Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29603 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29368?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-aħħar ta’ Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tiegħi, l-ammont li ntefaq fuq safar hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29614 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29110 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u d-Dipartiment g[andu tmintax il-post vakanti biex jimtlew. Dawn huma GRAD NUMRU Segretarjat Personal Assistant to the Minister 1 Communications Co-Ordinator 1 Officers in the Secretariat Pool 1 Secretariat Messengers 1 Charwoman 2 Personal Driver/Security Officers 1 GRAD NUMRU Dipartiment Assistant Director 1 Senior Principal 2 Principal 1 Assistant Librarian 1 Assistant Principal 1 Officer in charge Minor Staff 1 Senior Tradesman 1 Technician (I.T.) 1 Gardener 1 Senior Messenger 1 Il-vakanzi li je]istu jimtlew skond l-esi;enzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #29305 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Institut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi humiex kollha qed jieħdu l-istipendju li huma intitolati għalih? Kemm minnhom mhumiex jieħduh? Meta se jieħduh?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li minn total ta’ 703 student fulltime fuq il-kotba ta’ l-Istitut g[all-Istudji Turisti/i (li minnhom 102 student huma ta[t l-iskema ta’ ESTS u allura jit[allsu mill-ETC), 54 student biss mhumiex intitolati g[al stipendju. Minn dawn il-54 student, 3 huma barranin u g[alhekk skond ir-regolamenti ta’ l-Istitut mhumiex intitolati g[al stipendju. Ir-ra;unijiet g[aliex il-51 studenti l-o[ra ma jie[dux l-istipendju huma varji, i]da dejjem skond ir-regolamenti ta’ l-istess Istitut. Dawn ivarjaw minn g[aliex student ikollu aktar minn 23 sena (mature student), g[al dawk li jkun fadlilhom xi module biex jispi//aw il-kors. Infurmat li l-ewwel [las ta’ l-istipendju g[ax-xahar ta’ Ottubru jit[allas fl-a[[ar ta’ Novembru.
Leg 9 PQ #29299 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt ghall-istess mistoqsija fis-Seduta 628.
Leg 9 PQ #29332 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Żieda fil-Ħlas tal-Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fil-ħlas tal-permess sabiex stabbiliment joħroġ imwejjed barra? Jekk fl-affermattiv kemm kienet din iż-żieda?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Intern.
Leg 9 PQ #29368 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29415 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali numru 64 ta’ l-1984 u l-Avviż Legali numru 14 ta’ l-2001.
Leg 9 PQ #29096 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Matul din is-sena nħarġu sitt (6) tipi ta’ allowances varji mill-Ministeru/Dipartiment. Il-gradi li bbenefikaw minn dawn l-allowances huma: GRAD ALLOWANCE ( sa Ottubru 2001) TIP TA’ ALLOWANCE Impjegati fis-Segretarjat Lm18, 059 Segretarjat Allowance/Karozza Allowance u Telephone Allowance Segretarju Permanenti Lm 1,000 Performance Allowance Direttur (Turiż mu) Lm 583 Performance Allowance Senior Principal Lm 125 Qualification Allowance Principal Lm 125 Qualification Allowance Lecturer Lm 125 Qualification Allowance Instructor Lm 100 Qualification Allowance Għ alliem Lm 100 Qualification Allowance Labourer (ex-Impressed Driver) Lm18,503 Allowance per diem għ al vetturi provduti minn ex-Impressed Drivers
Leg 9 PQ #29224 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' xejriet dwar livelli ta' occupancy huwa maħsub li se jkun hawn fil-lukandi sal-aħħar tas-sena 2001 skond tagħrif li qed jiġbru l-awtoritajiet turistiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Bhalissa kif jghid sewwa l-Onor. Interpellant l-HCEB qed taghmel stharrig dwar il-qaghda tal-occupancy fil-lukandi. Mahsub li dan ikun lest sa nofs Novembru meta nkun f’qaghda li nwiegeb ghall-mistoqsija.
Leg 9 PQ #29073 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Inkun grat jekk l-Onor. Membru jiċċara l-mistoqsija tiegħu biex inkun nista’ nagħtih tweġiba fis-sens li jixtieq.
Leg 9 PQ #28806 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-nefqa kif mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher fl-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29240 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru hu kif jidher fil-lista li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li l-impjieg tal-ħaddiema Casuals u Part-time ġie awtorizzat mid-Dipartiment tat-Turiżmu filwaqt li dak ta’ l-Advisers ġie awtorizzat mill-Management and Personnel Office. Il-ħaddiema impjegati bħala Casuals huma intitolati għal ġranet ta’ sick leave u vacation leave fuq bażi pro rata. Ninsab infurmat ukoll li l-għadd ta’ impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta’ huwa ta’ tlieta.
Leg 9 PQ #29198 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-HCEB ta struzzjonijiet lill-Institute of English Language Studies biex ma jħallsux flus dovuti lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għaż-żamma ta' strudenti kif inhija liċenzjata li tagħmel?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li hu minnu li l-H.C.E.B. tat l-istruzzjonijiet li jsemmi l-Onor. Interpellant. Ġejt infurmat ukoll li mir-records tal-H.C.E.B. ma jirriżultax li r-residenza in kwistjoni hi liċenzjata.
Leg 9 PQ #28931 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Host Families

