Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37941 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-qorti akkużat bl-istess reati jew reati aktar serji fl-istess perijodu u x'kienu l-pieni inflitti għal kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37944 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Akkademja tal-pulizija — Tul u piż

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu it-tul u l-piż ta' kull wieħed u waħda li bħalissa qed jattendu fl-akkademja tal-pulizija u li l-course inbeda fit-2 ta' Jannar 203, fi statistika separata għal dawk ta' Għawdex u ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond l-applikazzjonijiet sottomessi, it-tul u l-piż tat-trainees li qed jattendu course fl-Akkademja tal-Pulizija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valletta — Triq Marsamxett - Fond nru. 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond nru. 8, Triq Marsamett, Valletta ġiex allokat lil xi individwu/i?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond Numru 8, Triq Marsamxett, Valletta fil-fatt kien inkera lid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-1980.
Leg 9 PQ #37968 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru Pubbliku — Żwieġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sa l-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sal-2002 f`Malta u Għawdex kienu kif ġej: Sena Malta Bil-Knisja Ċ ivili Għawdex Bil-Knisja Ċ ivili 1995 1,812 333 160 12 1996 1,828 343 159 16 1997 1,857 354 180 11 1998 1,799 390 157 14 1999 1,807 417 144 17 2000 1,715 449 141 32 2001 1,562 455 117 19 2002 1,533 544 131 41
Leg 9 PQ #37802 Sitting 843 2002-12-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Drivers Personali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas-Segretarju Parlamentari?

Response (BORG, TONIO)

Fil-preżent hemm żewġ drivers personali miegħi u tnejn mas-Segretarju Parlamentari.
Leg 9 PQ #37597 Sitting 842 2002-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mosta — Triq Rużinjol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37376 peress li l-Ministru informani biex nivverifikaha lilu u ċioe' jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta kif se tiġi żviluppata Triq Rużinjol, il-Mosta? Jista' jara li tiġi rranġata t-triq? Jista' jara li jinħarġu t-tenders neċessarji? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ġaladarba l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp jispeċifika li pjanti huma aċċessibli għall-pubbliku iżda ma tingħatax kopja tagħhom, ma jidhirlix li għandi naċċedi għat-talba ta` l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37596 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'qed iżommu sabiex jiftaħ għassa tal-pulizija f'Wied il-Għajn? Jista' jara li t-talba tal-kunsill lokali tiġi milqugħa immedjatament ħalli dan il-bżonn tal-komunita' rispettiva jiġi rimedjat sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37641.
Leg 9 PQ #37779 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Trattati dwar rapportaġġ

Question

Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, Malta ssir parti mir-Regional Economic Organization li fih trattati dwar rapportaġġ? Il-Gvern Malti hu mistenni li jonora l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li huma aktar ħorox mill-obbliġi tal-Habitats Directive u l-Birds Directive Diversity?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma jeżistux obbligi addizzjonali għad-direttivi msemmija.
Leg 9 PQ #37780 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Kontribuzzjonijiet/trattati ambjentali

Question

Għal dawk it-trattati ambjentali li Malta tifforma parti minnhom x'kontribuzzjoni annawali qed tagħti Malta issa u x'se tkun il-kontribuzzjoni kull sena jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropa? Il-pagamenti dovuti għal din is-sena saru mill-MEPA? Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjoni lejn l-U N tiġi b'xi mod affettwata? Il-Kummissjoni Ewropa għamlet xi kummenti dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` kontribuzzjonijiet annwali li qed tagħti Malta għal konvenzjonijiet internazzjonali huwa ta` 14 li jammontaw għal total ta` Lm21,445. Infurmat ukoll li l-kontribuzzjonijiet għal din is-sena ma sarux mill-MEPA. Il-ħlas huwa marbut mal-istatus ekonomiku tal-pajjiż, u m`għandux x`jaqsam mas-sħubija jew le ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #37791 Sitting 841 2002-12-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kwalifiki ta' l-impjegati tekniċi u dawk segretarjali fi ħdan il-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-impjegati tekniċi li jirċievu 'qualification allowance' skond il-ftehim kollettiv huwa kif jidher hawn taħt:- Numru ta` impjegati Kwalifiki 4 Diploma fi Studji Ambjentali 6 Ċertifikat fil- Land Surveying 12 Ċertifikat fil- Geomatics 17 Ċertifikat fil- Planning u Land Administration 1 Diploma fil- Labour Studies 41 Diploma fil- Planning u Land Administration Fir-rigward ta` kwalifiki oħra li l-impjegati jistgħu jkollhom, il-MEPA ma żżommx informazzjoni komprensiva dwar dawn id-dettalji personali tal-impjegati tagħha.
Leg 9 PQ #37773 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Rapporti dwar il-konvenzjoni tad-diversita' bioloġika

Question

Malta ġiet mitluba tagħmel xi rapport taħt il-konvenzjoni tad-diversita' bioloġika? Tlesta xi rapport nazzjonali? X'inhi l-politika jew pjan ta' azzjoni li beħsiebha tadotta Malta? Sħubija sħiħa kif se taffettwa dawn il-policies? Veru li mad-dħul Malta jkollha tiffirma l-konvnezjoni u bla ebda riserva?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta ġiet mitluba rapport taħt il-Konvenzjoni tad-Diversita Bijoloġika. Dan ir-rapport sejjer jiġi ppreżentat lill-konferenza ta` l-imsieħba li sejra ssir madwar sentejn oħra, u dan skond Art 26 tal-Konvenzjoni. Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37704.
Leg 9 PQ #37774 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Malta — World Heritage Convention of 1972

Question

Matul dawn l-aħħar erba' snin x' kien il-kontribut ta' Malta fir-rigward tal-wirt naturali skond il-World Heritage Convention of 1972 ta' l-UNESCO? Ġie rapportat xi ksur minn naħa ta' Malta tul dawn l-aħħar erba' snin? Kien hemm xi referenza mill-IUCN għan-nuqqas ta' Malta li żżom ma l-obligi tul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #37775 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CITES — Konvenzjoni dwar il-kummerċ ta' speċi protetti

Question

Malta tifforma parti miċ-CITES, il-konvenzjoni dwar il-kummerċ ta' speċi protetti? Is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif se taffettwa l-proċeduri preżenti rigward is-sorveljanza fil-portijiet? Veru li l-proċeduri li se jadotta l-kontrollur tad-Dwana se jkunu liberali u se jdgħajfu l-infurzar ta' spzzjonijiet, skond kif kien isir tul dawn l-aħħar għaxar snin? Veru li r-regoli preżenti tas-CITES se jiġu ridotti għal sempliċi spot checks? Dan ma jagħtix aktar lok għall-abbuż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta, (bħall-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja) iffirmat il-Konvenzjoni tas–CITES fl-1989 u bdiet timplimentaha bil-ħruġ tal-Avviż Legali 19 ta’ l-1992 hekk kif emendata. Fis-26 ta’ Mejju 1997, l-Unjoni Ewropeja addottat ir-Regolament 338/97, li jipprovdi kontroll effettiv dwar kummerċ f’eżemplari ta’ annimali u pjanti, speċjalment dawk inklużi fl-iskedi tal-Konvenzjoni. Dan isir permezz ta’ kontrolli min nies speċjalizzati f’dawn il-proċeduri li jkunu preżenti fil-portijiet. Il-proċeduri ġodda li ser jiġu addottati mid-Dwana fi żmien qarib, ma għandhomx jaffettwaw spezzjonijiet li jsiru minn Spetturi ta’ l-Ambjent kif kien isir f’dawn l-aħħar għaxar snin. Fil-fatt, id-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, qiegħed jipprepara sistema kompjuterizzata biex l-importatur u l-esportatur jottjeni l-awtorizzazjoni ta’ rilaxx ta’ annimali u pjanti mid-dwana. Dan biex tkun tista’ tħaddem b’mod effettiv l-obbligi kollha ta’ din il-Konvenzjoni, irrespittivament minn kull tibdil fil-futur. Dawn is-sistemi ser jikkumplimentaw is-sistemi ġodda li ħa taddotta id-Dwana. B’dan it-tibdil għall-aħjar, is-sistemi il-ġodda għhandhom ikunu aktar effettivi minn qatt qabel biex irażżnu kull lok ta’ abbuż fit-traffikar ta’ eżemplari mħarsa b’ din il-Konvenzjoni.
Leg 9 PQ #37776 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Malta/Obligi — Ramsar Convention on Wetlands

