Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13395 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Xiri ta' ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12689? B'riferenza għaċ-ċertifikat taċ-ċanga, x'kienu r-raġunijiet li tneħħa? Ġiet ikkonsultata l-Meatsellers Association?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-ċertifikati ta' xiri taċ-ċanga għadhom jingħataw lil min jitlobhom u mhux kif qed jallega l-Onor. Interpellant mingħajr ma jiċċekja l-fatti, kif għandu ħabta jagħmel. Kieku qara r-risposta li jiena tajt għad-domadi tiegħu stess numru 7252 u 8235, ma kienx jibbaża d-domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata.
Leg 9 PQ #13396 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/Sajjieda/Raħħala — Bolla tas-sigurta' nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12,556, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda sena b'sena li ħadu s-sussidju tal-bolla (NI)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġa ġiet mogħtija lilu stess fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12556. Jista'jkun li l-Onor. Interpellant ma qarax ir-risposta. Jista' jkun ukoll li għandu l-idea żbaljata li "għajnuna fuq il-bolla tas-sigurta nazzjonali (PQ 12556) u "s-sussidju tal-bolla (NI) li qed isemmi hawnhekk huma differenti. Fil-fatt huma l-istess ħaġa. Kieku fittex qabel staqsa, ma kienx jaħli domanda.
Leg 9 PQ #13189 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda Maltin

Question

Peress li l-Ministru fil-ġurnal "The Times" ġie rrapportat li qal li l-CFP mhux se ġġib problemi għaliex, nikkwota l-kliem eżatt; "There are mechanisms in place and mechanisms planned which safeguard the livelihood of the Maltese fishermen", jista'l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-"mechanisms" li l-Ministru qed jirriferi għalihom u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi fost il-mekkaniżmi li għalihom kont qiegħed nirreferi kemm dawk li jinġabru flimkien taħt il-"Financial Instrument for Fisheries Guidance". Ma dawn ġew amalgamati miżuri oħra mill-"Aġenda 2000". Wara li jsiru n-negozjati nkun f'posizzjoni li nagħti d-dettalji tal-pakkett kollu.
Leg 9 PQ #13190 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — TAC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Ministeru se jipproteġi l-ibħra Maltin u s-sajjieda Maltin u Għawdxin mill-"quota hoppers" li jkollhom il-permess jistadu skond "agreed quota (TAC)" li 'l quddiem l-Unjoni Ewropea timponi fuq is-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nibda billi ninforma lill-Onor Interpellant illi "TAC" tfisser "Total Allowable Catch" u mhux "Agreed Quota" kif qed jgħid hu mingħajr ma fittex qabel qalha. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-"TAC`s" jiġu ffissati kull sena mill-Kunsill tal-Ministri li jiltaqgħu għal dan il-għan kull Diċembru. Id-deċiżjonijiet jittieħdu fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu riżultat ta` studji xjentifiċi miġbura minn organizazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali bħall-"International Council for the Exploration of the Sea" (ICES). Ikun involut ukoll is-"Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries" (STECF), kompost minn esperti ta` kull pajjiż membru. Fil-Mediterran l-unika kwota li teżisti hija dik tat-tonn hu din hija stabbilita mill-"International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna" (ICCAT) u mhux mill-Kummissjoni Ewropeja. Malta tosserva r-regolamenti u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT. L-Unjoni Ewropeja għandha proċedura li permezz tagħha tistabilixx TAC's għall-ċertu ħut li jinqabad fl-Atlantiku u MHUX fil-Mediterran. Fil-Mediterran teżisti kwota fuq it-tonn biss li hi ffissata mill-ICCAT u adottata mill-Kummissjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #13191 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Exclusion zone

Question

Peress li l-exclusion zone tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea huma biss 12-il mil, jista'l-Ministru jgħid kif Malta se żżomm il-25 mil tal-kosta tas-sajd tagħha, wara li ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda tal-istess interpellant numru 11638.
Leg 9 PQ #13192 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Riformi

Question

Peress li l-EU Regular Report qal, u nikkwota eżatt: "No progress in aligning legislation to the acquis has been reported" u sostna li hemm bżonn "a major reform of admistrative structures" , jista' l-Ministru jispjega kemm se jiswew fi spejjeż lill-Gvern Malti dawn ir-rfiormi mposti mill-Unjoni Ewropea u minn fejn se jiġu l-fondi kollha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ħafna mill-leġislazzjoni ġiet abbozzata u l-amministrazzjoni qed tiġi msaħħa. Il-Gvern qed iħejji pjan nazzjonali dwar dan li jinkludi pjan ta` finanzjament għall-miżuri neċessarji.
Leg 9 PQ #13869 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Żebbuġ — Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' farms li huma stabbiliti f'Ħaż-Żebbuġ li huma reġistrati mad-dipartiment ta' l-agrikoltura? Għal liema operat dawn il-farms huma liċenzjati? F'liema areas jinsabu u x'inhu l-indirizz uffiċjali (jew isem) ta'kull farm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tlabt lil uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi biex jiġbru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Kif tinġabar ngħaddihilu.
Leg 9 PQ #13161 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul 1998 u 1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartiment ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekastru (tal-Ministru għal Agrikoltura u Sajd) matul l-1998 u l-1999 huwa 47 u 35 rispettivament. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Prim Ministru għad-domanda parlamentari numru 13170.
Leg 9 PQ #12477 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 saru disa` transfers mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd filwaqt li saru tlett transfers minn Ministeri oħra għad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru. Saru wkoll tnejn u għoxrin transfers interni fi-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd. It-transferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tas-Servizz. Isiru tranferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta` siwi għall-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #13147 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal

Question

Peress li bis-sistemi tal-kwoti tal-majjal trid tispiċċa wara li Malta ssir membru tal-UE kif ukoll jiġi liberalizzat il-prezz tal-majjal għall-produttur lokali, jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi tal-majjal se jmorru aħjar b'dawn il-miżuri? Kemm fil-fatt huwa mbassar mill-Gvern li se tespandi din l-industrija lokali wara li Malta ssir membru tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10916.
Leg 9 PQ #13148 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-industrija lokali tal-majjal se tkabbar il-produzzjoni tal-majjal minn dik li llum hija fid-dawl tal-liġijiet, ir-regoli u d-direttivi tal-ambjent ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-produzzjoni tal-majjal tiġi rregolata skond id-domanda tal-mument, irrelevanti mill-liġijiet, regoli u direttivi tal-U.E.
Leg 9 PQ #13149 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jrid jitbaxxa l-prezz tal-produtturi lokali tal-majjal sabiex ikun kompettiv mal-produtturi tal-UE wara li Malta ssir membru tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prezz tal-produtturi lokali tal-majjal huwa marbut ma ħafna fatturi u qegħdin isiru konsultazzjonijiet biex wieħed jevalwa s-sitwazzjoni aħjar fir-rigward tal-WTO.
Leg 9 PQ #13150 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE bħal Malta li għandhom provvista ta' majjal frisk li tlaħħaq mad-domanda tal-ħteġijiet tal-poplu rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minhiex f`pożizzjoni li nikkonferma statistika jew informazzjoni ta` pajjiżi oħra.
Leg 9 PQ #13151 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tjur — Produtturi

Question

Peress li l-prezzijiet tal-produtturi tat-tjur tal-UE huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-produtturi Maltin, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jrid ikun il-prezz kompetittiv għall-produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru konsultazzjonijiet dwar il-prezzijiet lokali speċjalment fir-rigward tal-WTO.
Leg 9 PQ #13593 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Acquis communautaire — Biedja u sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jkun ippubblikat il-pjan nazzjonali ta' l-adozzjoni ta' l-acquis communautaire fir-rigward tal-qasam tal-biedja u s-sajd?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pjan nazzjonali ta` l-adozzjoni ta` l-acquis huwa dokument li jittratta b`mod globali l-aspetti kollha kkonċernati ta` l-acquis communitaire ta` l-Unjoni Ewropeja, inklużi l-oqsma tal-biedja u s-sajd. Bħalissa hemm abbozz ta` dan il- pjan li ġie mfassal permezz ta` kontribuzzjoni mill-Ministeri kollha tal-Gvern. Jien infurmat illi dan jiġi ffinalizzat wara li jsir il-proċess ta` l-istudji u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha kkonċernati.
Leg 9 PQ #12464 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ġie mpjegat 'Secretariat Officer' wieħed fis-Segretarjat tal-Ministru b'Kuntratt mill-1 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #13146 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib

Question

Peress li bis-sistemi tal-kwoti tal-ħalib li timponi l-UE fuq l-industrija lokali tal-ħalib frisk, kif ukoll il-liġijiet, regoli u direttivi ta' l-ambjent ta' l-istess UE jiżvantaġġjaw lir-raħħala Maltin u Għawdxin milli jipproduċu aktar ħalib frisk, jista' l-Ministru jgħid kif din l-industrija se tkompli tkun kompetittiva wara li Malta ssir membru fl-UE? Jista' l-Ministru jgħid fejn se jkunu l-opportunitajiet ta' esportazzjoni tal-ħalib frisk u prodotti lokali magħmula minnhom lejn is-swieq Ewropej wara li Malta ssir membru tal-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12553.
Leg 9 PQ #13417 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Comino Pig Development Co. Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema entita' kienet responsabbli għat-tmexxija tal-Comino Pig Development Co. Ltd? Meta temmet l-attivita' tagħha u x'sar minnhom l-impjegati ta' din il-kumpannija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba jista' jsiba fir-reġistru tal-kumpanija ta' dak iż-żmien. Il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjali hija f'pożizzjoni li tagħti r-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #13136 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

B'riferenza għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, peress li jirriżulta li matul l-1998 d-dħul mill-biedja fl-UE naqas bi 3.9% meta pparagunat mas-sena ta' qabel u jindika li matul 1999 d-dħul mill-biedja fl-UE naqas b'4%, jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża dan it-telf?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-andament tal-biedja fl-UE tvarja minn pajjiż għall-ieħor u minn żmien għal żmien. Dan ma għandu ebda relevanza għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja,
Leg 9 PQ #13137 Sitting 234 2000-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

B'riferenza għas-sħubija ta' Malta fl-UE, peress li jirriżulta li matul l-1997 u l-1998 240,000 bidwi fallew u tilfu l-għajxien tagħhom fl-UE, jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża dan il-falliment?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-andament tal-biedja fl-UE ma għandu ebda relevanza għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja.