Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rendikont tal-Fondi mill-UE

Question

B'referenza għad-diskors tal-Viċi Prim Ministru fuq l-estimi ta' l-intern nhar il-Ħamis 25 ta' Ottubru, 2007, fejn il-Viċi Prim Ministru kellu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-fondi mill-UE li l-Korp tal-Pulizija applika għalihom biex jilqa' għall-impatt ta' l-immigrazzjoni rregolari, liema rendikont baqa' ma ġiex impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, presumibilment bi żvista, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi t-tagħrif opportun fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onor Interpellant.

Apparat tal-breathalyser

Question

Issa li l-Viċi Prim Ministru ħabbar li nxtara tagħmir ġdid tal-breathalyser għall-użu tal-pulizija, jista' jgħid kemm hemm pulizija li huma mħarrġa speċifikament fuq dan it-tagħmir? Kemm-il sewwieqa twaqqaf s'issa matul din is-sena u kemm weħħlu mit-test? Kemm minnhom kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-apparat il-ġdid tal-breathalyser mistenni li jasal għand il-Pulizija aktar tard matul din is-sena, meta mbagħad ikun jista' jingħata it-taħriġ. Infurmat ukoll bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Ottubru 2007, kien hemm 132 sewwieqa ta' vetturi, 16 ta' nazzjonalita' barranija, li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżulta fl-ewwel test fit triq kien pożittiv. Minn dawn, kien hemm 87 li kellhom riżultat pożittiv, li minnhom 16 kienu ta' nazzjonalita' barranija. Saru aktar testijiet li kienu negattivi. Iċ-ċifri ta' hawn fuq jirreferu biss għal testijiet posittivi.

Bollards

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27989 fejn fiha nixtieq inżid li possibbli li f'din l-art m'hemm ħadd li hu responsabbli għat-twaħħil ta' dawn il-bollards, u ġaladarba ħadd ma ta xi permess li dawn isiru, allura illegali, xi ħadd jagħti l-ordni beix dawn jitneħħew mill-pulizija? Naħseb li wara sena ta' ġiri f'kull dipartiment, ir-residenti għandhom dritt ta' risposta ċara u tonda. L-artikolu 213 tal-Kodiċi Ċivili Maltija Kapitlu 13 jitkellem fuq każi bħal dawn. La huwa daqshekk ċar, dawn il-bollards jistgħu jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28552.

Art li ilha tinħadem

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex it-talba E37/202/1/705 ma ġietx rikonoxxuta meta hemm evidenza li l-art ilha tinħadem mill-antenati tal-familja ta' min oriġinarjament għamel it-talba u ssottometta anke ritratti? Jista' jara li jiġu riveduti d-deċiżjonijiet u cioe' lill-persuna konċernata tkun rikonoxxuta li taħdem ir-raba in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art suġġett tal-applikazzjoni in kwistjoni hija ta' daqs u għamla li żgur ma tistax tissejjaħ għalqa u li fiha jinħadmu, skond l-istess applikazzjoni, imkatar żgħar ta' art u tinsab f'nofs xagħri ta' daqs ħafna akbar. Mhux prattiku, l-anqas minn sens ta' żamma ta' arkivji ta' proprjeta' tal-Gvern, li tingħata kirja għal kull maktur art li qiegħed jinħadem.

Serqiet minn knejjes

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn knejjes matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena il-Pulizija kellha 17-il rapport ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi li minnhom 14 ġew rappurtati li seħħew f'Malta u 3 seħħew f'Għawdex, filwaqt li matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' rapporti kienu kif jidher hawn taħt. Dwar il-valur globali irrappurtat misruq għal kull sena, ninsab infurmat illi din ma tinżammx taħt forma kompjuterizzata. Ta' min jgħid ukoll illi mhux kull min jagħmel ir-rapport jikkwantifika l-valur ta' l-oġġetti irrappurtati misruqa. 2002 2003 2004 2005 2006 2007* Malta 14 23 14 22 18 14 Għawdex - 1 - - - 3