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jibda screening tal-host families li jilqgħu għandhom persuni li jiġu jistudjaw l-Ingliż f'Malta u f'Għawdex biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm fosthom persuni b'rekord kriminali inkluż abbużi sesswali tat-tfal

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Ġunju 1999. Hu maħsub li mis-sena d-dieħla l-liċenza ta’ “Host Family” tinħareġ mill-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Wara laqgħat li saru bejn rappreżentanti tal-Ministeru, tad-Dipartiment, tal-M.T.A. u ta’ skejjel ta’ l-Ingliż ġie miftiehem li jsir “screening” tal-“host families” li jilqgħu għandhom barranin bi ħlas. Għal dan il-għan biex jinħarġu u / jew jiġġeddu liċenzi l-applikant irid iforni lill-M.T.A. l-fedina penali tiegħu kif ukoll dikjarazzjoni dwar il-kondotta ta’ kull membru tal-familja u awtorizzazzjoni biex l-M.T.A. tkun tista’ tistħarreġ dwarhom mal-Pulizija.
Leg 9 PQ #28978 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet u Kummisjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28513, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 28513, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:- Anqas minn 29 sena bejn it-30 u l-45 'l fuq minn 46 sena MTA xejn żewġ membri disa’ membri ITS xejn tlett membri ħdax il-membru HCEB xejn żewġ membri disa’ membri
Leg 9 PQ #28864 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Directional Signs

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru directional signs li jwasslu mill-mollijiet Ta' Pinto saċ-ċentru tal-Belt għall-benefiċċju ta' dawk it-turisti li jżuruna permess tal-cruise liners u li jmoru l-Belt bil-mixi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ilu li ressaq din it-talba lid-Dipartiment li jiehu hsieb is-senjaletika.
Leg 9 PQ #28685 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Accommodation Operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kienu r-raġunijiet kollha l-għala l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ma ġiex aċċettat għall-kors ta' l-Accommodation Operations meta kellu 83 credits?

Response (REFALO, MICHAEL)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu għal Mistoqsija 28593, ninsab infurmat li għalkemm il-persuna msemmija minnu kellha credits akkademiċi tajbin, waqt l-interview kif ukoll fit-testijiet isometriċi ġab punti baxxi ħafna. Għaldaqstant ma ġiex placed fl-ewwel tlieta u tletin post jiġifieri daqs kemm kien hemm postijiet għall-kors. Fil-fatt ġie 47 minn 50.
Leg 9 PQ #28806 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li t-tagħ rif mitlub għ adu qed jinġ abar, tweġ iba tingħ ata f’xi seduta oħ ra.
Leg 9 PQ #28593 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' liema kriterji ddaħlu l-istudenti li bdew il-korsijiet din is-sena offruti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti magħżuda? Min huma? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti mhux magħżula? Min huma?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-kriterji basiċi stabbiliti biex l-istudenti jiġu ammessi fl-Istudji Turistiċi ilhom fis-seħħ għal numru ta’ snin. Il-kriterji għal din is-sena huma dawk kif elenkati fil-prospectus ta’ l-ITS li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kopja tal-prospectus ngħata lil kull applikant meta mar fl-Istitut biex jieħu / jimla l-applikazzjoni. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant, li l-għażla ma ssirx biss fuq il-marki li jingħataw għall-kwalifiki li jkollhom, iżda wkoll fuq marki miksuba fl-interview u fit-testijiet isometriċi li jsirulhom. Il-marki jiġu weighted u t-total jingħadd biex jiġi stabbilit l-ordni tal-mertu. Għalkemm f’dawn l-aħħar sentejn qed jiġi utilizzat aktar spazju fil-campus tal-ITS dan għadu limitat biex jilqa’ għad-domanda kollha. F’każ li min jintgħażel jibdel fehmtu, min ma jiġix aċċettat għax ma jkunx ġie minn ta’ quddiem, jitpoġġa fuq waiting list. Fil-fatt hekk jiġri u r-Reġistratur għadu qed jirċievi riżenji minn studenti. Meta jintemm il-proċess inkun nista’ nwieġeb għall-bqija tal-mistoqsija.