Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angioplasties fl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward l-Angioplasties ġiet miġbura mill-Cardiac Services Department, CIPR (Cardiac Investigation & Patient Records) system għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. Is-CIPR iżżomm l-informazzjoni maqsuma fi gruppi ta' etajiet. Għalhekk it-tabella ta' hawn taħt turi n-numri ta' Angiograms skond il-grupp ta' l-etajiet.
Source: CIPR (Dept of Cardiac Services, SLH)
Standard Age Groups (yrs)
ANGIOPASTIES
(inclds Primary PCI, PCI)
Year
<49
50 to 59
60 to 69
70+
Total
2002
79
139
154
115
487
2003
86
188
134
108
516
2004
90
169
155
142
556
2005
90
175
184
148
597
2006
90
163
181
150
584
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru open heart surgeries fl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward Open Heart Surgery ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register, ta' l-isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi ċ-ċifri ta' l-informazzjoni rikjesta.
Source: Surgical Operations Register SLH
'OPEN HEART SURGERY' ONLY
Note; A patient may have >1 procedure in a given episode
Year
Total No of Open Heart
Procedures
Of the total: no. of 'Procedures' for age group 40 to 60 yrs
2002
470
163
2003
563
188
2004
575
232
2005
457
240
2006
423
187
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hysterectomies fl-Isptar San Luqa kull sena bejn l-2002 u l-2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward hysterectomies ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register ta' l-isptar San Luqa għall-perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi l-figuri tal-hysterectomies li jinkludu wkoll total abdominal, vaginal, sub total u Wertheim's.
Source: SurgicalOperations Register SLG
Hysterectomies
Year
Total No of 'Hysterectomy Procedures'
Of the Total: No. of Hysterectomy Procedures' for age group 40 to 60 yrs
2002
547
361
2003
484
314
2004
469
342
2005
467
334
2006
428
305
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fuq il-pulmun fl-Isptar San Luqa bejn l-2002 u l-2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward operazzjonijiet fuq il-pulmun ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register, ta' l-isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi ċifri ta' l-informazzjoni rikjesta.
Source: Surgical Operations Register SLH
'SURGERY' SPECIFIC TO LUNG ONLY
Note: A patient may have >1 procedure in a given episode
Year: PQ No.: 27521
Total No of Lung 'Procedures'
Of the Total: No. of 'Procedures' for age group 40 to 60 yrs
2002
25
5
2003
29
11
2004
35
11
2005
32
6
2006
35
11
Il-proċeduri mniżla hawn fuq jinkludu operazzjonijiet ta' Apicetomies, Pneumonectomies, Lobectomies, Decortication of lung tissue, biopsies and excisions etc.
Peress li fil-homes għall-anzjani li huma private public partnership, ikun hemm ħafna residenti li jkollhom televiżjoni privat fil-kamra tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawn iridu jħallsu l-liċenzja kollha kemm huma, meta fir-residenza titħallas liċenzja sa massimu ta' tnejn? Jista' jara li ssir xi ħaġa biex din l-anomalija titneħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peres li l-ewwel dar taħt l-iskema P.P.P. hija dik tal-Mellieħa. Jista' l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema homes qed jirreferi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li fis-snin 1968/69/70 ħadu kors ta' sentejn li wassalhom biex saru enrolled nurses, jekk dawk is-sentejn fejn huma kienu pupil nurses, jgħoddux għall-pensjoni u allura tħallsitilhomx il-bolla dak iż-żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn xi servizz offrut mill-Isptar Mater Dei s'issa u x'tip ta' servizzi kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn servizzi offruti mill-isptar Mater Dei huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt.
Dipartiment
Numru ta' Pazjenti
Parent Craft
612
Clinical Psychology
121
Occupational Therpay
47
Phsiotherapy
37
Minhabba li rċevejt xi lmenti mingħand xi anzjani, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-part-time social assistants li jaghmlu home help bħala parti mix-xogħol tagħhom għandhomx inaddfu anke l-parapett li jifforma parti mid-dar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linja gwida tal-Home Help fis-sezzjoni ta' Xogħol Domestiku Numru 2 jispeċifika u nikwota "Xogħol ta' tindif fuq barra għandu jsir il-bieb ta' barra u tindif ħafif tal-bitħa". Dan ma jinkludix parapetti jew drive in.
Għaliex il-cold store fil-kċina ta' San Vincenz de Paule Residence dam madwar xahar bil-ħsara? Għaliex ma ssewwiex mill-ewwel? Kemm sewa flus il-van tal-friza li ġie mikri sakemm isewwiet din il-cold store? Kemm sewa flus il-laħam li kellu jintrema' meta din il-cold store marret bil-ħsara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Walk In Freezer li kien bil-ħsara huwa tal-Provisions Store u mhux tal-kċina. Meta saret il-ħsara l-laħam tpoġġa fi freever van li nkera apposta.
Il-laħam li ntrema kienet kunsinna li fuqha hemm każ pendenti ta' qorti u fill-fatt kellha tintalab l-awtorita' ta' l-istess qorti biex dan jintrema b'kollaborazzjoni mall-Health Inspectorate u l-MEPA.
Dan l-istess freezer kellu jkun iffumigat u mnaddaf qabel ma seta jiġi msewwi u tħalla għal xi ġranet fuq testing sakemm wasal għat-temperatura meħtieġa. L-ispiża li tħallset għall-van telgħet għal Lm2010.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li fis-swali f'San Vincenz de Paule Residence ma jidħlux ġrieden? Jista' jgħid meta kienet l-aħħar darba li ttieħdu l-passi neċessarji biex ġrieden fi swali qrib il-kċina jkunu eleminati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Amministrazzjoni tar-Residenza San Vincenz de Paule regolarment tieħu l-passi kollha possibbli biex tassigura li fis-swali tar-Residenza ma jidħlux ġrieden.
Dwar ġrieden qrib il-kċina, ttieħed azzjoni regolari biex issir trattament fuq il-manholes tad-drenaġġ viċin il-kċina. L-aħħar trattament li sar fuq dawn il-manholes kien ftit ġimgħat ilu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu nstallati air conditioning systems fi swali Rużar Briffa: swali 7 u 8 rġiel, swali 15, 16 St Joseph (nisa) u 13 u 14 St Joseph (nisa/rġiel)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sistemi ġodda ta' arja kundizzjonata ser jiġu installati jew qed jiġu installati f'dawn is-swali:
Rużar Briffa - Tender ġiet evalwata u mistenni li toħroġ Letter of Acceptance mid-Dipartiment tal-Kuntratti, fil-ġranet li ġejjin.
Swali 7 u 8 Irġiel - Tender qed tiġi evalwata biex tkun tista' tiġi awarded.
Swali 13, 14, 15, u 16 St. Joseph - Ix-xogħol fuq dawn is-swali jinsab fi stadju avvanzat ħafna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-isptarijiet privati jixtrux demm mingħand il-gvern u jekk dan jingħata b'xejn jista' jgħid jekk pazjenti li jingħataw d-demm ġo sptarijiet privati hux qed jiġu mitluba iħallsu għalih?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma jintalab ebda ħlas għad-demm provdut miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm lil sptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm hydrotherapy pool ġol-Isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei ma hemmx Hydrotherapy Pool. Ser tinbena waħda ġdida fiċ-Ċentru ta' rijalibitazzjoni ġdid viċin San Vincenz de Paule. Sa dak iż-żmien ser tibqa' tintuża l-pool ta' l-Isptar San Luqa.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Sptar Mater Dei
Il-maġġoranza tal-lampi huma jew energy saving jew inkella huma kkontrollati minn electric ballasts li jnaqqsu d-domanda ta' enerġija elettrika. F'ħafna miż-żoni l-oħra (showers, toilets, kuriduri) id-dawl jinxtegħel awtomatikament minn sensors kif il-persuna tkun preżenti.
