Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar programmi segwiti u fuq liema stazzjon, skont l-istudji li wettqet l-Awtorità tax-Xandir?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li għalkemm l-Awtorità tax-Xandir tagħmel riċerka regolari dwar l-udjenzi tar-radju u tat-televizjoni mhix il-prassi u lanqas il-mansjoni tal-Awtorità li tiddikjara liema huma l-iktar programmi segwiti u fuq liema stazzjon. Dan minħabba li din id-data hija ta’ natura kummerċjali u dan jaffettwa ħafna ir-reklamar tal-istazzjonijiet.
Barra minn hekk, l-istazzjonijiet ixandru programmi ta’ ġeneri differenti indirizzati lejn sezzjonijiet tal-poplu differenti matul il-ġurnata. Għalhekk l-Awtorità tippubblika estimi tal-udjenzi għal kull nofs siegha tal-ġurnata u għal kull ġurnata tal-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar programmi li għandhom udjenzi fuq PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li skont l-aħħar stħarriġ tal-udjenza mil-Awtorità tax-Xandir fix-xahar ta’ Ottubru 2016 l-aktar programmi li għandhom udjenza fuq TVM huma:
TVM News
98,558
Strada Stretta
73,781
Xarabank
63,393
La Thobbnix
44,609
Manwela
34,320
Skjetti
33,346
Hbieb u Ghedewwa
23,328
Xtra
19,050
Ta’ That Fuq
18,972
Twelve To Three
14,005
Ir-riżultat komplut ta’ dan l-istħarriġ huwa aċċessibli għall-pubbliku minn fuq il-website tal-Awtorità
http://ba-malta.org/audience-assessments
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija li għaddew mill-istadji kollha meħtieġa u jonqoshom biss il-firma tiegħu? Jista’ jgħid kemm minnhom saret l-applikazzjoni għalihom fis-sena 2015 jew qabel u ta' liema sena hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema binja qed topera sal-lum l-Awtorità tax-Xandir? Min hu s-sid ta’ din il-proprjetà? Jista’ jgħid ukoll hux minnu li l-Awtorità tax-Xandir se tiċċaqlaq minn dan il-bini u x’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan iċ-ċaqlieq?
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed tippjana li tibda topera l-Awtorità tax-Xandir? B’liema kundizzjonijiet u b’liema valur qed jinxtara jew jinkera l-post il-ġdid li se tibda topera minnu l-Awtorità tax-Xandir? Xi proċess sar biex din ix-xirja jew kirja sseħħ? Saret sejħa pubblika? Kif ġie assigurat li jkun hemm proċess trasparenti u mingħajr kunflitti ta’ interess? X’inhuma l-istimi li saru biex jiġi rranġat il-post il-ġdid?
Awtorità tax-Xandir – lista ta’ tenders u kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ tenders u kuntratti ta’ xiri u kiri li ngħataw mill-Awtorità tax-Xandir? X’inxtara u x’inkera? Liema minnhom ingħataw b’direct order? Kemm kien il-valur ta’ kull tender li ngħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema perijodu qed jirreferi.
Wara li ġie rrapurtat li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir qalet li l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir huma żejda, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jagħti piż lil din id-dikjarazzjoni u jekk hux se jaġixxi fuq din id-dikjarazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Wara li l-impjegati tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru dwar intimidazzjoni u bullying fuqhom miċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir u wara li qed iqumu dubji serji dwar il-kompetenzi tal-persuna maħtura biex tmexxi din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru mal-ħaddiema dwar dan il-każ? X’passi se jittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-2015, Heritage Malta rrikorriet għal numru kbir ta' sigħat overtime għall-inawgurazzjoni tal-Forti Sant’Anġlu ladarba dan infetaħ għall-pubbliku fl-1 ta' Novembru 2016? Ma jaħsibx li kien ikun iktar għaqli jekk ix-xogħol tqassam aħjar jew jekk is-sit infetaħ uffiċjalment din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar f’Sant Anġlu fl-2015 kien marbut mal-ħtiġijiet tax-xogħlijiet tal-proġett ko-finanzjat mill-ERDF, u għalhekk ma setax jigi mqassam mod ieħor.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'dawn l-aħħar ftit snin, Heritage Malta dejjem ikollha tirrikorri għall-ħin ta' wara x-xogħol sabiex jispiċċaw ċertu proġetti ta' importanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ proġetti kbar bl-iskadenzi stretti li tamministra Heritage Malta kontemporanjament jgħamluha inevitabbli li wieħed jirrikorri għas-sahra. Nerġa nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-lista ta’ proġetti mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928 sabiex ikun jista’ japprezza dan kollu. Infakkru wkoll li ma’ dawk il-progetti Heritage Malta trid tamministra wkoll il-mużewijiet u s-siti l-oħrajn kollha bil-bżonnijiet tagħhom ta’ kuljum.
Heritage Malta – expression of interest għal Senior Clerk
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27849, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata taħriġ fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ lill-ħaddiema ta' Heritage Malta li huma responsabbli minn dan il-qasam?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali ta’ Heritage Malta imsemmija huma mħarrġa sew fuq proċeduri ta’ reklutaġġ. Il-ħaddiema jingħataw kull taħrieġ meħtieġ skont il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta li hemm WiFi għall-użu tal-pubbliku? Jista' jgħid meta ħa jsir il-WiFi fis-siti u l-mużewijiet l-oħra li ma għandhomx?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27846. Ma’ dik il-lista wieħed irid iżid ukoll l-uffiċċji ta’ Bighi. Dan il-proġett għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda tul is-sena li għaddiet dwar is-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jara li l-ilqugħ li kien sar temporanjament, jiġi rimedjat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għax-xibka ħadra li kienet qed tgħatti parti mill-fdalijiet. Ninsab infurmat li din tneħħiet minħabba li bċejjeċ minnha kienu qed jidħlu fis-saffi arkeoloġiċi. Dan kien qed jikkawża ħsara meta jitneħħa. Barra minn hekk, l-istess xibka kienet qed tkun ta’ lqugħ għal ħaxix selvaġġ, li kien qed jikkawża iktar ħsara. Għal dawn ir-raġunijiet ix-xibka tneħħiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika jekk hijiex qed tirreferi għall-persuni li jkunu tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31509 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija li għaddew mill-istadji kollha meħtieġa u jonqoshom biss il-firma tiegħu? Jista’ jgħid kemm minnhom saret l-applikazzjoni għalihom fis-sena 2015 jew qabel u ta' liema sena hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 8616 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 494, nhar it-Tlieta 14 ta' Marzu 2017)
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31708, jista’ l-Ministru jgħid kif l-informazzjoni għadha qed tinġabar meta dawn huma dokumenti pubbliċi u li huma aċċessibbli?
Kunsill Lokali Gżira – ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għall-ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island li saret mill-Kunsill Lokali tal-Gżira f'Settembru li għadda lill-Ministru u lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?