Question

Peress li Malta għandha ħafna obligi taħt ir-Ramsar Convention on Wetlands speċjalment ir-Ramsar Strategic Plan 1997-2002, x'kontribut tat Malta dwar dawn l-obbligi? Ir-rapport finali bagħtitu l-MEPA u x'kien il-progress fuq dawn is-siti peress li l-aħħar rapport li ntbagħat lis-Segretrjat kien fl-1995?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ir-Ramsar Convention barra milli titlob protezzjoni tal-bwar, issa tirreferi ukoll għall-"wise use" tal-wetlands. Il-kontribut prinċipali huwa f`forma ta` edukazzjoni lill-pubbliku u t-tfal ta` l-iskejjel. F`Malta għandna żewġt ibwar: dak ta` l-Għadira u l-ieħor tas-Simar fejn dawn qegħdin jiġu immaniġġati minn organizazzjonijiet mhux governattivi. Ir-rapport ser jintbgħat sa l-aħħar ta` Frar 2003.
Leg 9 PQ #37777 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Proġetti ta' assistenza

Question

Kien hemm xi ħaddiema mill-MEPA jew mill-Ministeru ta' l-Ambjent jew mill-ex-Dipartiment għall-Protezzjoni Ambjentali involuti fl-African/Eurasian Waterways Flyways GEF Project jew il-LIFE project relatati ma' African Eurasian Migratory Water Birds Projects jew il-Global Register for Migratory Species jew xi proġett ieħor ta' assistenza? Min kienu dan l-impjegati? Kienu mħallsa għall-kontribut tagħhom? Ix-xogħol kien relatat mal-pożizzjoni tagħhom? Kien hemm xi speċi oħra miżjuda mill-awtoritajiet maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ħaddiema mill-entitajiet imsemmija li kienu involuti fil-proġetti imsemmija. Ma kienx hemm speċi oħra miżjuda mill-awtoritajiet Maltin.
Leg 9 PQ #37778 Sitting 840 2002-12-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Spezzjonijiet

Question

Malta hija firmatarja għall-Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora? Malta għamlet xi riservi s'issa taħt il-konvenzjoni? Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea x'se jkunu l-implikazzjonijiet taħt ir-Resoluzzjoni Conf. 4.25? Kemm-il darba Malta ġiet irrapportata li ma bagħtitx ir-rapport annwali tagħha? Kemm-il spezzjoni saret tul din l-aħħar sena mill-ispetorat tal-MEPA? Kemm-il kontravenzjoni ġiet irrapportata u kemm-il każ tressaq il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta iffirmat din il-Konvenzjoni fl-1989. Malta ma għamlet ebda riserva fi speċi inklużi fi Skedi tal-Konvenzjoni. Ir-Resoluzzjoni (conf. 4.25) mhux ser ikollha l-ebda implikazzjoni, f`każ li Malta ssir Membru ta` l-Unjoni Ewropea. Malta dejjem bagħtet ir-rapport annwali tagħha. Tul din l-aħħar sena l-Ispettorat ta` l-Ambjent kien involut f`diversi spezzjonijiet, medja ta` sittax-il spezzjoni fil-ġimgħa. Mill-1992 sa` l-2001 kien hemm 181 kontravenzjoni rappurtati u 48 każ minnhom ġew imressqa quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #37526 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Laqgħat ta' Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru separatament mill-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru matul din is-sena? X'proposti ġew rikmandati u liema ġew milquha u liema miċħuda u/jew għadhom pendenti.

