Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25869 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

S.M.S.

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir kontrol fuq min jibgħat messaġġi baxxi u abbużivi fuq it-telefon ċellulari ċioe fuq is-sistema S.M.S tal-Go Mobile u Vodafone?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'każijiet simili l-Pulizija, bil-koperazzjoni ta' l-operaturi awtoriżżati u b'approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, tieħu l-passi neċessarji kontra min jagħmel użu mhux xieraq ta' xi apparat telefoniku nkluż dak ta' telefon ċellulari u dan ukoll skond l-Artiklu 39 tal-Kap 399 tal-Liġijiet ta' Malta. Dwar messaġġi SMS li jidhru fuq il-mobiles, jista' jkun possibbli li jiġi ntraċċat jekk il-messaġġ intbagħatx minn fuq mobile ieħor, peress li jidher in-numru tal-mobile li minn fuqu ntbagħat il-messaġġ. Jekk pero', l-SMS intbagħat minn fuq website, teknikament hu kważi mpossibli li wieħed isir jaf is-sors oriġinali ta' tali messaġġ.

Żejtun — Triq Daħla San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se jsiru tiswijiet fi Triq Daħla ta' San Tumas fiż-Żejtun u l-parti li tieħu sas- Summer Houses li hemm fir-Ramla peress li din ta' l-aħħar tant fiha ħofor perikolużi li bilkemm tista tgħaddi speċjalment issa li qed joqrob is-Sajf?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' M'Scala sabiex jiġi stabbilit x'hemm bżonn isir fil-lokal mill-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq

Qormi — Ħandaq Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Ħandaq Road, f'Ħal Qormi se ssir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ipprepara sejħiet għall-offerti għax-xoghol f'diversi toroq f'din iż-żona u s-sejħiet għall-offerti ser joħorġu sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.

Mosta — Triq Lantinni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżommu milli jiġu konklużi x-xogħolijiet fi Triq Lantinni 'l Mosta meta parti minnha tħalliet imħarbta wara li saru x-xogħolijiet fuq is-servizz ġdid ta' l-ilma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isir mill-kuntrattur f'isem il-Korporazzjoni ta' l-Ilma u fil-preżent jonqos xi jsiru tappings tal-main u l-house conections tagħhom, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien — Triq it-Tramunata

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq it-Tramuntana, Ħal Tarxien isir ix-xogħol tat-tarmak peress li din it-triq tinsab fi stat disastruż u hemm ħafna ġrieden?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li d-Dipartiment tat-Toroq lesta' x-xogħol meħtieġ biex tittieħed l- art ħalli titwessa t-triq, qed jingħataw il-linji mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-kuntrattur imqabbad mid-Dipartiment tat-Toroq għal dan ix-xogħol ikun jista' jibni u jasfalta t-triq.
Leg 9 PQ #25868 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Car Park Attendants

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabilitajiet tal-Car Park Attendants? Jista' jgħid per eżempju jekk dawn humiex responsabbli f'każ ta' ħsara ta' xi vetturi waqt li din tkun ipparkjata? Kemm hrmm car park attendants f'pajjiżna bħalissa f' Malta u f'Għawdex separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Rajt ma Rajtx

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar mill-iskrizzjoni li kien hemm ħdejn is-salib ta' "Rajt ma Rajtx" bejn B'Kara u San Ġwann?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fil-lokalita' qed isir mill-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi u għalhekk l-Onor Interpellant hu mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fgura — Zabbar Road

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta hemm il-ħsieb li titkompla Zabbar Road fil-Fgura? Jista' jgħid x'qed iżomm milli din l-arterja prinċipali issir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt tax-xogħol ingħata u diġa' bdew diskussjonijiet mal-Kunsill u entitajiet oħra sabiex ikun jista' jitfassal il-pjan tax-xogħol fid-dettal tiegħu.

Merchant Shipping Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Awtorita' Marittima Maltija u persuni jaħdmu magħha biex din is-sena l-eżamijiet għall-istudenti fit-tielet fażi tal-Iskola Nawtika fl-oqsma tal-meteorology, matematika u fiżika skond il-proċeduri ta' l-eżamijiet stabbiliti mill-Merchant Shipping Directorate ġdid? X'kumplikazzjonijiet inqalgħu biex jiġu segwiti dawn il-proċeduri fid-dati tal-5, 12, 20 ta' Marzu 2001?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-eżamijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant li saru din is-sena ġew organiżżati skond proċeduri li kienu ġew stabbiliti fl-1998 u li ilhom jiġu esegwiti minn dak iż-żmien. Dawn l-istess proċeduri kienu anke ġew sottomessi lill-Organiżżazjoni Internazzjonali Marittima skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Taħriġ u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Baħħħara (STCW 1978). It-talba lid-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta ma kienitx ġiet sottomessa kmieni biżżejjed kif huwa stabbilit f'dawn l-istess proċeduri biex l-eżamijiet setgħu isiru fil-5, 12 u 20 ta' Marzu 2001. Minflokk l-eżamijiet saru fis-26 ta' Marzu u fit-2 u 9 ta' April.

Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jwieġeb id-Dipartiment tat-Toroq għat-talba ta' tiegħu b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 24345?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-triq imsemmija għad hemm żvilupp mhux ħażin xi jsir u għalhekk ix-xogħol f`din it-triq ma jistax isir għalissa.

Żabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tingħata wiċċ il-parti ta' Triq il-Baħrija kantuniera ma' Triq il-Kapuċċini, Żabbar, peress li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti u peress wkoll li s-servizzi kollha huma mgħoddija u jonqos biss kisja tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex tinxtara l-art li hemm bżonn tittieħed biex Triq il-Baħrija tinfetaħ għal Triq Alessio Erardi biex b' hekk ukoll tittaffa l-inċidenza ta' għargħar f'din il-parti tat-triq. L-asfalt ta' din it-triq ikun jista' jsir meta l-art li semmejt tkun akwistata.

B'Kara — Psaila Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-perċentaġġ minn kull fażi ta' xogħlijiet Psaila Street, B'Kara li tlesta sa issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-ewwel u t-tieni fażi ta' Psaila Street saru 95% u 90% tax-xogħol fihom rispettivament. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq it-tielet fażi fejn tlesta 30% tax-xogħol.

Qormi — Imdina Road

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif ta' bankini eċċ li ġew imblukkati b'terrapien u ġebel li nqala waqt ix-xogħol li sar f'Imdina Road, Qormi u li huwa ta' detriment għal dawk kollha li jużawhom bil-mixi kif wkoll għal dawk l-persuni b'nuqqas ta' mobbilita' u ġenituri li jgħaddu b'pushchairs eċċ bit-trabi tagħhom? Munzelli partikolari jinstabu fl-area ta' faċċata ta' Triq il-Ġdida f'Ħal Qormi fejn hemm junction li tgħaqqad iż-żewġ Imdina Road ma Triq Guże Duca?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed kontinwament jinsisti mal-kuntrattur li jżomm il-lant nadif kemm jista' jkun u ma jħallix materjal li mhux qed jintuża fil-post. Jien infurmat ukoll li l-munzelli partikolari msemmija mill-Onor. Interpellant tneħħew.

Ħal Luqa — Triq Ħal Farruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Ħal Farruġ f'Ħal Luqa li l-istat tagħha jimmerita attenmzjoni bil-għan li ma tibqax ta' detriment għal kull min jgħid minn hemm?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jiġbor l-informazzjoni dettaljata dwar x'hemm bżonn isir.

Ta' Sawra — Rabat - Temporary Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru. 22305 dwar il-parking sign tad-dar ta' l-anzjani ta' Sawra, Rabat, Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jinstalla sinjal fil-junction ta` Triq San Franġisk ma' Triq Borġ Olivier biex wieħed mill-parking bays li diġa' hemm immarkati f`dan is-sit jiġi riservat għad-dar ta` l-anzjani.

Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ix-xogħlijiet f'Santa Margerita, l-Mosta bħal fil-każ ta' toroq Il-Qalbiena Mostin, Ġanniveda u Dun Mikiel Azzopardi ma tkomplewx? Jista' jara li x-xogħlijiet jitkomplew minnufih sabiex jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq il-lantijiet imsemmija għadu għaddej u nispera li jkun jista' jitħaffef matul ix-xhur li ġejjien. Dwar Triq Dun Mikiel Azzopardi jidher li qatt ma kien hemm tenders għax-xogħol, filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jindikali Triq Ġanniveda f'liema parti tal-Mosta qiegħda.

Bunkering

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Awtoritajiet konċernati dwar ilment serju mressaq mill-kaptan tal-vapur m/v Maasdiep nhar it-22 ta' Mejju 2000 li daħal għas-servizz tal-bunkering dwar it-tipjip u l-ħmieġ fuq il-banker boat mġt Vemaoil ta' Falzon Service Station Ltd? Matul is-sena 2000 l-awtoritajiet konċernati kemm irċevew ilmenti simili u x'passi ttieħdu dwarhom ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima nvestigat l-ilment imsemmi u ħadet il-passi neċessarji skond ir-Regolamenti ta' l-1996 dwar Bastimenti ta' Tagħbijiet Perikolużi, Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering sabiex inċidenti simili ma jirrepetux ruħhom wara li rċeviet ilment fid-9 ta' Gunju 2000. Fil-fatt il-persuna nvoluta ġiet imwiddba serjament. Jien infurmat ukoll li matul l-2000, l-Awtorita' Marittima għamlet 53 spezzjoni waqt operazzjonijiet ta' bunkering. Dawn isiru biex jiġi żgurat li l-miżuri ta' sigurta' stabbiliti bl-istess regolamenti tal-1996 ikunu qed jiġu osservati. Ta' min isemmi li l-Bunker Barge M V Vemaoil VI hi operata mill-Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd, u mhix propjeta tal-kumpanija ndikata fid-domanda.

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group? Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal? Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar-Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum? Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l-passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni għall-mistoqsija simili ta' dik li saret lili.

Pass Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25301 li oriġinarjament kienet lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu jittrakkaw sabiex jgħabbu t-turisti, d-dgħajjes tal-Pass Maltin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Numru 25689.

Crash Barrier

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi tip ta' crash barrier bħala safeguard fuq il-parti ta' barra taċ-ċint li jifred Imdin Road, Ħal Qormi, minn Guże Duca Street, Ħal Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi ser isir max-xogħol l-ieħor li għaddej għall-bini tal-bankini.