Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn immigranti illegali ġo open centres llum u kemm swew lid-dipartiment din is-sena u kif?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ immigranti, inkluż tfal, preżentement f’Open Centres, inkluż akkomodazzjoni provduta minn Għaqdiet Volontarji, hu ta’ 2,000.
Ninsab infurmata wkoll li l-ispiża relatata sa l-aħħar ta’ Awissu 2007 kienet ta’ Lm1,003,485. Din kienet tkopri spejjeż għat-tmexxija taċ-ċentri u l-
allowance
żgħira provduta lill-immigranti biex tkopri l-bżonnijiet essenzjali tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għandhiex skema li biha ż-żidiet fl-imgħax ikunu capped għal min jiġi biex jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu sa mhux iktar minn rata ta' l-imgħax bankarja? Jekk le, hemm il-ħsieb li din issir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hi fin-negativ. Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ introduzzjoni ta’ skemi ġodda, jew it-titjib ta’ dawk eżistenti, mill-Awtorita’ tad-Djar hu proċess kontinwu kif juru l-iżviluppi li seħħew f’dan il-qasam minn dan il-Gvern. Kif xerrejja ta’ l-ewwel residenza jistgħu jiġu mgħejjuna aktar, anki fejn jirrigwarda s-sussidju fuq is-self, hu parti minn dan il-proċess.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattiva għandha l-Awtorita' tad-Djar għal dawk li jissellfu u jitilfu l-impjieg minħabba redundancy? X'taħdidiet kellu l-Gvern ma' banek kummerċjali? Intlaħaq xi ftehim biex dawk li tilfu x-xogħol, il-pagament tagħhom ikun sospiż għal xi żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fiċ-ċirkostanzi indikati mill-Onor. Interpellant il-banek jagħtu moratorju ta’ mhux anqas minn sitt xhur fuq il-ħlas tal-pagamenti.
Ninsab infurmata wkoll li, jekk il-perijodu ta’ moratorju stabbilit jiskadi u l-persuna konċernata tkun għadha bla xogħol, il-banek jerġgħu jiltaqgħu magħha u jkunu disposti li jestendu dan il-perijodu skond iċ-ċirkostanzi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għamel talba biex jixtri l-fond tal-gvern ġie mċaħħad milli jagħmel dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sidien li xtraw il-post tal-gvern fl-indirizz li qiegħed jintbagħat separatament, għadhomx kollha l-istess sidien li għamlu l-kuntratt-konvenju fl-1993?
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27251 li oriġinarjment ġiet magħmul lill-Viċi Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilha, cioe' billi hemm xi nies li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li għandhom remissi taż-żwiemel fi Triq Spiżjar Joe Sciberras, Msida, f'postijiet fejn titħallas il-kera lill-joint office, u billi dawn eventwalment se jiġu allegatament riallokati premises in-naħa magħrufa bħala Tal-Blata ħdejn il-Ġibjun qrib l-Universita' minflok ma dawn jintbagħtu temporanjament biex jużaw stalel il-Marsa, tista' tara li jitħallew f'dan il-fond sakemm jasal għat-twaqqiegħ kif ukoll sakemm ikun tlesta l-post alternattiv li x'aktarx se jiġi allokat lilhom għall-istess skop?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni ta' l-entita' konċernata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentement hemm 3,532 persuna tirċievi l-Għajnuna Soċjali waqt disimpjieg u 9,085 persuna tirċievi l-Għajnuna Soċjali għax inkapaċi għax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema/impjegati ma' l-Awtorita' tad-Djar din is-sena? Min huma? Nitlob li titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul din is-sena gew ingaggiati dawn il-haddiema mill-Awtorita' tad-Djar, kollha fuq bazi full-time:
2 skrivani fuq kuntratt ghal sena u nofs
4 skrivani fuq kuntratt ghal sena
perit fuq kuntratt ta' tlett snin
4 housing officers fuq kuntratt ta' tlett snin
Ninsab infurmata wkoll li 4 mill-iskrivani taw ir-rizenja.
Ma nhossx li l-ismijiet tal-persuni koncernati u l-kuntratti ghandhom jigu ppublikati.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera li kienet imwaqqfa fl-1998? Tista' tpoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra rigward rakkmandazzjonijiet ta' l-istess kummissjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
[];/Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat f'Seduta 58 għall-Mistoqsija tiegħu Numru 2756.
Fid-dawl tad-diskors mill-Eċċellenza Tiegħu Guido Demarco fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Għaxar Parlament, rigward reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tal-kera, tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Gvern f'dan ir-rigward matul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22717 f’Seduta Numru 478.
Inżid li, kif ħabbar il-Prim Ministru, il-
White Paper
li tħejjiet ser tigi preżentata lill-Oppożizzjoni.
Fid-dawl tad-diskors mill-President ta' Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Għaxar Parlament li jingħataw inċentivi għall-użu tal-ħafna djar vojta li hawn, tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Gvern f'dan il-qasam matul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul din il-leġislatura, l-Awtorita’ tad-Djar indirizzat is-sitwazzjoni ta’ proprjeta’ residenzjali vojta billi daħħlet fis-seħħ skema għar-riġenerazzjoni ta’ proprjeta’.
Permezz ta’ din l-iskema l-Awtorita’ tixtri postijiet vojta delapidati f’¿oni urbani u rurali li, wara li jigu ¿viluppati, eventwalment jiġu allokati taħt skemi oħra ta’ l-istess Awtorita’, bħal ma huma x-
Shared Ownership
,
Sheltered Housing
jew jiġu mgħoddija lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b’kiri. L-iskop wara twaqqif ta’ din l-iskema, li għaliha ġew ivvutati Lm 3 miljuni, hu li, filwaqt li tirriġenera proprjeta’ delapidata, tnaqqas il-proprjeta vojta.
Tista' l-Ministru tikkonferma jew tiċħad li l-Awtorita' tad-Djar għandha skema għal min jixtri l-ewwel residenza ordinarja tiegħu u jingħata għotja/grant mill-istess awtorita'? Meta twaqqfet? Kemm hi l-għotja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
l-iskema ta’ l-Equity Sharing ta’ l-Awtorita’ tad-Djar hi propju ntiża biex tgħin dawk li jixtiequ jixtru l-ewwel residenza tagħhom mis-settur privat. Taħt din l-iskema, li twaqqfet fi Frar 2007, l-Awtorita’ tiffinanza sa Lm10,000 fuq xiri ta’ l-ewwel proprjeta’ shell u sa Lm14,000 fuq l-ewwel proprjeta’ finished.
L-Awtorita’ tħaddem wkoll skema biex tgħin lis-sidien fil-bini, irranġar u/jew tkomplija ta’ l-ewwel residenza. L-għotja taħt din l-iskema, li twaqqfet f’Settembru 2004, illum hi ta’ Lm2,500 f’każ ta’ proprjeta’ mibnija wara Jannar 1990 u Lm3,000 għal proprjeta’ mibnija qabel.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita la darba m'hemmx appell minn deċiżjoni tal-bord mediku dwar il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan wara snin li kien għadda bord mediku, għalkemm għadu ma jiflaħx reġa' tpoġġa fil-lista ta' persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol? Ma taħsibx li f'każijiet partikolari bħal dawn, għandu jkun hemm sistema ta' review?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mid-dettalji provduti, ma kienx possibbli li jinstab il-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jivverifika dawn id-dettalji u possibbilment jgħaddili n-numru tal karta ta’ l-identita tal-persuna konċernata, anki b’mod kunfidenzjali, biex il-każ ikun jista’ jiġi nvestigat.
Tista' l-Ministru tara jekk hux possibbli li jiġi nstallat lift fi Blokk A (Flats 9 - 16) Għajn Qajjiet Housing Estate, Rabat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar irriżulta li t-tromba tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant hi dejqa wisq biex takkomoda lift u żewġ meded ta’ taraġ tal-wisa’ meħtieġ skond ir-regolamenti.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita’ qed tikkunsidra l-possibilita’ li x-
shaft
tal-
lift
issir fuq barra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat bini ta' appartamenti jew maisonettes f'Ħ'Attard? Jekk fl-affermattiv, fejn u kemm se jinbnew units?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar għamlet applikazzjoni mal-MEPA dwar proġett ta’ sheltered housing li jikkonsisti fi blokka ta’ sitt appartamenti fi Triq l-Għenba, Attard.
Ninsab infurmata wkoll li din l-applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata mill-MEPA.
Tista' l-Ministru tara jekk dan il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax jikkwalifika għall-benefiċċju hekk kif imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li biex persuna b’diżabilita’ tibbenefika mis-Servizz ta’ Eżenzjoni mill-Ħlas tar-Reġistrazzjoni fuq Karozzi, wieħed mill-kriterji bażiċi ta’ eliġibilita’ hu li trid issir applikazzjoni għal dan l-iskop qabel ma tkun tħallset din it-taxxa ta’ reġistrazzjoni.
Ninsab infurmata wkoll li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat għal din l-eżenzjoni fl-24 ta’ Lulju 2007, filwaqt li l-karozza inxtrat f’Ġunju 2006 u t-taxxa tar-reġistrazzjoni kienet diġa’ tħallset. Għal din ir-raġuni l-applikazzjoni ġiet rifjutata u l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar dan.
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw din is-sena biex jibbenefikaw mill-inizjattiva equity sharing scheme ta' l-Awtorita' tad-Djar? Kemm saru konvenji? Kemm saru kuntratti? Nitlob li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull konvenju u kuntratt.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn meta twaqqfet l-iskema ta’ l-Equity Sharing aktar kmieni din is-sena, s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 79 applikazzjoni taħt din l-iskema.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ ma tidħolx parti fil-konvenji għax dawn isiru bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. S’issa ġew iffirmati 11-il kuntratt. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' disgħa minn dwan il-konvenji li s'issa għandha f'idejha l-Awtorita:.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew installati lifts din is-sena? F'liema lokalitajiet? Kemm ġiet tiswa l-installazzjoni ta' kull lift? Kemm inqdew units bl-installazzjoni u ta' l-imsemmija lifts?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul is-sena finanzjarja 2006/2007, l-Awtorita’ tad-Djar ikkommissjonat 24 lift fi blokki ġodda u eżistenti, fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Birgu, Bormla, Burmarrad, l-Isla, Lija, Msida, Mtarfa, Pembroke, Qawra, Rabat, Tarxien u Valletta. Dawn il-lifts qed iservu total ta’ 127 unit.
Kull
lift
ġie jiswa madwar Lm12,000 għal spiża totali ta’ Lm288,215.
Inżid ngħid li, f’dawn l-aħħar xhur, ingħata bidu għall-istallar ta’ 19-il
lift
ieħor għal spiża ta’ madwar Lm230,000 u se jaqdu 130
unit
.