Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25146 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħmir ta' salvataġġ fuq il-vapuri tal-Gozo Channel Co Ltd huma skond ir-rekwiżiti SOLAS fil-kwantita u kwalita meħtieġa? Fuq kull vapur jinġarr manwal tat-taħriġ SOLAS?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-tagħmir ta' salvataġġ fuq il-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel huma skond ir-rekwiżiti SOLAS, kemm fil-kwalita' kif ukoll fil-kwantita'. Il-Kumpanija mhijiex obbligata li żżomm manwali tat-taħriġ SOLAS fuq il-vapuri, partikularment dawk li joperaw f'ibħra lokali. Fil-fatt dawn il-manwali jinżammu fl-uffiċini tal-Kumpanija. Madanakollu, skond is-Safety Management System tal-Kumpanija, manwali dwar proċeduri relatati mas-sigurta' jinħarġu lil kull Kaptan u Chief Engineers li jaħdmu fuq il-vapuri kollha tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #25147 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżamm l-emergency fire pumps fuq il-vapuri tal-Gozo Channel Co Ltd, vapur b'vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kull vapur għandu s-sistemi ta' "Emergency Fire Pumps" li jiġu ċċekkjati mis-surveyors tal-Klassi qabel ma l-vapur jiġi ċċertifikat. Dan l-apparat huwa speċifikament għall-vapuri u meta jkun il-bżonn jitħaddem mill-baħrin u mhux mill-passiġġieri abbord. Skond ir-regolamenti SOLAS, biex jiġi żgurat li f'każ ta' emerġenza kollox ikun f'postu, fuq kull vapur isiru "emergency drills" b'mod regolari u hekk jiġi aċċertat li f'każ ta' bżonn il-proċeduri kollha, kemm dwar tifi ta' nar kif ukoll dwar inċidenti oħra, jittieħdu minnufih u bl-akbar effiċjenza possibbli.
Leg 9 PQ #25644 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Business Promotion Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jitressqu il-legal notices relevanti biex il-business promotion act tkun tista' tiġi effettivament fis-seħħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta l-Business Promotion Act (BPA) ġiet diskussa fil-Parlament, tqassam ukoll abbozz ta' l-avviż legali li għandu jistabbilixxi fid-dettal il-pakkett ġdid ta' inċentivi għall-iżvilupp industrijali. Minn dakinhar ma kienx hemm bidliet ta' sustanza fil-ħsieb dwar l-inċentivi proposti f'dak l-abbozz, pero' l-proċess biex dawn il-provvedimenti jiġu finalizzati fid-dettal u bl-użu tat-terminoloġija legali meħtieġa, ħa aktar żmien milli oriġinarjament kien antiċipat. Dan il-proċess dalwaqt jitlesta u fi żmien qasir mistenni jiġi ppubblikat l-avviż legali relattiv. Iż-żmien li għadda minn mindu sar id-dibattitu fil-Parlament dwar il-Business Promotion Act intuża' b'mod produttiv billi nżammu diversi seminars dwar l-inċentivi ġodda. Dawn is-seminars, intiżi għall-industrijalisti u għall-kumplament tal-komunita' kummerċjali, ġew organizzati kemm mill-M.D.C. u mill-M.E.T.C.O. kif ukoll mis-settur privat.
Leg 9 PQ #25671 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' ilma li hu kklakulat li jiġi ippumpjat kull sena min boreholes privati kollha, inkluż dawk imħafrin illegalment? Għal kemm jammonta t-telf ta' revenue tal-KSi minħabba dan l-aġir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li m'hemm l-ebda permess biex jinġibed ilma minn boreholes privati, anke jekk dawn ġew irreġistrati fl-1997. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandha l-ebda figuri ta kemm qiegħed jiġi ppumpjat ilma kull sena mill-boreholes privati kollha, inklużi dawk illegali. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tistax tkun taf kemm jammonta t-telf ta' revenue minħabba dan l-ippumpjar.
Leg 9 PQ #25674 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

