Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1775 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ħ'Attard — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhi l-proċedura biex jingħata uplift iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħ'Attard? X'għajnuna jagħti l-gvern? Jista' jgħid liema huma s-servizzi tas-saħħa li joffri dan iċ-ċentru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tisħiħ tas-sbuħija tal-bereġ kollha qed issir bl-għajnuna u l-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Kull sena, numru ta' bereġ jingħataw uplift sabiex l-ambjent ikun ta' livell aċċettabbli. Ninsab infurmat illi hemm pjan ħalli l-berġa ta' Ħ'Attard tingħata attenzjoni s-sena d-dieħla. Peress li dan mhux Ċentru tas-Saħħa iżda Berġa u tinfetaħ minn tabib tal-familja u nurse għal siegħa tliet darbiet fil-ġimgħa, s-servizzi huma limitati għall-viżti għand it-tabib, preskrizzjonijiet ta' riċetti, xogħol ta' nurse limitat, u tqassim ta' mediċini permezz tas-servizzi postali.
Leg 10 PQ #1295 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Spezzjonijiet f'diskoteki

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa jagħmlux żjajjar regolari fid-discos u postijiet ta' divertiment biex ikun żgurat li l-viti ta’ l-ilma huma miftuħa għall-kumdita` tal-klijenti kif titlob il-liġi? Kemm saru spezzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Lulju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tali spezzjonijiet dwar viti ta' l-ilma ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi. Għaldaqstant, nissuġġerixxi li l-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1565 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Pilloli tholidomide

Question

Jista' il-Ministru jserraħ moħħ id-diversi pazjenti li jbatu minn thyroid canar u li qed jieħdu t-tholidomide pills bħala kura, li mhux minnu li dalwaqt jispiċċa l-istock ta' dawn il-pilloli li jingħataw mill-isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Ġermaniża li kienet tissuplixxi lil Malta fil--passat ma għadiex timmanifattura dan il-prodott. Il-"Government Pharmaceutical Services" (GPS) qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex isib sors minn fejn jixtri l-mediċina indikata.
Leg 10 PQ #1554 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali — Magni li jinsabu bil-ħsara

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm diversi magni, fosthom dik ta' l-istress test, li ilhom bil-ħsara għal diversi xhur u għadhom ma ġewx irranġati? Jaf li l-pazjenti qed jintbagħtu ġo clinics privati biex jagħmlu dan it-test bażiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1555 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali — Nuqqas ta' ingwanti/maskli protettivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-operating theatre hemm nuqqas ta' ingwanti u maskli protettivi? Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1599 Sitting 35 2003-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Kliniċi Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi privati liċenzjati f'Għawdex? Kemm minn dawn għandhom: 1) permess biex jieħdu x-rays u x'tip ta' x-rays; 2) permess biex jagħmlu endoscopic interventions; 3) permess għal-laboratorju; 4) permess għal stress ECG; 5) permess għal operazzjonijiet taħt anestesija? Dawn il-kliniċi għandhom: 1) aċċessibilita; 2) waste disposal policy; 3) Radiation protection policy; 4) makkinarju bil-CE mark; 5) maintenance certificates?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-faċilitajiet mediċi privati liċenzjati f'Għawdex huma kif ġej:- 1. St James Hospital, Għajnsielem - liċenzjat bħala "Day Care Clinic," bil-permess li jsiru fost l-oħrajn "endoscopic interventions" u operazzjonijiet taħt anestesija. Din il-Klinika għandha wkoll permess għal laboratorju. 2. Klinika Farruġia, Victoria - liċenzjata biex topera bħala X-ray Department bil-permess ta' X-rays ġenerali, CT Scan u mammography. 3. 1st Floor, Pisani Pharmacy, Sannat - permess għal mammography. "Stress ECG" ma jinħtieġx liċenzja speċifika. Dawn il-faċilitajiet għandhom aċċessibilita', "waste disposal policy," u makkinarju bis-"CE mark," kif ukoll iżommu "maintenance records" dwar l-apparat. Kull klinika tar-radjoloġija għandha l-obbligu li ssegwi n-"Nuclear Safety and Radiation Protection Regulations."
Leg 10 PQ #1277 Sitting 34 2003-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qed jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1454 Sitting 34 2003-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Estimi — Budget 2004 - Xiri ta' X Ray machine

Question

Jista’ il-Ministru jaħseb sabiex fl-estimi tal-Budget għas-sena 2004 jkunu vvutati l-flus meħtiega għax-xiri ta' X Ray machine għaċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-estimi għal Budget tas-sena 2004 għadhom qed jiġu ippreparati.
Leg 10 PQ #1521 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Applikazzjonijiet għal staff nurse

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal staff nurse fl-isptar San Luqa rispettivament? Jaf li sabiex nurses jieħdu leave anke ta' natura importanti bħal honeymoon, mard fil-familja, safar, eċċ dawn iridu jsibu replacement b'nurses oħra huma stess inkella l-istess leave jiġi rrifjutat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa ghall-applikazzjoni għall-post ta' Staff Nurse fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-"Vacation Leave" tan-Nurses bħal ta' mpjeġati ohra, huwa konċessjoni li jingħata skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 10 PQ #1423 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Applikazzjoni għall-karta r-roża

