdil ta’ servizzi u stallazzjoni ta’ dawl tat-triq) €600,000
Xogħol fuq il-latrina tal-Barrakka ta’ Fuq €56,000
Xogħol fis-sit tal-monument tal-Valletta 18 ħdejn
it-Terminus tal-Karozzi tal l-Linja €62,651
Barra minn hekk Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ għamlet dawn ix-xogħlijiet:
· Civil works and pavimentar, Triq l-Ordinanza, Valletta, Stima ta’ € 200,000.
·
Major Patching
, Triq il-Mediterran, Valletta, Stima ta’ € 145,000,00.
Minn naħa tagħha il-Grand Harbour Regeneration Corporation għamlet dawn ix-xogħlijiet:
Proġett ta' Bieb il-Belt €86,404,735
Jinkludi Teatru, Bini tal-Parlament u l-Akwati tal-
madwar
Forti Sant Iermu €16.759,629
Restawr u Mużew
St. James Ditch Parking €97,858
Parkeġġ
Pjazza Kastilja €3,042,120
Civil Works, Paving, Lighting, Landscapping u Street
Furniture
Grad Master Palace €721,545
Restoration of Archbishop Street Facada and
Courtyard Lighting Courtyards
Bus Terminus Phase 2
Xogħol infrastrutturali qiegħed fl-aħħar fażijiet. Il-Kontijiet finali qed jiġu ppreparati filwaqt li l-istima kuntrattwali għax-xogħlijiet hija dik ta' €1.2 miljun.
Xogħlijiet anċillari oħra li qed isiru bħalissa f’dan l-istess sit u li jinkludu xogħol temporanju bħal dawl, tined, mobile toilets, u għamara oħra jammontaw għal stima approssimattiva ta’ €200,000
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li twettqu fil-Furjana fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ dawn il-proġetti u n-nefqa għal kull proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet:
Kostruzzjoni ta’
build outs
u żebgħa ta’
line markings
, Triq Sarria, Furjana, Stima ta’ € 6,000.
Xogħlijiet maġġuri ta’
patching
, Triq Sant’ Anna, Furjana, Stima ta’ € 146,000.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed titressaq din il-mistoqsija, Misraħ Lewża, San Ġwann ilu għall-ammont ta’ ġranet bla dawl? Meta hu mistenni li tittieħed azzjoni biex il-problema titranġa darba għal dejjm u kemm jista jkun malajr ?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonnċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabux deviation routes oħra qabel ma jibda x-xogħol fuq il-Kappara Junction? Jekk sab, liema huma? Se jsir xogħol ta’ manutenzjoni f’dawn ir-rotot alternattivi? Jekk iva, meta se jibda x-xogħol? Jekk dawn id-deviation routes jinkludu toroq residenzjali fil-lokalitajiet, x’konsultazzjoni saret mal-Kunsilli Lokali/Kumitati Amministrattivi rispettivi biex ikun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni meħtieġa f’dawn il-lokalitajiet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tikkjarifika għal-liema rotot oħra ta’ devjazzjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar tas-sena 2016 hu ppjanat li jibda x-xogħol fil-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-junction tal-Kappara mistennija jibdew lejn il-bidu tas-sena d-dieħla bl-ewwel xogħlijiet isiru fuq ir-rotot ta’ devjazzjoni.
Peress li x-xogħol fuq il-Kappara Junction mistenni jdum sentejn, jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fil-Marsa Junction mhux se jibda waqt li jkun għadu għaddej ix-xogħol fil-Kappara Junction? Fid-dawl ta’ dan, jikkonferma li x-xogħlijiet fil-Marsa Junction se jkunu qed jinbdew f’din il-leġiżlatura?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-junction tal-Marsa se jkun determinat mill-Grant Agreement mal-Unjoni Ewropea. Ta’ min iżid ukoll li x-xogħol fuq il-Marsa Junction mhux kollu se jkun qed jaffettwa l-andament tat-traffiku. Għaldaqstant ċertu xogħlijiet fuq il-junction tal-Marsa jistgħu jinbdew waqt li x-xogħlijiet fuq il-Kappara junction ikunu għadhom ma ntemmux.
Transport Malta – kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt tat-trasport pubbliku
Question
In vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19537, fejn intqal li n-nuqqasijiet li jiġu osservati dwar it-trasport pubbliku, kif ukoll l-andament tar-rotot jinġabru f’rapporti u maħruġa kull ġimgħa jew kull xahar, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn ir-rapporti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba hija għall-konsum intern ma narax li jkun opportun li tkun ippublikata.
Jista’ l-Ministru jgħid, lokalità b’lokalità kemm-il-parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità, tneħħa minn kull lokalità, lokalità b’lokalità bejn Marzu 2013 sat-22 ta’ Ottubru 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ parkeġġi riservati għall-persuni b’diżabilità li tneħħew bejn il-perjodu msemmi huwa hekk kif ġej:
Balzan – 5
Birgu – 2
Birkirkara – 2
Birżebbuġa – 3
Bormla – 4
Fgura – 10
Fontana – 1
Furjana – 1
Għajnsielem – 1
Għargħur - 2
Gudja - 2
Gżira – 9
Ħamrun – 47
Isla - 2
Kalkara – 6
Lija – 1
Luqa – 2
Marsa – 3
Marsaskala – 1
Marsaxlokk – 1
Mellieħa – 1
Mġarr (Malta) - 1
Mosta – 6
Msida – 13
Mtarfa – 2
Mqabba – 1
Munxar – 1
Naxxar – 6
Raħal Ġdid – 17
Pembroke – 2
Pieta’ – 4
Qormi – 5
Qrendi – 3
Rabat (Għawdex) - 1
Rabat (Malta) – 11
San Ġiljan – 4
San Ġwann – 4
San Pawl il-Baħar -31
Sannat – 1
Santa Venera - 1
Sliema – 27
Swieqi – 3
Ta’ Xbiex – 2
Tarxien - 1
Valletta – 4
Xgħajra – 3
Żabbar – 4
Żebbuġ (Malta) – 3
Żejtun – 4
Żurrieq – 6
Dawn il-parkeġġi riżervati jitneħħew għal diversi raġunijiet fosthom li l-persuna b'diżabilità jiġi nieqes, jmur jgħix ġo home, ibiegħ il-vettura, jirriżulta każ ta' abbuż, jew il-mobilita’ tal-persuna taqleb għall-aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid ix-xogħol li se jibda fis-26 ta’ Ottubru 2015 fuq Triq R Caruana Dingli, f’San Ġwann, meta hu maħsub li se jitlesta konklussivament u ċjoè inkluż ir-resurfacing ta’ din l-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi tal-programm preżenti, x-xogħlijiet fuq din it-triq għandhom jistlestew sal-aħħar tas-sena.