Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża totali li se titħallas il-kumpanija jew instituzzjoni li ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-ammont totali li jrid jithallas lil “Leeds Teaching Hospitals NHS Trust”, li hija l-istituzzjoni ingaggata biex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, huwa ta’ €873,894.00.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-kumpanija jew instituzzjoni li ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-natura ta’ safar li sar bejn Ġunju 2014 u Jannar 2015 minn persuni, flimkien jew separatament, li d-dettlaji dwarhom qed jingħataw separatament, bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, kif ukoll bħala advisors tal-Ministru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi l-ivjaġġar sar b'rabta mas-site survey li qed isir wara li nstab li kien hemm concrete f'ċertu kolonni li kien ta' kwalita' inferjuri.
Jista’ l-Ministru jispjega l-proċess li ntuża sabiex tiġi leased vettura Range Rover Evoque għall-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista’ jgħid kemm hija l-ispiża li qed titħallas għal din il-vettura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess li ntuża kien skont ir-regoli tal-procurement tal-Gvern. L-ispiża hi kumparabli ma tas-CEO ta’ qablu.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fejn wasal il-proġett tal-Medical Assessment Unit fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Plan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ix-xogħol miexi fuq ritmu tajjeb u kif pjanat. Diġà sar ix-xogħol ta’ tħammil, bini ta’ pedamenti u bini ta' kolonni.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati, u offruti, l-opportunità ta’ secondment mal-Biċċerija u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li jeżisti proċess biex ħaddiema tal-Engineering Resources Ltd jiġu sekondati fuq roles u pożizzjonijiet meħtieġa. Dawn jiġu trasferiti jew fuq talba tagħhom stess jew għaliex il-ħiliet tagħhom jiġu mqabbla ma’ vacancies, u huma jaċċettaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati, u offruti, l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Animal Rescue u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru tal-Finanzi u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Ministeru għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru għal Għawdex u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Workshop tad-Delimara Power Station
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mad-Delimara Power Station Workshop u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Dental Technology Department – ingaġġ ta’ dental technicians
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ingaġġati d-dental technicians li wasslu għall-Honours Degree mill-Università ta’ Malta u li ggradwaw fl-2014 peress li huwa magħruf li ġie vakant post mid-Dipartiment tad-Dental Technology fl-Isptar Mater Dei u post ieħor ġej vakant fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li risposta tinghata f'seduta ohra.
Enemalta — stallar ta' meter tad-dawl - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' meter tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc tinsab f’kuntatt mal-klijent biex jintlaħqu r-rekwiżiti kollha meħtieġa ħalli s-servizz mitlub ikun jista’ jingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13878 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtiraw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei — ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolait għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li risposta tinghata f'seduta ohra.
qtugħ fil-provvista tal-elettriku — każ ta' persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, rigward qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi €25 ex-gratia ingħatat lil dawk li damu għal aktar minn tnax-il siegħa mingħajr provvista tal-elettriku. Fil-każ imsemmi il-qtugħ kien inqas.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14238 u jgħid bejn l-1999 u l-2012, sena b'sena b'mod separat, mingħand liema kumpanija xtrat iż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm kien il-valur taż-żejt mixtri mingħand kull waħda minn dawn il-kumpaniji, sena b'sena b'mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.