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rrappurtati inċidenti tat-traffiku matul it-tnax-il xahar li għaddew, kull xahar separtament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Ottubru tas-sena 2006 sa l-aħħar ta' Settembru tas-sena 2007, l-inċidenti tat-traffiku investigati mill-Pulizija, kienu kif jidher hawn taħt:- Xahar Malta Għawdex Ottubru 06 396 14 Novembru 06 380 17 Diċembru 06 442 14 Jannar 07 368 11 Frar 07 368 14 Marzu 07 384 16 April 07 375 15 Mejju 07 417 10 Ġunju 07 445 19 Lulju 07 485 22 Awissu 07 464 25 Settembru 07 368 10 Total 4892 187 Infurmat ukoll illi l-informazzjoni li tirrigwardja inċidenti tat-traffiku li ġew irrappurtati lill-Gwardjani Lokali għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Birkirkara — Notabile Road

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25024, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ma hemmx il-ħsieb li jiġu nstallati cameras tas-sigurta minħabba l-fatt li r-residenti msemmija diġa' sofrew danni u jistgħu jibqgħu isofru meta tikkonsidra l-fatt li huma qegħdin jesperjenzaw dan il-każ msemmi matul diversi ħinijiet tal-ġurnata? Ma jaqbilx li l-cameras tas-sigurta' biss jistgħu jsolvu l-problem mod immedjat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25024. Dwar stallazzjoni ta' security cameras, ninsab infurmat illi dan sta għall-Kunsill jiddeċidi jekk dan hux l-aħjar mezz ta' infurzar.

Xemxija — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fix-Xemxija matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 2 4 1 3 6 1 *Jannar - Settembru

Manikata — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fl-Manikata matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jidhirx li matul dawn l-aħħar ħames snin u matul din is-sena ġew irrapurtati serq ta' vetturi minn din il-lokalita'.

San Pawl il-Baħar — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'San Pawl il-Baħar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 69 75 57 56 46 29 *Jannar - Settembru

San Pawl il-Baħar — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'San Pawl il-Baħar matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 71 70 55 78 74 56 *Jannar - Settembru

Ajruport internazzjonali — Pussess ta' oġġetti projbiti

Question

Briferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 27890, jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha neċessarji biex jagħti privatament lill-interpellant l-informazzjoni kollha rikjesta fil-mistoqsija oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Ma għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27890.

Sliema — Bollards illegali

Question

Jista' l-Vici Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27989 u jinfurmani jekk l-Uffiċċju ta' l-Attorney General rrispondiex lill-puliżija fuq il-kwestjoni ta' bollards illegali fi Trejqa Dun Gennaro Camilleri, Sliema, liema trejqa tagħti fuq żewġ triqat prinċipali? F'każ li rrispondew, jista' jinfurmani x'kien l-eżitu u fil-kaz li m'hemmx risposta, meta jaħsbu li jistgħu jirrispondu? Dan fl-isfond tal-fatt li m'hemm ebda awtorita' li ħadet ir-responsabbilta' għat-twaħħil ta' dawn il-bollards illegali.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ta lill-Pulizija il-pariri li ġie mitlub. Il-Pulizija qegħdha issa teżamina x'passi ulterjuri tista' tieħu.

Mellieħa — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Mellieħa matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 14 10 16 11 9 4 *Jannar - Settembru

Bugibba — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru f'Buġibba matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 14 7 6 16 14 12 *Jannar - Settembru

Qawra — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu fil-Qawra matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 28 19 17 21 18 8 *Jannar - Settembru

Xemxija — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fix-Xemxija matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 11 5 9 8 7 9 *Jannar - Settembru

Bugibba — Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi li nsterqu f'Bugibba matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettall għas-snin kollha abbażi ta' l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 13 21 14 12 5 7 *Jannar - Settembru

Manikata — Serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati li saru fil-Manikata matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2007? Jista' jinfurmani bl-istess dettalji għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:- 2002 2003 2004 2005 2006 2007* 1 0 0 0 2 0 *Jannar - Settembru