Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438, 15582, 15797 u 15939 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex filwaqt li f'diversi bliet u rħula d-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass issir darba fil-ġimgħa, u ġieli anke iktar ta' spiss, f'ċerti toroq fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar, bħal Triq l-Iklin, Triq il-Luq u oħrajn, issir darba kull 15-il ġurnata?
Ma jaħsibx il-Ministru li din hija sitwazzjoni ta' tbatija kbira u inkonvenjent għaliex jekk il-familji ma jirnexxilhomx jilħqu jixtru ċilindru ieħor ikollhom jistennew għall-15-il ġurnata oħra biex jixtru wieħed? Ma naħsibx li l-Ministru raġunevolment jaqbel ma' sitwazzjoni bħal din, għaldaqstant ma jaħsibx li għandha tittieħed azzjoni immedjata sabiex jara li d-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija tibda issir fuq bażi regolari darba fil-ġimgħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15958, jista' il-Ministru jirrispondi b'riferenza għar-reservoir ta' Ta' Giorni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-reservoir f'Ta' Giorni mhux wieħed użat għall-ilma tax-xorb.
Jien infurmat li l-vandaliżmu imsemmi jikkonsisti fi tkissir ta' bank tal-ġebel u /jew konkos u m'għandu x'jaqsam xejn mal-funzjoni ta' dan ir-reservoir. Jien infurmat wkoll li l-passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa ittieħdu mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu plots mill-gvern, jew minn xi enti tiegħu fiz-zona industrijali ta' Ħal Farruġ mill-1995 'il hawn? Jista' jgħid kemm minn dawn il-plots għadhom ma nbnewx u għaldaqstant liema plots mhumiex qegħdin jintużaw għal skop li dawn ġew mgħoddija lis-sidien preżenti? Hemm xi limitu ta' żmien sakemm wieħed jista' idum qabel ma jibda juża l-plot għar-raġuni li ġie mgħoddi lilu? Hemm xi limitu ta' żmien kemm plot simili jista' idum wieqaf milli jintuża? Kemm ilu mgħoddi lis-sid preżenti kull plot li għadu mhux jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li ġie mħabbar li l-Air Malta biegħet l-Air supplies and catering company limited, jista' il-Ministru jgħid:
1) meta ħarġet il-
call for interest
għal xiri ta' din il-kumpannija;
2) jekk il-privatisation unit kenitx involuta fil-proċess tal-bejgħ;
3) kemm kien il-prezz li bih inbiegħet l-air supplies? Din kienet l-aħjar offerta;
4) kien hemm diskussjonijiet ma' enti mis-settur privat li wkoll urew interess f'dan in-negozju;
5) jekk qabel dan il-bejgħ il-kumpannija Air supplies investietx f'pajjiżi oħra fil-Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha; u
6) x'kienet il-pożizzjoni mir-regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni llum tal-Medigrain? Jista' jgħid jekk għadx hemm persuni assenjati magħha,u jekk fl-affermattiv jistax jgħid jekk għandhomx xi benefiċċji u x'inhuma? X'sar minnha l-proprjeta' (mobbli u immobbli) ta' l-istess kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema skop inbena garage fuq il-moll ta' lab. wharf għall-KGT? Meta saru l-applikazzjonijiet mal-MEPA u meta ġew approvati? Għalxiex qed jintuża dan il-garage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-ħruq li sar fil-loaders tal-Kordin grain terminal? Jekk hu konluż, jista' ipoġġi kopja ta' din l-investigazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-Malta Drydocks illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala segwitu ghall-provedimenti ta' l-Att Nru XV ta' l-2003, kull legislazzjoni li biha giet imwaqqfa t-Tarzna (Kap 157, Kap 177 u Kap 207) ġew imħassra b'effet mis-7 ta' Novembru 2003 u, b'konsegwenza ta' dan l-Att, id-dejn li kellha t-Tarzna ghadda ghand il-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju ta' implimentazzjoni wasal il-pjan ta' bini ta' tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l- MEPA approvat il-bini ta' l-impjant fl-inħawi ta' Mġarr ix-Xini, Għawdex fis-17 ta' Novembru, 2005 u ix-xogħolijiet fuq is-sit mistennija jibdew f'qasir zmien.
L-impjant fit-Tramuntana ta' Malta qed jistenna l-approvazzjoni tal-MEPA wara laqgħa ta' konsultazzjoni publika li saret fl-1 ta' Novembru 2005.
L-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta qiegħed fl-istadju fejn għadu qed jigi verifikat id-daqs (load verifications) u t-tip ta' impjant meħtieg, fazi li għandha tigi konkluża fil-bidu tas-sena 2006.
Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni tal-ħalib frisk
Question
Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib frisk sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni ta' l-għasel
Question
Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-għasel sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-merħla tan-nagħaġ sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-ħsara li saret lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l ħsara li allegament saret minn dħul ta' ilma fid-dar tal-persuna in kwestjoni saret waqt zogħol li l-kuntrattur privat kien qed jagħmel fuq inkarigu tal-Kunsil Lokali ta' tas-Sliema. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix responsabli għal din il-ħsara.
Rigward l-inċident tat-traffiku bejn vettura tal-Korporazzjoni u oħra ta' l-istess persuna, l-Korporazzjoni għamlet il-claim rilevanti mal-kumpanija tal-assikurazzjoni u din qed tigi processata.
Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni ta' serer sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Sussidju fuq dawl/ilma/fuel — Produzzjoni tal-majjal
Question
Jista' il-Ministru jinformana kemm huwa l-ammont ta' flus allokat għas-sussidju fuq dawl, ilma u fuel għal min qiegħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-majjal sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament bis-surcharge ta' 55% fuq il-kontijiet tad-dawl u enerġija u prezzijiet għolja ta' fuel? Kif ser jitħallsu dawn il-flus lill-produtturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernat.