Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien m`iniex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta` ħames snin mitluba fil-mistoqsija nru. 31813 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi mhux qed ikun hemm kennies regolari fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid? Jista' jivverifika kemm ilu ma jmur kennies f'din it-triq peress illi ġie rrapportat lili li kien hemm xi okkażjonijiet uniċi biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed ikun hemm caretakers mal-latrina li hemm fil-pjazza ta' Raħal Ġdid, u qed ikun hemm ħmieġ u ntejjen b'mod regolari skond ma ġie rrapurtat lili?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghom jagixxu skond il-prijoritjaiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ġodda ta' separazzjoni u/jew annulammenti ta' żwieġ din is-sena?
Kemm hemm pendenti?
Kemm minn dawn huma bejn maltin u barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija.
Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija, ma tinzammx statistika ta' din ix-xorta.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi, kumpaniji u entitajiet oħra li tefgħu l-offerti tagħhom għall-kumpanija ta' pubbliċita' dwar e-government? Meta se jiġi deċiż min se jieħu l-kuntratt? Kif se ssir l-għażla?
Response (GATT, AUSTIN)
Għall-kampanja ta' pubblicita' dwar e-government sal-ħin ta' l-għeluq , il-Minsiteru tal-Gustizzja u Gvern Lokali rcieva ħames offerti mingħand -
1. J. P. Advertising
2. Business Process Consulting
3. Strategy Works
4. BPC International Ltd.
5. Communique Creative Ltd.
Il-lista ta' l-offerti tpoggiet fuq n-notice board tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali .
L-għażla ssir minn Board ta' Aġġudikazzjoni , li twaqqaf apposta.
Jista' l-Ministru jgħid meta u kif qed isir it-tindif fi Triq it-Trinċetta, Mosta u l-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirrefri l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-it tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati bħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant ghandu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
B'riferenza għall-interpellanza nru. 32874 u speċjalment għat-tieni parti tat-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-kumpens imħallas minn fondi pubbliċi lill-attur biex ġew ċeduti ż-żewġ kawżi kif ukoll minn ħallas l-ispejjeż ġudizzjarji. Xi proprozjon tad-danni jirrapreżenta l-ammont imħallas minn fondi pubbliċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont imhallas kien ta' Lm10,139 ghall-ispejjez gudizzjarji u Lm23,861 bhala somma maqbula ghac-cessjoni da parti tal-attur tal-pretensjoni tieghu ta' danni kontra l-Gvern.
Jista' l-Ministru jispjega jkollux l-ilmenti mill-kunsilli lokali li jintbagħtu lill-korporazzjonijiet bl-e-mail jitħasru u jiġux konfermati? Dan pero fil-każ ta' Enemalta.
Dan huwa difett fis-sistema tal-e-mail jew f'dan il-każ l-Enemalta li għandha l-computer tagħha programmat b'dan il-mod li jħassru ittri mibgħuta eletronikament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-Customer Care tal-Kunsilli Lokali, ghalkemm komplessa, hija mfassla b'tali mod li lmenti mibghuta elettronikament ma jistghux jigu mhassra minn ebda user u jinzamm audit trail ghal kull ilment kemm jekk jieqaf pendenti fl-Enemalta, kif ukoll jekk jibqa' pendenti fil-Kunsill Lokali peress li jkun skada l-ewwel deadline li jkun nizzel il-Kunsill Lokali.
Ninsab infurmat li sas-16 ta' Mejju, minn 3,051 ilment lill-Enemalta ghad hemm 625 pendenti. Jista' jkun l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghal dawn it-tip ta' lmenti mill-Kunsill Lokali.
Dwar is-sistema tal-computers li ghandha l-Enemalta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001?
Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk l-Onorevoli Interpellant jippreċiżali x`tip ta` rapporti għandu f`moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta` tliet snin sħaħ, inkun nista` niddeċiedi jekk inhix ġustifikat li nordna li jintuzaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li isimhom qiegħed fuq il-lista tal-ġurati? Kemm minnhom huma avukati, tobba, inġiniera u periti? Fuq liema kriterji u kundizzjonijiet jintgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ismijiet ta' persuni li jinsabu fuq il-lista ta' gurati, gew ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Novembru 2001. Ghaldaqstant minn din il-lista jirrizulta kemm minnhom huma avuakti, tobba, inginiera u periti.
Il-kriterji ewlenin biex persuna tinghazel gurat huma li tkun ta' kondotta tajba, ghalqet il-21 sena u mhux prekluza mil-ligi li sservi ta' gurat.
Jista' l-Ministru jgħid hux il-kunsilli lokali kollha aċċettaw li joffru mill-uffiċċji tagħhom is-servizz ta' l-e-governement? Il-kunsilli kollha li aċċettaw li jagħtu dan is-servizz ħatru e-councellor? Il-gvern se jipprovdi computers ġodda lill-kunsilli lokali għal dan is-servizz? Minn meta fil-fatt se jibda? Jekk il-kunsilli lokali se jingħataw il-possibbilta` li in vista ta' dan is-servizz u ta' xogħlijiet oħra li daħlu għalihom jimpjegaw iżjed nies u jekk fl-affermattiv kif dan se jiġi regolat?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsill Lokali kollha urew l-interess li joffru s-servizzi ta’ l-eGovernment mill-Ufficcju Amministrattiv taghhom pero’ ghad hemm tliet Kunsilli li sa llum ghadhom ma hatrux l-eCouncillor taghhom. Dawn huma l-Kunsilli tal-Marsa, Sannat u Xaghra.