KSI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-ilma li jintilef minħabba serq u leakages mis-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi ta' l-impjat tad-drenaġġ? X'inhu t-telf ta' revenue għal -KSI minħabba din is-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għandiex informazzjoni dwar kemm huwa l-valur ta' l-ilma li jintilef b'riżultat ta' serq u leakages mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi ta' l-impjanta tad-drenaġġ. Madanakollu, minn kalkoli li saru bejn dak li joħroġ mill-impjant u dak li qed jasal fil-ġibjuni biex imbagħad jiġi distribwit, jirriżulta li hemm partijiet mis-sistema fejn it-telf ilaħħaq il-ħamsa u sittin fil-mija. Ma' dan irid jiżdied it-telf ta' ilma li jirriżulta fil-parti tas-sistema bejn il-ġibjuni u l-għelieqi. Din il-parti tas-sistema hija magħmula minn kanali miftuħa li ħafna drabi jfuru. Din is-sitwazzjoni qed tiġi kkunsidrata fl-istess rapport li saret riferenza għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 25668 waqt is-Seduta numru 537.
Leg 9 PQ #25691 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni x'inhi r-raġuni għaliex żewġ anzjani li joqgħodu f'appartament f'Bormla u li għandhom account no. 690445700-8 tad-dawl u ilma, irċevew kont ta' Lm 114 ilma għal perjodu ta' 3 xhur bejn 2 Mejju 2000 sa 29 Awissu 2000 u Lm 101 għal 4 xhur bejn 29 Awissu 2000 sa 4 ta' Jannar 2001 peress li dan l-ammont hu esaġerat għal żewġ anzjani u allura żgur li hemm xi ħaġa mhux regolari

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #25695 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza li hemm fuq il-bieb 107, Triq P.P. Caruana. Bormla, għaliex minkejja li persuni tal-Enemalta marru fuq il-post, għadha ma tixgħalx?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #25718 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-konsum ta' l-ilma fil-lukandi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, jekk hu possibli kull kategorija ta' lukanda separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2000 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bagħtet kontijiet għal konsum ta' 1,409,670 metri kubi ilma fil-lukandi. Il-Korporazzjoni ma żżommx rekord dwar il-kategorija tal-lukandi.

