Jista' l-Ministru jikkonferma r-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 7695 ċioe' li l-club tar-regatta tal-Birgu mhux se jkun affettwat mill-proġett tal-Kottonera peress li mill-pjanti li tħejjew mill-consortia jidher li l-club tar-regatta se jitwaqqa' u jiġi rilokat a spejjeż tal-Gvern sabiex f'postu tinbena parking area?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Club tar-Regatta tal-Birgu mhux inkluż fl-area li għaddiet għand il-Consortium mal-kuntratt li sar.
Għalhekk il-pożizzjoni tal-gvern hija kif diġa' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 7695.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 7721 peress li skond ir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7863, din il-materja taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex maħsub li tul dan is-sajf il-pompa tad-drenaġġ li hemm fir-raħal tax-Xgħajra fi Triq ix-Xatt hijiex se tiġi rranġata billi jidher ċar li qiegħda fi stat ħażin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-pumping station indikata hawn fuq mhix fi stat ħażin f'dak li għandu x'jaqsam ma' pompi. L-istat ħażin huwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' struttura ta' bini fuq barra, u dan minħabba l-elementi, speċjalment il-baħar, li jaħkmu sew fuq din l-istruttura.
Jista' jkun hemm ukoll xi problemi ta' tbattil ta' ħmieġ tal-majjali li xi drabi jispiċċa kollu fil-pumping station u jikkawża sadd fil-pompi, iżda dan ma jfissirx li l-pompi ma jaħdmux sew.
L-istruttura ta' barra ser tiġi rranġata wara li jitlesta xogħol ieħor ta' prijorita' akbar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-fuitur qarib jibda x-xogħol ta' drenaġġ ġewwa l-Fgura u Ħaż-Żabbar? Jista' jiġi ndikat dan ix-xogħol fiex jikkonsisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi t-tenders li ħarġu u li x-xogħol għar-rigward tagħhom se jsir aktar tard din is-sena huma kif ġej:
WD 810-98 Hompesch Road, Fgura
WD 962-98 N-S in Wistin Levanzin Street, Fgura
WD 675-82-1 Triq il-Merħba, Fgura (construction of cesspit and main)
WD 212-99 Triq J.G. Baldacchino, Żabbar
WD 872-92-3 Repair works at Triq in-Nissieġ, Żabbar
WD 827-98 L-Imwieġel Area, Żabbar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma ż-żewġ pitturi mill-Knisja tal-Ġiżwiti li se jiġu restawrati ai termini ta' sejħa għall-offerti li qiegħda tidher preżentement fil-Gazzetta tal-Gvern bir-riferenza 41/99?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan hu parti mill-proġett ta' restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Valletta Rehabilitation Project. Iż-żewġ pitturi huma ta' l-ewwel kappella hekk kif tidħol mill-bieb prinċipali u jingħad li huma ta' Mattia Preti jew skola tiegħu. Waħda minn dawn il-"lunettes" għandha ħsara kbira filwaqt li l-oħra għandha bżonn restawr iżda m'għandhiex tiċrit.
Jista' d-dipartiment ex-xogħlijiet jieħu l-passi neċessarji ħalli jissewwa l-ħajt li hemm imwaqqa' fit-telgħa ta' Vjal il-Labour, Naxxar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' tindif u embellishing fuq in-numru ta' garden structures li hemm fil-Housing Esate ta' San Ġwann t'Għuxa, f'Bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7723 (Seduta 121).
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu l-Ministru mal-kunsilli tal-Kalkara, tal-Birg, ta' Bormla, ta' l-Isla u tal-Birgu dwar il-proġett tal-Kottonera minn meta bdew it-taħdidiet mal-consortia fuq dan il-proġett?
F'liema dati nżammu dawn il-laqgħat, lokal lokal?
Jista' l-Ministru jqiegħed il-minuti ta' dawn il-laqgħat fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6843, irrid ngħid li inkoraġġejt lill-konsorzja jagħmlu laqgħat mal-kunsilli lokali. Biss ma nistax inwieġeb fuq dawn il-laqgħat peress li ma jkunux ko-ordinati mal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern fir-rigward tas-sistema tad-drenaġġ fl-area fejn se jinbnew il-flats lussużi bħala parti mill-proġett tal-Kottonera, minħabba l-fatt li llum meta għad m'hemmx dan il-bini, hemm problema ta' drenaġġ li joskula mill-blat għall-baħar il-ħin kollu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-sistema tad-drenaġġ fl-area indikata trid tiġi upgraded biex tkun tista' tlaħħaq ma' l-esiġenzi ta' l-iżvilupp li jrid isir.
Il-Ministru kif se jassigura li l-bini tal-flats lussużi bħala parti mill-proġett tal-Kottonera mhux se jaffettwaw ħażin lir-residenti ta' Triq il-Miratur, fil-Birgu li jiġu eżatt fuq l-area ppjanata għall-bini?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-pjanti kollha in kwestjoni jridu jkunu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li min-naħa tagħha tikkonsidra l-fatturi kollha rilevanti.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jiġi rrestorat is-sur li jiġi fl-inħawi tat-Toqba l-Birgu u qrib il-bini tal-flats lussużi li hemm ippjanati bħala parti mill-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, min se jidħol għall-ispiża, il-consortia jew il-gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-sur li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Membru ma jiffurmax parti mill-propjeta' li ġiet mgħoddija lil xi wieħed mill-Consortium.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4856?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Saru l-investigazzjonijiet neċessarji u rriżulta li xi kollegi li jaħdmu fl-uffiċċju tal-persuna indikata għamlu kopji fuq il-photocopies ta' l-uffiċċju (black and white) tar-ritratti uffiċjali bil-kulur biex jintużaw bħala ċajta fuq il-kandidat imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb li jsir xi sit alternattiv għall-iscrapyard li hemm fil-Kalkara u li hija ta' ħsara għall-ambjent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern determinat illi ma ssir ebda ħsara lill-ambjent.
In vista li fuq parti tal-moll tal-Kalkara hemm hard standing boatyard li hija eyesore meta tħares mill-faċċata u ta' inkonvenjent għal min irid jippassiġġa fuq dik il-parti tal-moll, hux qed jiġi ppjanat li jinstab xi sit alternattiv?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant tapprezza illi din il-hard standing boatyard issa ilha hemm numru ta' snin konsiderevoli, u fil-preżent għad m'hemmx pjani għal siti alternattivi għal din il-boatyard.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitnaddfu t-toroq u l-bankini mimlijin ħaxix ħażin u maħmuġ fit-triq ewlenija li mill-ajruport tieħu lejn il-Belt?
Jista' jsir it-tindif meħtieġ u jinqata' l-ħaxix ħażin għax joffri dehra tassew kerha lil min jasal f'pajjiżna u joħroġ mill-ajruport?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Kumitati ta' Riabilitazzjoni — Policy guidelines ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid min qed ifassal il-policy guidelines ġodda fuq il-kumitati tar-riabilitazzjoni?
Kemm ilhom jitfasslu dawn il-policy guidelines?
Meta se jkunu lesti?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7434 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u cioe': Peress li l-iskart tad-djar f'għaxar lokalitajiet jinsab wieqaf minħabba nuqqas ta' ftehim bejn il-kuntratturi u l-kunsilli lokali, ma jaħsibx il-gvern li għandu joffri alternattiva oħra ta' emerġenza minħabba l-mard li jista' jinħoloq u l-eyesore bil-munzelli kbar fl-irkejjen? Jekk iva, kif u minn liema lokal se jibda?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern fil-fatt offra servizz alternattiv permezz ta' servizz ta' emerġenza.