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti `l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.
Leg 9 PQ #37767 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — United National for Climate Change Convention

Question

Peress li Malta għadha ma bagħtitx in-National Communication, Malta qed tikser l-artikli relevanti tal-United National for Climate Change Convention? L-awtoritajiet x'raġuni ġabu? Kien hemm xi kummenti dwar dan mill-Kummisjoni Ewropea, meta tqis li Malta hi applikant għal-membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea? X'għamlet il-MEPA f'din l-aħħar sena biex is-sitwazzjoni ta' Malta tkun iċċarata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta mhix qed tikser l-ebda artiklu rilevanti tal-United Nations Framework Convention for Climate Change. Din il-konvenzjoni mhix relatata direttament ma` l-aquis tal-UE. Kif diġa` ġie kkomunikat pubblikament fit-tieni laqgħa pubblika fuq dan is-suġġett il-First National Communication wasal biex jiġi konkluż u ser jiġi kkomunikat lis-segretarjat tal-konvenzjoni fil-bidu tas-sena 2003. Dan il-proġett qed isir bil-għajnuna diretta tal-UNDP/GEF.
Leg 9 PQ #37768 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Convention on Long Range Transboundary Air Pollution

Question

Malta qegħda tikser ir-regolamenti tal-UNECE tal-Geneva Convention on Long Range Transboundary Air Pollution tal-1979? Biex jiġi ċċarat isem Malta, kemm intbagħtu rapporti lill-Kumitat eżekkuttiv tal-konvenzjoni mill-MEPA jew mill-Ministeru ta' l-Ambjent? X'sehem kellha Malta fil-Working Group of Effects ta' din il-konvenzjoni? X'kien il-kontribut ta' Malta f' dawn l-aħħar erba' snin fl-Inter Comparative Programmes ICPS u l-EMEP? Kemm il-protokoll iffirmat Malta tul dawn l-aħħar erba' snin taħt din il-Konvenzjoni? X'kienu l-kummenti tal-kummisjoni Ewropea f' dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li Malta irratifikat il-Konvenzjoni ta` Ġinevra (1979) fl-1997 flimkien ma` l-EMEP Protocol. F`dawn l-aħħar snin saru diversi attentati sabiex jinġabru r-rapporti meħtieġa pero` la l-ex Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent u lanqas id-Direttorat il-ġdid fi ħdan il-MEPA ma kellhom ir-riżorsi umani sabiex jiġbru l-informazzjoni kollha. Sabiex dan ikun jista` jseħħ din is-sena id-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent għadu kif ingaġġa uffiċjali ambjentali sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarrġa f`kull qasam inkluż ir-rapurtaġġ taħt din il-Konvenzjoni. Fir-rigward tal-EMEP Protokol hemm arranġamenti sabiex isir monitoraġġ ta` l-Ozonju u l-MEPA qiegħda fi proċess sabiex dan l-arranġament mad-Dipartiment tal-Fiżika tal-Universita` ta` Malta jiġi formalizzat u estiż sabiex ikopri parametri oħra. Din il-proposta kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra bħala proġett propost għas-sena 2003. Malta ma ħaditx sehem għalissa fil-Working Group on Effects.
Leg 9 PQ #37769 Sitting 839 2002-12-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Tfigħ ta' skart fil-baħar

Question

Matul dawn l-aħħar erba' snin kemm-il permess inħareġ mill-MEPA u l-Awtorita' Marittima għat tfigħ ta' skart fil-baħar? Kemm intbagħtu rapporti lill-IMO mill-awtoritajiet rigward l-obbligi tagħna taħt il-London (Dumping) Convnetion?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-informazzjoni disponibbli minn din is-sena il-MEPA ħarġet tmien permessi għat-tfiegħ ta` 'dredging material', skart inert u qamħ li xxarrab. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.