Biex ihajjru l-Kunsilli kollha jidhlu ghal dan il-progett il-Gvern offra pakkett ta’ incentivi li fost ohrajn jinkludi;
1. vot ta’ Lm350,000 fl-ahhar budget;
2. spiza finanzjata mill-Gvern ta’ cirka Lm100,000 ohra f’taghmir ta’ computers u connectivity biex jitwaqqaf Internet Centre f’kull lokalita ghall-uzu tar-residenti;
3. inter-connectivity tas-sistemi: interni u access ghall-Internet bi hlas nominali;
4. installazzjoni b’xejn ta’ mill-anqas web phone wiehed f’kull lokalita;
5. tahrig b’xejn ghal mill-inqas zewg persuni min kull lokalita ntiza biex dawn ikunu kapaci jaghtu t-tahrig fl-uzu tal-komputer fil-lokalita stess u dan fil-kuntest ta’ skema ta’ tahrig b’xejn li qed tinhadem mal-Ministeru tal-Edukazzjoni;
6. access b’xejn ghall-portal tal-Gvern u pariri teknici b’xejn ghall-izvilupp tal-website tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li saru kawżi fil-Qrati matul is-sena 2001? Kemm-il avukat, kumpanija legali u/jew prokuraturi legali differenti ġew magħżula mill-partijiet mhux governattivi fil-kawżi kollha? Hemm xi statistika dwar kemm-il darba u f'kemm-il kawża ma dehrux professjonisti fuq l-imsemmija u b'hekk kellha tiġi differita l-kawża matul is-sena 2001?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul l-2001 kien hemm 20,329 kawżi introdotti u 21,727 deċizi. Għall-kumplament tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinzammx statistika ta` l-infomazzjoni li qed jitlob.
Billi ġejt imgħarraf li l-kunsill tal-Marsa qiegħed jitlob lill-bejjiegħa armati fil-festi biex iħallsu somma flus għall-posta tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex issir b'mod legali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali qed jitlob id-drittijiet dwar `it-tqegħid fuq l-art pubblika ta` Stalls jew Imwejjed għal skopijiet kummerċjali` skond Bye-Laws ta` l-2000 dwar il-Ħarsien ta` Art Pubblika, Kunsill Lokali Marsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32874 u cioe, jista' jgħid jekk huwiex possibbli li jgħid f'liema stadju waslet il-kawża li Martin Gaffarena qed jagħmel kontra l-ex Assistant Kummissarju Joe Psaila u l-gvern dwar allegazzjonijiet ta' frame up li allegatament Psaila għamel kontra l-istess Gaffarena meta kien fil-pulizija; jekk kienx hemm xi tentattivi biex il-kawża tiġi transatta minn naħa tal-gvern u x'kien ir-riżultat ta' dawn it-tentattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta inghatat f'seduta nru 731 .
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-istatwa antika ta' l-iljun li hemm fit-taraġ tal-berġa ta' l-Ingilterra fil-Birgu li qiegħda tintuża bħala librerija reġjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra kemm hemm ħaddiema mislufin mill-gvern ċentrali lill-kunsilli lokali kollha? Il-Ministru kuntent bl-output li qed jagħtu dawn il-ħaddiema lill-komunitajiet li fihom jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta` ħaddiema mislufin, taħt l-iskema ta` assenjar, lill-Kunsilli Lokali huwa ta` erbgħa u disgħin (94).
Jiena nfurmat li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali m`għandu ebda lment minn xi Kunsill Lokali dwar nuqqas ta` output li qed jagħtu dawn il-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jikkonferma li mill-awtopsja li saret fuq il-kadavru tal-persuna li mietet f'ċirkostanzi li għadhom mhux spjegati u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġie stabilit li dan kien każ ta' omiċidju?
Response (GATT, AUSTIN)
Dan il-kaz għadu fi stadju ta` inkjesta u hu għalhekk kopert bis-sigriet istruttorju.
Jista' l-Ministru jikkonferma li nħatar chief executive officer għad-data protection? Jekk iva min hu, x'pakkett finanzjarju għandu kif ukoll x'perijodu jkopri l-kuntratt, u jekk hemmx penali għall-gvern jekk jintemmlu il-kuntratt qabel iż-żmien? Jekk fl-affermattiv, x'kienet il-penali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistax nikkonferma.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jgħid f'liema stadju waslet il-kawza li Martin Gaffarena qed jagħmel kontra l-ex Assistant Kummissarju Joe Psaila u l-Gvern dwar allegazzjonijiet ta' frame up li allegatament Psaila għamel kontra l-istess Gaffarena meta kien fil-pulizija; jekk kienx hemm xi tentattivi biex il-kawza tiġi transatta minn naħa tal-gvern u x'kien ir-riżultat ta' dawn it-tentattivi.
Response (GATT, AUSTIN)
Skond ir-records tal-Qorti, iż-żewġ kawżi fl-ismijiet `Martin Gaffarena versus Psaila` (484/91F1) u `Martin Gaffarena versus Kummissarju tal-Pulizija et (395/92H1) ġew ċeduti fl-4 ta` Diċembru 2001 u fit-2 ta` Novembru 2001 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal dak li jirrigwarda l-Gvern, il-kawza ġiet transatta.