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata biex tibda tagħmel użu mill-karta r-roża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #1426 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Isla — Nuqqas ta' faċilitajiet sanitarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtoritajiet sanitarji milli jibagħtu lill-applikant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, f'dipartiemnt ieħor tal-gvern fejn ilu li għamel talba biex jitlaq mill-bidu ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-applikant li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant kien wiehed mill-impjegati li ntbaghtu jaħdmu minn Dipartiment ieħor għal mad-Diviżjoni tas-Sahha fuq xogħol ta' tindif. Billi hemm nuqqas ta' ħaddiema f'dan is-settur id-Diviżjoni tas-Saħħa m'hix f'qagħda li tibgħat lura lill-impjegat konċernat.
Leg 10 PQ #1406 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal id-Dipartiment tas-Saħħa Pubbliku fl-investigazzjonijiet tiegħu fir-rigward l-inkonvenjent fil-fond numru 5, Sqaq Marine, Numru 2, Kalkara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li waqt investigazzjoni mid-dipartiment tas-Saħħa Pubblika ta' l-inkonvenjent fil-fond indikat, instab sadd fis-sistema tad-drenaġġ tal-fond Nru 6 fl-istess triq. Wara li tneħħa dan is-sadd, saru diversi testijiet fid-drenaġġ tal-fondi ta' mal-ġemb. Dawn dejjem irrizultaw fin-negattiv. Aktar investigazzjonijiet fil-madwar huma ppjaniti li jsiru fil-futur qarib.
Leg 10 PQ #1422 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Karta roża

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu ntitolat għall-karta r-roża, xi jrid jagħmel biex wieħed ikollu dan il-benefiċċju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat
Leg 10 PQ #1503 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema servizzi jingħataw mill-poliklinika ta' Bormla? F'liema ġranet u ħinijiet jingħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #899 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 122 u cioe` jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Direct Orders li ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena u tas-snin 2001 u 2002 kien kif jidher hawn taħt:- 1. Boffa Hospital - Xejn 2. Head Office & St. Luke's Hospital Sena Numru ta' Direct Orders Ammont 2001 2 LM52,218 2002 - - 2003 6 LM187,928 (Is-somma tat-2003 tinkludi Lm164,950 ghal "service contract" tal-Cobe Kidney Machines" li jasal sas-sena 2010.) 3. Goverment Pharmaceutical Services Sena Numru ta' Direct Orders Ammont 2001 606 Lm347,337 2002 444 Lm317,035 2003 499 Lm320,515 L-ammonti ġew kwotati f'liri Maltin. Id-'direct orders' li saru mill-GPS fil-perjodi msemmija jinkludu ammonti f'muniti barranin. Il-figuri ġew konvertiti f'liri Maltin b'rati tal-kambju tad-data 4 ta' Lulju 2003, ghalhekk l-ammonti imsemmija jistgħu jvarjaw. Fl-ammonti hemm ukoll inklużi xi penali li ġew mnaqqsa mill-ammont globali.
Leg 10 PQ #1382 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Oqbra

Question

Jista' il-Minstru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni DH/39/01/159 għal-qabar l-Addolorata li saret mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-applikazzjoni DH\39\01\159 ghal qabar l-Addolorata tinsab fil-'waiting list' bhal applikazzjonijiet simili.
Leg 10 PQ #16 Sitting 29 2003-09-22 Written · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Gżira — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li d-dipartiment tas-sanita' jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jitneħħa l-leakage ta' drenaġġ fil-garaxx tal-fond tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ilment dwar tnixxija ta' drenaġġ li għalija qiegħed jagħmel riferenza l-Onor Interpellant issa ġie solvut billi nbidlet il-medda kollha tas-sistema tad-drenaġġ tal-fond indikat.
Leg 10 PQ #1468 Sitting 29 2003-09-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Nurses — Settur pubbliku

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm laħqu nurses ġodda kull sena mill-1996 sa l-2003 ? Kemm ġew impjegati nurses ġodda mas-settur pubbliku? Xi grad kienu? Kemm telqu kull sena fl-istess perjodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #877 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini li jinsabu out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mediċini (special items u mhumiex) li huma out of stock bħalissa? Kemm ilhom out of stock u meta hu maħsub illi jaslu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1156.
Leg 10 PQ #1091 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Programm access dimension

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema ditta ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimension fl-isptar Monte Carmeli? Din il-kumpannija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders, bi quotation, jew b'direct order? Meta b eda l-programm imsemmi? Minn meta beda l-programm kemm tħallas il-kuntrattur xahar b'xahar għal dan il-programm u servizzi oħra assoċjati miegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-ditta li ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimensions fl-isptar Monte Carmeli hija l-kumpanija Philip Toledo Ltd. Din il-kumpanija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders. Il-programm beda jaħdem f'April 2001. Il-ħlas li sar lill-kuntrattur b'konnessjoni ma' dan il-programm huma skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.