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew impjegati ma' l-Air Malta bħala cleaners u min fejn huma matul dawn l-aħħar ġimgħat? Kien hemm minn għadda mill-interview, ngħata r-roaster u l-uniformi iżda imbagħad ma ġiex ingaġġat? Kemm kien hemm minn dawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġew impjegati bħala "cleaners" ma' l-Air Malta kien ta' mija wieħed u tletin. Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-ismijiet ta' dawn il-persuni li ġejjin minn diversi lokalitajiet ta' Malta. Jiena nfurmat ukoll li peress li tnejn minn dawn il-persuni ma ġewx mogħtija pass mill-Office Manager Airport Secuirty, l-impjieg tagħhom kellu jiġi terminat. Dan kien applikat skond il-kundizzjonijiet li kellhom fl-ittra tal-ħatra li kienu ingħataw.
Leg 9 PQ #25194 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li s-servizz ta' trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex jibqa' monopolju ta' kumpanija waħda? Jistgħax jgħarraf lill-Kamra jekk il-Gvern hux qed jħallas biex jissussidja f'xi forma jew oħra dan is-servizz? Jekk fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa pubblika f'dan ir-rigward fl-aħħar tlitt snin? Kemm hu d-dejn akkumulat li l-kumpanija Gozo Channel għandha mal-Gvern Malti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li minħabba restrizzjonijiet ta' "berthing" kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, ma jkunx faċli li aktar minn kumpanija waħda topera s-servizz ta' bejn Malta u Għawdex. Barra minn hekk, min jopera dan is-servizz ikun irid iġorr il-piż ta' l-obbligazzjoni soċjali minħabba d-"double insularity" ta' dawk li jgħixu f'Għawdex, kif ukoll għall-ekonomija taż-żewġ gżejjer, partikularment dik ta' Għawdex. Il-Gvern "pers se" mhu qed iħallas l-ebda ammont ta' flus biex jissussidja f'xi forma jew oħra dan is-servizz, L-uniku sussidju mħallas mill-Gvern għas-servizz huwa mħallas dirett mid-dipartiment ikkonċernat għal dawk li jużaw is-servizz biex iġorru prodotti agrikoli jew industrijali. Fil-fatt hija l-Kumpanija Gozo Channel li qed tissussidja l-fares ta' l-Għawdxin residenti Għawdex u ta' l-anzjani, kif ukoll "free travel" għall-persuni b'diżabilita'. Dawn ta' l-aħħar kollha għandhom pass speċjali li jinħareġ mill-Kummissjoni għal Persuni b'Diżabilita'. Tajjeb jingħad li tul dawn l-aħħar ħames snin finanzjarji tal-Kumpanija, is-sussidji mogħtija mill-Gozo Channel kien jammonta għal Lm4,453,769. Din iċ-ċifra ma tinkludix il-free travel li minnha jibbenefikaw il-persuni b'diżabilita', kif ukoll dawk il-persuni li għandhom il-"Free Travel Pass". Sa llum ma hemm l-ebda ammonti akkumulati u li huma dovuti mill-Kumpanija lill-Gvern. Fl-aħħarnett mhux ta' min jinsa l-investiment li sar fuq iż-żewġ vapuri ġodda tal-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #25329 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25668 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġibjuni Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għal 1) ġibjuni pubbliċi għal ħażna ta' l-ilma tax-xita? ii) Is-sistema tad-distrubuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi? X'qiegħed isir sabiex dawn -istrutturi jinżammu fi stat tajjeb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bil-Liġi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ta' l-1992, dawk il-ġibjuni pubbliċi li jintużaw għall-ħażna ta' l-ilma tax-xita għaddew għand l-imsemmija Korporazzjoni. Madankollu, peress li l-Korporazzjoni m'għandiex riżorsi biex tagħmel manutenzjoni fuq il-ġibjuni kollha, qed jiġi studjat l-aħjar mod sabiex il-Kunsilli Lokali jipparteċipaw fil-manutenzjoni u l-użu ta' dawn il-ġibjuni, biex il-ġbir ta' l-ilma tax-xita jsir bl-aħjar mod fiċ-ċirkustanzi. Naturalment, il-ġibjuni xorta jibqgħu proprjeta' tal-Korporazzjoni. L-unika sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi ta' ċertu mportanza hija dik li twassal l-ilma li ġej mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ. Għadu mhux ċar ta' min hi r-responsabbilta' ta' din is-sistema. Sa llum l-impjant huwa mmexxi mid-Dipartiment tad-Drenaġġ filwaqt li l-ilma jitqassam mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet u qed tagħmel xi manutenzjoni fuq din is-sistema. Qed jitħejja rapport sabiex tkun stabbilita' l-possibilta' li s-sitema titjieb u fl-istess ħin tittieħed deċiżjoni dwar taħt liema awtorita' għandu jaqa' dan is-settur u dan fl-interess ta' l-effiċjenza fl-operat ta' l-istess settur.
Leg 9 PQ #25670 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Leakages

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jintilef ilma tax-xorb kull sena minħabba leakages u serq mis-sistema tad-distribuzzjoni? X'inhu t-telf ta' revenue għal KSI minħabba din is-sitwazzjoni

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bl-għajnuna ta' konsulenti barranin, stabbiliet li l-"unavoidable leakage level" għas-sistema tad-distribuzzjoni f'Malta huwa ta' tlitt mitt metri kubi fis-siegħa. Din iċ-ċifra hija bbażata fuq l-aħħar informazzjoni li għandna. L-aħħar riżultat li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huwa li t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni fuq bażi nazzjonali tniżżel minn 1,345 metri kubi fis-siegħa f'Lulju li għadda u 1,660 metri kubi fis-siegħa fl-istess xahar ta' l-1999 għal 1,200 metri kubi fis-siegħa bħalissa. Il-"marginal cost" ta' l-ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis huma ta' 20 ċenteżmu kull metru kubu. Għalhekk bħalissa t-telf jammonta għal Lm4,320 kull jum. Ta' min jgħid li hija l-mira tal-Korporazzjoni li sa tmiem l-2003, il-"leakage level" jinżel għal 800 metru kubu fis-siegħa. Huwa maħsub li biex jinżel aktar minn hekk, ikun meħtieġ li s-servizzi tal-ħadid galvanizzat jinbidlu kollha. Sabiex isir dan jista' jkun meħtieġ żmien sa aktar mis-sena 2003.
Leg 9 PQ #25701 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħtieġa ta' numru ta' bożoż ġodda li l-Kunsill tal-Fgura identifika, u kemm minnhom bi ħsieba twaħħal l-Enemalta sa' l-aħħar ta' din is-sena fil-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm madwar tmienja u sittin talba biex jiġi nstallat dawl ġdid f'diversi toroq fil-Fgura. Dan it-talbiet qegħdin jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.