Dipartiment Kura Primarja tas-Saħħa
Il-policy tad-Dipartiment hi li gradwalment il-bozoz kollha, fejn dan hu teknikament prattiku, ser jinqalbu bħala energy savers. Meta jinfetħu Ċentri tas-Saħħa ġodda dawn qed jiġu attrezzati mill-ewwel bill-bozoz energy savers. Ċentri tas-Saħħa oħra li għandhom kmamar jew daħliet li jibqgħu mixgħula għal ħinijiet twal diġa' twaħħlu energy saving bulbs. Bejn wieħed u ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw 20% ta' bozoz li huma energy savers.
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Il-persentaġġ ta' bozoz ta' energy savers huwa kif ġej:
Dar għall-Anzjani tal-Gżira, Msida u Mosta - 0% - 5%
Dar għall-Anzjani tal-Floriana, Mtarfa, Bormla u Zejtun - 75% - 85%
Residenza ta' San Vinċenz de Paul - 10%
Sptar Monte Carmeli
Qed isir użu minn bozoz energy savers u dan jammonta għal 10%.
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
Hemm madwar 10% tal-bozoz użati li huma energy savers. Dan l-ammont huwa mistenni li jiżdied matul iż-żmien.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-fliexken tal-luminata li jingħataw għal Serenity Ward f'St Vincent de Paule Residence, matul dawn l-aħħar ġimgħat ma kenux qed jitqassmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni miġbura mill-Ward msemmija l-luminata dejjem tqassmet f'dawn l-aħħar ġimgħat.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovjament, kellu mpatt pożittiv.
B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 27112, jista' l-Ministru jordna lil min hu konċernat sabiex verament jispezzjona, b'mod partikolari Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar u t-toroq l-oħra anċillari, stante illi l-ilma, f'din l-akwata, jintefa' b'mod regolari ta' kuljum b'aċċentwazzjoni kbira matul il-lejl bil-konsegwenza li ħafna vetturi li jiksru għal Triq il-Knisja ta' spiss jiskidjaw minħabba l-istess ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika verament jagħmlu spezzjonijiet, kif ġie rappurtat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27112.
Wara spezzjonijiet li reġgħu saru fl-4 ta' Settembru wara nofsinhar u fil-5 ta' Settembru filgħaxija fit-toroq indikati, ġie nnutat li kien hemm xi ħruġ ta' ilma mill-bankina quddien garaxx fi Triq il-Konverżjoni, liema ilma kien qed jinżel tul Triq Toni Bajjada u jispiċċa fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar.
Peres li ġie nnutat li dan l-ilma kien ilma ċar u kien hemm flow kontinwa, ġew infurmati l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minnufih, li ħadu l-passi neċessarji biex setgħet tissewwa l-ħsara.
Nixtieq nfakkar ukoll li hu dmir ta' kull ċittadin li jirraporta ħsarat ta' dan it-tip lill-korporazzjoni konċernata, ħalli wieħed jevita li jkun hemm ħela ta' ilma jew inċidenti tat-traffiku bla bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba marru bil-ħsara l-lifts f'San Vincenz de Paule Residence matul is-sena 2007? Ta' liema swali? Meta ġew irrapportati (data) bil-ħsara u meta reġgħu bdew jiffunzjonaw (data)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena kienu ftit l-okkażjonijiet fejn kien hemm rapporti ta' lifts bil-ħsara u f'dawn il-każi dawn ġew irrapurtati mmedjatament u dawn il-lifts reġgħu bdew jaħdmu fl-iqsar żmien possibli skond il-ħsara li tkun żviluppat.
Pero tajjeb li wieħed jinnota li huwa possibli li wieħed jgħaddi minn Ward għall-oħra permezz ta' kurituri minn ġewwa. Dan ifisser li l-aċċessibilta' tal-Wards hija garantita.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk il-health assistants li applikaw madwar ħames xhur ilu għal kors ta' nursing aides għadhom ma ġewx imsejħa? Meta ser isir dan il-kors?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma ħarġet l-ebda applikazzjoni biex Health Assistants jagħmlu kors biex isiru Nursing Aides.