Sta Venera — Triq il-Palazz Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bejjiegħ tal-gas ma jidħolx ibiegħ fi Triq il-Palazz Aħmar, f' Sta Venera? Jista' jara li din il-problema tingħeleb għal benefiċċju tar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha dikjarazzjoni tad-distributur taz-zona, li t-tqassim taċ-ċilindri tal-gass fit-triq imsemmija jsir kull nhar ta' Erbgħa fuq bażi regolari. Id-distributur jaqdi lill-konsumaturi kollha, kemm dawk li jċemplu kif ukoll dawk li jitolbuh ċilindru waqt id-distribuzzjoni.

Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra l-installazzjoni ta' bozza fl-area magħrufa bħala ż-żanqra fl-Ħal Qormi li tiġi f'St Francis Square?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex tiġi nstallata lampa ġdida fiż-żona msemmija ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #25712 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Peress li hemm min ilu li applika f'Diċembru 2000 biex jingħata is-servizz ġdid tad-dawl fil-maisonettes ġodda tal-Gvern fi Triq l-Istefanotis, Santa Lucia, jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata dan is-servizz peress li hemm koppji li ser jiżżewwġu fi ftit xhur oħra u kemm koppji miżżewġa li qed iħallsu l-kera talpost li qegħdin jokkupaw bħalissa barra il-pagamentio mensili lill-Bank fuq is-self li ħadu biex jixtru il-post f'San Lucia?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li huwa previst li s-servizzi ġodda li qed issir riferenza għalihom jingħataw aktar tard dan ix-xahar flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24924 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġbid ta' Films

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-rapport li s-Segretarju Parlamentari George Hyzler kien ħatar kumitat biex jagħmlu f'awissu li għadda, biex nattiraw aktar kumpanniji biex jinġibdu films hawn Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fit-22 ta' Awissu tas-sena li għaddiet, kien inħatar kumitat kompost minn diversi persuni li jaħdmu fl-industrija tal-films biex jidentifika nuqqasijiet li jeżistu fis-settur u biex jissuġġerixxi tibdil. F'dawn il-ġranet il-kumitat lesta r-rapport u fil-jiem li ġejjin mistenni jippreżentah lis-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Dr George Hyzler.
Leg 9 PQ #24925 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Film Gladiator

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ikkunsidrat li jinżamm is-sett kbir tal-film Gladiator, bħalma kien inżamm is-sett tal-film Popeye li kull sena jiġbed madwar 100,000 turist lejh? Jekk ma kienx ikkunsidrat, x'kienet ir-raġuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-sett tal-film "Gladiator" kien jokkupa l-parti l-kbira tal-Forti Ricasoli. Dan is-sett kien intiż biex ikun ta' natura temporanja u, sa fejn jiena nfurmat, la qatt sar xi studju dwar l-ispiża biex jinżamm u jiġi mantenut, u lanqas tal-potenzjal bħala attrazzjoni turistika. Hemm il-ħsieb li l-Forti Ricasoli tintuża għall-ġbid ta' films sakemm jiġi determinat użu aktar xieraq għalih. Is-sett tal-"Gladiator" kien, xi ftit jew wisq, jillimita t-tip ta' użu li jista' jsir fil-fortizza.
Leg 9 PQ #25191 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Technopark

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' intrapriżi (a) barranin u (b) Maltin li bdew joperaw fit-Technopark tal-Mosta minn Ottubru 1999 sal-lum? Kemm iħaddmu nies illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn Ottubru 1999 sa llum, kien hemm tlitt intrapriżi barranin u oħra Maltija li bdew joperaw fit-Technopark tal-Mosta. Bejniethom dawn jimpjegaw 101 ħaddiem "full time" u 9 fuq bażi "part-time".